Harm van Veldhoven

Harm van Veldhoven (twieled fit-28 ta' Settembru 1962) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Netherlandiż-Belġjan.

Harm van Veldhoven
Informazzjoni personali
Twelid28 ta' Settembru 1962 (1962-09-28) (61 sena)
LuyksgestelNetherlands
Tul1.80m
RwolMidfilder
Karriera professjonali
SninKlabb
1979–1985Lommel
1985–1990Germinal Ekeren
1990–1992RWDM
1992–1999Lommel
Timijiet ikkowċjati
1999–2000Lommel (assistent)
2000–2003Lommel
2003–2004Brussels
2004–2007Cercle Brugge
2007–2008Germinal Beerschot
2008–2012Roda JC
2012–2013KV Mechelen
2014–2015Delhi Dynamos
2015Westerlo

Karriera immodifika

Van Veldhoven beda l-karriera tiegħu mat-tim żagħżugħ lokali De Raven. Huwa kien telgħa mill-akkademja ta' SK Lommel fl-età ta' 17. Hu għamel triqtu sal-ogħla livell tal-futbol Belġjan ma' Germinal Ekeren. Huwa mbagħad mar jilgħab għal White Daring Molenbeek u eventwalment mar lura ma' SK Lommel meta huma waslu fl-Ewwel Diviżjoni. It-tlett timijiet li għal van Veldhoven kien attiv bħala futboler f'livell għoli, bħalissa huma kollha xolti.

Hu beda l-karriera tiegħu bħala attakkant. Iżda matul il-karriera tiegħu, huwa lagħab bħala midfilder u diversi drabi bħala difensur.

Meta Harm van Veldhoven leste karriera tiegħu bħala plejer ma' Lommel, sar kowċ assistent. Hu qattgħa biss staġun wieħed biex sar kowċ prinċipali tat-tim. Wara dan, hu kien kowċ ta' FC Brussels fejn magħhom rebaħ it-Tieni Diviżjoni. Dan is-suċċess qajjem l-interess ta' Cercle Brugge, li magħhom għamel 3 snin bħala plejer. Meta l-kuntratt tiegħu ntemm, van Veldhoven mar ma' Germinal Beerschot, fejn it-tim preċedenti tiegħu Germinal Ekeren kien predeċessur. Wara staġun ta' suċċess kbir, huwa ma setax jirrepeti l-kisba tiegħu u kien imkeċċi bħala konsegwenza. Huwa mar lura f'pajjiżu u ffirma għal Roda JC f'Novembru 2008. Hu evita r-relegazzjoni wara l-play offs. Il-kuntratt tiegħu spiċċa fl-2012, li ppermettilu jiffirma ma' KV Mechelen.

Unuri immodifika

Plejer immodifika

Kowċ immodifika

  • Ċampjin tat-Tieni Diviżjoni ma' SK Lommel
  • Finali tat-Tazza ma' SK Lommel
  • Ċampjin tat-Tieni Diviżjoni ma' FC Brussels

Ħoloq esterni immodifika

  • "Harm Van Veldhoven". ronaldzwiers.0catch.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-24.