Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp kien bejn l-10 ta' Ġunju 2006 u l-21 ta' Ġunju. L-Arġentina rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mal-Olanda. Iż-żewġ timijiet spiċċaw bl-istess punti, però l-Arġentina kisbu l-ewwel post minħabba differenza ta' gowls aħjar. Il-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro naqsu li javanzaw.


Arġentina

Kosta tal-Avorju

Netherlands

Serbja u Montenegro
Kwalifikat Kwalifikat
Eluf ta' partitarji Olandiżi marru l-Ġermanja biex isegwu t-tim nazzjonali tagħhom
Il-partitarji jxejru l-bandiera tas-Serbja. Minkejja l-fatt li t-tim nazzjonali kien jirrapreżenta lis-Serbja u Montenegro, l-iskwadra u l-benjamini kienu komposti l-biċċa l-kbira minn Serbi
Xi partitarji Arġentini f'Gelsenkirchen

Wara l-poloz li saru f'Leipzig, Grupp Ċ ġie deskritt bħala l-grupp tal-mewt. Dan kien jikonsisti mill-Arġentina (rebbieħa ta' dan il-kampjonat darbtejn, fl-1978 u fl-1986), l-Olanda (finalista tal-kampjonat darbtejn u qabel din l-edizzjoni kienet ukoll fit-tielet post tar-rankings mondjali tal-FIFA), il-Kosta tal-Avorju (finalista telliefa tat-Tazza Afrikana 2006 u kkunsidrata bħala waħda mill-aqwa timijiet tal-Afrika), u s-Serbja u Montenegro (it-tim li kklassifika bħala t-tim bl-inqas numru ta' gowls li sofra, fejn irnexxielu jegħleb lil Spanja u lill-Belġju. Fatt kurjuż fuq il-parteċipazzjoni ta' dan l-aħħar tim, hu li mill-21 ta' Mejju ta' dik is-sena, il-Montenegro iċċelebra r-referendum favur l-indipendenza, u x-xolljiment tas-Serbja u Montenegro. Madankollu, it-tim baqa' xorta parti mill-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja u b'hekk sar l-ewwel tim fit-Tazza tad-Dinja li rrapreżenta pajjiż ineżistenti.

Minkejja li kien predett li se jkun hemm taqtigħa bejn l-erba' timijiet, it-titlu mogħti lil dan il-grupp bħala l-grupp tal-mewt ma tantx baqa' jiswa, eżattament wara l-ewwel partiti. L-Arġentina rebħet 2–1 lill-Kosta tal-Avorju, wara li ddominat parti kbira tal-logħba, minkejja li lejn l-aħħar Didier Drogba kien naqqas id-distakk u b'hekk ikkrea iktar pressjoni. Min-naħa l-oħra, l-Olanda rebħet bi skor żgħir ta' 1–0 lis-Serbja u Montenegro.

Fit-tieni sett ta' partiti, l-Olanda rebħet 2–1 lill-Kosta tal-Avorju waqt li l-Arġentina wettqet prestazzjoni eċċellenti biex irnexxielha tegħleb lis-selezzjoni Baltika 6–0 u b'hekk kienu saru favoriti li jiksbu dan it-titlu mondjali. Din ir-rebħa ġiet grazzi għad-doppjetta ta' Maxi Rodríguez, u l-gowls l-oħra minn Esteban Cambiasso, Hernán Crespo, Carlos Tévez u Lionel Messi. It-tieni gowl, li kien skurjat minn Cambiasso, hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa gowls fl-istorja tal-kampjonat, wara li dan il-gowl sar minn 24 passaġġ bejn il-plejers Arġentini. Wara dawn iż-żewġ partiti, l-Arġentina u l-Oland kienu kkwalifikaw għar-rawnd suċċessiv, waqt li l-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro sfaw eliminati.

