Festival tal-Eurovision 2009

kompetizzjoni annwali

Il-Festival tal-Eurovision 2009 kien l-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan il-festival sar bejn it-12 u s-16 ta' Mejju, fl-Olimpiyski Arena ġewwa Moska, il-belt kapitali tar-Russja.

Festival tal-Eurovision 2009
Dati
Data tal-1el semifinali 12 ta' Mejju 2009
Data tal-2ni semifinali 14 ta' Mejju 2009
Data tal-finali 16 ta' Mejju 2009
Ospitu
Sala Olimpiyski Arena, Moska, Russja
Preżentatur(i) Semifinali:
Natalia Vodianova
Andrey Malahov[1]
Finali:
Alsou
Ivan Urgant
Green Room:
Dmitry Shepelev
Direttur Andrey Boltenko
Att tal-ftuħ Semifinali 1: The Tolmachevy Twins
Semifinali 2: Orkestra folk
Finali: Terem Quartet, Cirque du Soleil, Dima Bilan, Dima Bilan
Att tal-intervall Semifinali 1: Alexandrov Ensemble u l-grupp t.A.T.u b'"Not Gonna Get Us"
Semifinali 2: Igor Moiseyev Ensemble
Finali: Fuerza Bruta
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 42
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
Bandiera ta' San Marino San Marino
Vote
Kanzunetta rebbieħa Norveġja Alexander Rybak
"Fairytale"
Festival tal-Eurovision
◄2008 2010►

Fil-proċedura tal-votazzjoni seħħew xi tibdiliet fosthom l-involviment mill-ġdid tal-ġurija nazzjonali flimkien mat-televotazzjoni, waqt li l-format tas-semifinali baqa' l-istess. Tnejn u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom; l-Islovakkja ħabbret ir-ritorn tagħha f'dan il-festival, waqt li San Marino irtiraw minħabba problemi finanzjarji. Il-Latvja u l-Ġeorġja għall-bidu ħabbru l-intenzjoni li jirtiraw, però l-European Broadcasting Union (EBU) stqarret li ż-żewġ pajjiżi kienu se jieħdu sehem.[2] Madanakollu, il-Ġeorġja ddeċidiet li tirtira għal darb'oħra wara li l-EBU irrifjutat il-kanzunetta magħżula wara li kienet tmur kontra r-regoli tal-Konkors.

Il-festival ġie mirbuħ min-Norveġja bi 387 punt, l-ogħla punteġġ fl-istorja tal-Eurovision. Ir-rebħa tan-Norveġja timmarka wkoll l-ewwel rebħa għal pajjiż mill-Punent tal-Ewropa u li kien diġà rebaħ xi darba oħra l-festival, mill-2001, meta matul dawn is-snin il-festival beda jdur fil-pajjiżi tal-Lvant li ħafna minnhom kienu għadhom iduqu l-ewwel rebħa.

F'dan il-festival ukoll kien hemm riżultat pożittiv għar-Renju Unit li spiċċat bl-aktar punti mill-Ikbar Erbgħa waqt li Spanja bl-inqas. Is-sena ta' qabel offriet riżultat oppost.

Impjant immodifika

Il-festival sar fir-Russja wara r-rebħa fil-festival tal-2008, li sar f'Belgrad fis-Serbja, mill-kantant Dima Bilan bil-kanzunetta "Believe".[3] Minkejja n-nuqqas ta' ħeġġa li s-sindku ta' Moska wera lejn l-idea li l-konkors jiġi ospitat fil-belt,[4] Vladimir Putin, il-Prim Ministru tar-Russja, eventwalment stqarr li l-festival se jsir f'Moska u ġie propost mill-istazzjon, Channel One, li l-festival isir fl-Olympic Indoor Arena f'Moska.[5][6] Din il-proposta ġiet evalwata mill-European Broadcasting Union (EBU) u kkonfermata nhar it-13 ta' Settembru 2008.[5]

Disinn viżwali immodifika

Ix-xandar ospitu ta' dan il-konkors, Channel One, nhar it-30 ta' Jannar 2009 ippreżenta logo u tema għall-edizzjoni tal-2009.[7] Il-logo hu bbażat fuq "Għasfur Fantaxjentifiku", li jista' jiġi wżat b'ħafna kuluri. Bħal fis-snin preċedenti, il-logo li jintgħażel għal dik l-edizzjoni jitpoġġa ħdejn il-logo ġeneriku ta' din il-kompetizzjoni. Din hi l-ewwel darba mill-2001 li ma sar ebda slogan għal dan il-konkors.

Il-palk hu ddisinjat mid-disinjatur minn New York, John Casey, u t-tema tal-palk hu ta' avant-garde komteparanja Russa. Casey, li kien ukoll iddisinja l-palk tal-Festival tal-Eurovision tal-1997 ġewwa Dublin, kien ukoll involut fid-disinn tal-edizzjonijiet tal-1994 u l-1995. Hu spjega li "anke qabel [hu] ma ħadem mar-Russi fit-TEFI Awards f'Moska fl-1998, [hu] kien ispirat mill-perjodu Avant Garde Russu."[8] Sezzjonijiet kbar tal-palk jistgħu jitmexxew, fosthom il-parti ċentrali fit-tond ta' skrins tal-LEDS li jistgħu jitmexxew biex joħolqu effett differenti għal kull kanzunetta.

