Il-Laguna Missolonghi

Il-Laguna Missolonghi (Grieg: Λιμνοθάλασσα Μεσολογγίου, Limnothalassa Mesolongiou laguna) hija Laguna baxxa li tinsab fin-Nofsinhar ta’ Aetolia-Acarnania, fil-Greċja tal-Punent. Hija konnessa mal-Golf ta’ Patras, bajja fil-Baħar Jonju. Hija madwar 15 sa 20 km wiesgħa u l-forma taghha tixbah dak ta' trijanglu.

Dar tipika fuq strippi tal-injam f'nofs il Laguna Missolonghi, Grecja

L-aktar kejl fond huwa dak ta' 5 sa 6 m, izda l-akbar parti taghha ghandu fond li ma jaqbisx iktar minn nofs metru. Dan huwa mimli alka tal-baħar. Bosta gżejjer jinstabu madwar il-laguna. Viċin tat-truf, il-fond huwa biss ta’ 10 cm. Din li parti hija magħmula minn għadajjar u biċċiet ta' art. IL-Laguna Mussolonghi jgħixu fiha l-hut.

Il-Filosofu Grieg Strabo kien sejħilha Kynia.

Viċin il-Laguna insibu Laguna oħra fit-Tramuntana bl-Isem ta' Aitoliko Flimkien huma jifformaw iż-żona tal-Laguni Missolonghi-Aitoliko

Il-Laguna Missolonghi kienet ġiet imbattla fis-seklu Ghoxrin speċjalment fil-parti tal-punent taghha, liema art testendi lejn in-nofsinhar u li kien fiha artijiet agrikoli u għadajjar. Il-gżira ta’ Aitoliko toħroġ bħala peninzula b’15 km u 200 m li tagħmilha l-itwal parti tal-peninzula. Iż-żona tan-naħa tal-Lvant saret forma ta’ kanal.

Gżejjer fil-Laguna Missolonghi immodifika

  • Dolmas
  • Kleisova
  • Komma
  • Prokopanistos
  • Schinias
  • Tourlida
  • Vasiladi