Fl-aħħar partiti tar-rawnd, it-timijiet lagħbu bl-iskop tal-pożizzjoni fil-grupp. L-Arġentina u l-Olanda affaċċjaw lil xulxin biex jiġi deċiż ir-rebbieħ ta' Grupp Ċ, f'waħda mill-aktar partiti mistennija f'din il-fażi. Minkejja li l-plejers importanti ġew imserrħa minn din il-partita, xorta waħda provdiet emozzjonijiet. Madanakollu, iż-żewġ timijiet ma kisbux aktar minn pari ta' mingħajr gowls. Fl-aħħar partita, Nikola Žigić skorja l-ewwel gowl fl-istorja tas-Serbja u Montenegro fit-Tazza tad-Dinja, u sussegwentament Saša Ilić ta vantaġġ doppju. Minkejja ż-żewġ gowls vantaġġ, it-tim Afrikan irnexxielu jagħmel rimonta u permezz ta' penalty fis-86 minuta minn Bonaventure Kalou huma rebħu 3–2. B'hekk is-Serbja u Montenegro spiċċaw l-istorja tagħhom b'telfa u mingħajr ma jiksbu punt matul il-kampjonat.

Klassifika immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Arġentina 3 2 1 0 8 1 +7 7
  Netherlands 3 2 1 0 3 1 +2 7
  Kosta tal-Avorju 3 1 0 2 5 6 −1 3
  Serbja u Montenegro 3 0 0 3 2 10 −8 0

Arġentina vs Kosta tal-Avorju immodifika

10 ta' Ġunju 2006
21:00
  Arġentina 2 – 1   Kosta tal-Avorju FIFA WM Stadion Hamburg, Amburgu
Attendenza: 49,480
Referi: Frank de Bleeckere (Belġju)
Crespo   24'
Saviola   38'
Rapport Drogba   82'
 
ARĠENTINA:
G 1 Roberto Abbondanzieri
D 21 Nicolás Burdisso
D 2 Roberto Ayala
D 6 Gabriel Heinze   48'
M 5 Esteban Cambiasso
M 8 Javier Mascherano
M 18 Maxi Rodríguez
M 10 Juan Román Riquelme   90+3'
M 3 Juan Pablo Sorín (k)
A 7 Javier Saviola   41'   75'
A 9 Hernán Crespo   64'
Sostituzzjonijiet:
A 14 Rodrigo Palacio   64'
M 22 Luis González   81'   75'
M 16 Pablo Aimar   90+3'
Kowċ:
  José Pekerman
 
 
KOSTA TAL-AVORJU:
G 1 Jean-Jacques Tizié
D 21 Emmanuel Eboué   62'
D 4 Kolo Touré
D 12 Abdoulaye Méïté
D 3 Arthur Boka   62'
M 18 Abdul Kader Keïta   77'
M 5 Didier Zokora
M 19 Yaya Touré
M 2 Kanga Akale
A 8 Bonaventure Kalou   55'
A 11 Didier Drogba (k)   90+1'
Sostituzzjonijiet:
A 15 Aruna Dindane   55'
A 14 Bakary Koné   62'
A 9 Arouna Koné   77'
Kowċ:
  Henri Michel

Plejer tal-Partita:
  Javier Saviola

Assistenti:
  Peter Hermans
  Walter Vromans
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Eric Poulat
Il-Ħames uffiċċjal:
  Vincent Texier

Serbja u Montenegro vs Olanda immodifika

11 ta' Ġunju 2006
15:00
  Serbja u Montenegro 0 – 1   Netherlands Zentralstadion, Leipzig
Attendenza: 37,216
Referi: Markus Merk (Ġermanja)
Rapport Robben   18'
 
SERBJA U MONTENEGRO:
G 1 Dragoslav Jevrić
D 14 Nenad Đorđević   43'
D 6 Goran Gavrančić   90'
D 20 Mladen Krstajić
D 3 Ivica Dragutinović   81'
M 17 Albert Nađ
M 10 Dejan Stanković   34'
M 4 Igor Duljaj
M 11 Predrag Đorđević
A 8 Mateja Kežman   67'
A 9 Savo Milošević (k)   46'
Sostituzzjonijiet:
M 7 Ognjen Koroman   64'   43'
A 19 Nikola Žigić   46'
M 21 Danijel Ljuboja   67'
Kowċ:
  Ilija Petković
 
 
OLANDA:
G 1 Edwin van der Sar (k)
D 14 John Heitinga   85'
D 4 Joris Mathijsen   86'
D 13 André Ooijer
D 5 Giovanni van Bronckhorst   56'
M 18 Mark van Bommel   60'
M 20 Wesley Sneijder
M 8 Phillip Cocu
A 17 Robin van Persie
A 9 Ruud van Nistelrooy   69'
A 11 Arjen Robben
Sostituzzjonijiet:
M 6 Denny Landzaat   60'
A 7 Dirk Kuyt   69'
D 3 Khalid Boulahrouz   86'
Kowċ:
  Marco van Basten

Plejer tal-Partita:
  Arjen Robben

Assistenti:
  Christian Schraer
  Jan-Hendrik Salver
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Mohamed Guezzaz
Il-Ħames uffiċċjal:
  Brahim Djezzar

Arġentina vs Serbja u Montenegro immodifika

16 ta' Ġunju 2006
15:00
  Arġentina 6 – 0   Serbja u Montenegro FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen
Attendenza: 52,000
Referi: Roberto Rosetti (Italja)
Rodríguez   6'   41'
Cambiasso   31'
Crespo   78'
Tévez   84'
Messi   88'
Rapport
 
ARĠENTINA:
G 1 Roberto Abbondanzieri
D 21 Nicolás Burdisso
D 2 Roberto Ayala
D 6 Gabriel Heinze
D 3 Juan Pablo Sorín (k)
M 8 Javier Mascherano
M 18 Maxi Rodríguez   75'
M 22 Lucho González   17'
M 10 Juan Román Riquelme
A 7 Javier Saviola   59'
A 9 Hernán Crespo   36'
Sostituzzjonijiet:
M 5 Esteban Cambiasso   17'
A 11 Carlos Tévez   59'
A 19 Lionel Messi   75'
Kowċ:
  José Pekerman
 
 
SERBJA U MONTENEGRO:
G 1 Dragoslav Jevrić
D 4 Igor Duljaj
D 6 Goran Gavrančić
D 15 Milan Dudić
D 20 Mladen Krstajić   42'
M 17 Albert Nađ   27'   46'
M 7 Ognjen Koroman   7'   50'
M 10 Dejan Stanković
M 11 Predrag Đorđević
A 8 Mateja Kežman   65'
A 9 Savo Milošević (k)   70'
Sostituzzjonijiet:
M 2 Ivan Ergić   46'
M 21 Danijel Ljuboja   50'
M 18 Zvonimir Vukić   70'
Kowċ:
  Ilija Petković

Plejer tal-Partita:
  Juan Román Riquelme

Assistenti:
  Cristiano Copelli
  Alessandro Stagnoli
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Essam Abd El Fatah
Il-Ħames uffiċċjal:
  Dramane Dante

Olanda vs Kosta tal-Avorju immodifika

16 ta' Ġunju 2006
18:00
  Netherlands 2 – 1   Kosta tal-Avorju Gottlieb-Daimler-Stadion, Stokkarda
Attendenza: 52,000
Referi: Óscar Ruiz (Kolombja)
van Persie   23'
van Nistelrooy   27'
Rapport B. Koné   39'
 
OLANDA:
G 1 Edwin van der Sar (k)
D 14 John Heitinga   60'
D 4 Joris Mathijsen   35'
D 13 Andre Ooijer
D 5 Giovanni van Bronckhorst
M 18 Mark van Bommel   58'
M 20 Wesley Sneijder   50'
M 8 Phillip Cocu
A 17 Robin van Persie
A 9 Ruud van Nistelrooy   73'
A 11 Arjen Robben   34'
Sostituzzjonijiet:
D 3 Khalid Boulahrouz   50'
M 10 Rafael van der Vaart   60'
M 6 Denny Landzaat   90+4'   73'
Kowċ:
  Marco van Basten
 
 
KOSTA TAL-AVORJU:
G 1 Jean-Jacques Tizié
D 21 Emmanuel Eboué
D 4 Kolo Touré
D 12 Abdoulaye Méïté
D 3 Arthur Boka   66'
M 14 Bakari Kone   62'
M 19 Yaya Touré
M 5 Didier Zokora   25'
M 22 Romaric   62'
A 9 Arouna Koné   73'
A 11 Didier Drogba (k)   41'
Sostituzzjonijiet:
M 10 Gilles Yapi Yapo   62'
A 15 Aruna Dindane   62'
M 2 Kanga Akale   73'
Kowċ:
  Henri Michel

Plejer tal-Partita:
  Arjen Robben

Assistenti:
  Marco Rodriguez
  Jose Luis Camargo
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Fernando Tamayo
Il-Ħames uffiċċjal:
  José Navia

Olanda vs Arġentina immodifika

21 ta' Ġunju 2006
21:00
  Netherlands 0 – 0   Arġentina FIFA WM Stadion Frankfurt, Frankfurt
Attendenza: 48,000
Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja)
Rapport
 
OLANDA:
G 1 Edwin van der Sar (k)
D 2 Kew Jaliens
D 3 Khalid Boulahrouz
D 13 André Ooijer   42'
D 15 Tim de Cler   48'
M 10 Rafael van der Vaart
M 20 Wesley Sneijder   86'
M 8 Phillip Cocu
A 17 Robin van Persie   67'
A 9 Ruud van Nistelrooy   56'
A 7 Dirk Kuyt   28'
Sostituzzjonijiet:
A 21 Ryan Babel   56'
M 6 Denny Landzaat   67'
M 16 Hedwiges Maduro   86'
Kowċ:
  Marco van Basten
 
 
ARĠENTINA:
G 1 Roberto Abbondanzieri
D 21 Nicolás Burdisso   24'
D 15 Gabriel Milito
D 2 Roberto Ayala (k)
D 17 Leandro Damián Cufré
M 8 Javier Mascherano   90'
M 18 Maximiliano Rodríguez
M 5 Esteban Cambiasso   57'
M 10 Juan Román Riquelme   80'
A 11 Carlos Tévez
A 19 Lionel Messi   70'
Sostituzzjonijiet:
D 4 Fabricio Coloccini   24'
A 20 Julio Ricardo Cruz   70'
M 16 Pablo Aimar   80'
Kowċ:
  José Pekerman

Plejer tal-Partita:
  Carlos Tévez

Assistenti:
  Victoriano Giraldez Carrasco
  Pedro Medina Hernandez
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Carlos Chandia
Il-Ħames uffiċċjal:
  Rodrigo Gonzalez

Kosta tal-Avorju vs Serbja u Montenegro immodifika

21 ta' Ġunju 2006
21:00
  Kosta tal-Avorju 3 – 2   Serbja u Montenegro FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Marco Rodríguez (Messiku)
Dindane   37' (pen)   67'
Kalou   86' (pen)
Rapport Žigić   10'
Ilić   20'
 
KOSTA TAL-AVORJU:
G 23 Boubacar Barry
D 21 Emmanuel Eboué
D 17 Cyril Domoraud (k)     41', 90+2'
D 6 Blaise Kouassi
D 2 Arthur Boka
M 18 Abdul Kader Keïta   33'   73'
M 5 Didier Zokora
M 19 Yaya Touré
M 3 Kanga Akale   60'
A 9 Arouna Koné
A 15 Aruna Dindane   43'
Sostituzzjonijiet:
A 14 Bakary Koné   60'
M 8 Bonaventure Kalou   73'
Kowċ:
  Henri Michel
 
 
SERBJA U MONTENEGRO:
G 1 Dragoslav Jevrić
D 15 Milan Dudić   35'
CD 6 Goran Gavrančić   57'
D 20 Mladen Krstajić   16'
D 14 Nenad Đorđević
M 2 Ivan Ergić
M 4 Igor Duljaj   37'
M 11 Predrag Đorđević
M 10 Dejan Stanković (k)
A 19 Nikola Žigić   67'
A 22 Saša Ilić
Sostituzzjonijiet:
M 17 Albert Nađ     17', 46'   16'
A 9 Savo Milošević   67'
Kowċ:
  Ilija Petković

Plejer tal-Partita:
  Aruna Dindane

Assistenti:
  Jose Luis Camargo
  Leonel Leal
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Mohammed Guezzaz
Il-Ħames uffiċċjal:
  Brahim Djezzar

Ħoloq esterni immodifika