Format immodifika

Diskussjoni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision 2009 seħħet f'Ġunju tal-2008, f'Ateni, il-Greċja. Kien hemm proposta li kienet tikkonsisti mill-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" li jitilfu l-post awtomatiku fil-finali tal-edizzjoni tal-2009.[9] Madanakollu, ġie ikkonfermat li l-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" se jkomplu awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali fl-edizzjoni tal-2009.[10]

Il-festival finali sar fis-16 ta' Mejju 2009 fl-Olympic Indoor Arena f'Moska, fir-Russja, biż-żewġ semifinali jippreċedu l-finali fit-12 u l-14 ta' Mejju.[3] Sebgħa u tletin pajjiż ipparteċipaw fiż-żewġ semifinali tal-konkors, bil-pajjiżi li jiffurmaw l-"Ikbar Erbgħa" (Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit) u l-ospitu jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, bil-finali tkun tinvolvi dawn il-pajjiżi flimkien ma' għaxar pajjiżi oħra li kkwalifikaw minn kull semifinali, għal total ta' ħamsa u għoxrin parteċipant.

Votazzjoni immodifika

Bħala tweġiba għat-tgergir kontinwu mill-istazzjonijiet fuq il-votazzjoni politika u dik ġiriena, l-EBU evalwat il-proċedura tal-votazzjoni wżata fil-festival, bil-possibilità ta' bidla fis-sistema għall-2009. L-organizzaturi tal-festival bagħtu kwestjonarju lix-xandara parteċipanti fuq is-sistema ta' votazzjoni, u grupp ta' referenza nkorpora r-risposti fis-suġġerimenti għall-format tas-sena li jmiss.[11] Telewizja Polska (TVP), l-istazzjon Pollakk, issuġġerixxa li ġurija internazzjonali simili għal dik użata fil-Festival tal-Eurovision taż-Żfin 2008 tiġi introdotta fil-Festival tal-Eurovision biex tnaqqas l-impatt tal-votazzjoni bejn il-ġirien u tagħti aktar emfasi fuq il-valur artistika tal-kanzunetta.[12] Ġie ikkonfermat li għall-finali tal-festival, il-voti kollha ta' kull pajjiż se jiġu deċiżi b'kombinazzjoni ta' 50% riżultati tat-televotazzjoni u 50% tal-ġurija nazzjonali.[13] Il-metodu li bih jintgħażlu s-semifinalisti biex jikkwalifikaw għall-finali se jibqa' l-istess, però, b'disa' pajjiżi f'kull semifinali li jgħaddu skont ir-riżultati mill-pubbliku, u l-għaxar wieħed mill-ġurija esperta. Il-ġurija nazzjonali ġiet abolita mill-festival fil-bidu tal-2007, bit-televotazzjoni jsir mandatorju għall-kważi kull parteċipant mill-2003.

Edgar Böhm, direttur tas-settur konċernat ma' dawn l-attivitajiet tal-istazzjon Awstrijakk tal-Österreichischer Rundfunk (ORF), stqarr li l-format tal-2008 b'żewġ semifinali "xorta waħda jinkorpora taħlita ta' kanzunetti li politikament se jiġu favoriti fil-proċess ta' votazzjoni," u "li, sakemm issir linja gwida ċara mill-EBU fuq kif is-semifinali jiġu organizzati, l-Awstrija mhux se tkun parti ta' Moska 2009."[14] Minkejja l-introduzzjoni tal-votazzjoni mill-ġurija fil-finali, l-Awstrija mhux se tirritorna fil-festival tal-2009, imma se xxandar xorta waħda l-finali fuq l-ORF bħalma għamlet fl-2008.[15]

Allokazzjoni tas-semifinali immodifika

Nħar il-Ġimgħa 30 ta' Jannar, 2009, saret it-tlugħ tal-poloz biex tiddeċiedi liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Skont is-sistema adottata s-sena ta' qabel, kull pajjiż kien separat f'sitt urni individwali bbażati fuq il-mudelli ta' votazzjoni fil-festivals preċedenti. Il-poloz saru biex jassiguraw li dawk il-pajjiżi li s-soltu jivvutaw għal xulxin fil-kompetizzjoni ma jipparteċipawx fl-istess semifinali. Barra milli ġie determinat liema pajjiżi se jipparteċipaw fis-semifinali, ġie determinat liema pajjiżi finalisti se jivvutaw f'liema semifinali. Il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit se jivvutaw fl-ewwel waħda, waqt li Franza u r-Russja se jivvutaw fit-tieni. Il-postijiet fejn se jkantaw il-kantanti u l-mod kif se l-ordni ta' kif se jinqraw il-voti ġie ddeterminat fis-16 ta' Marzu 2009.[2]

Urna 1 Urna 2 Urna 3
Urna 4 Urna 5 Urna 6

Pajjiżi parteċipanti immodifika

 
     Pajjiżi parteċipanti      Pajjiżi li ma kkwalifikawx għall-finali.      Pajjiżi li ħadu sehem fil-passat però m ħadux sehem f'din is-sena.
 
     Pajjiżi fl-ewwel semifinali.      Pajjiżi fit-tieni semifinali.      Pajjiżi li se jivvutaw fl-ewwel semifinali.      Pajjiżi li se jivvutaw fit-tieni semifinali.

Wara l-pubblikazzjoni tal-lista finali tal-parteċipanti mill-EBU, tlieta u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival tal-2009, fosth ir-ritorn wara assenza ta' ħdax-il sena tal-Islovakkja.[16][2]

Il-Ġeorġja, minkejja li għall-bidu ħabbret li kienet se tirtira mill-konkors bħala protesta għall-poloz esterni tar-Russja fil-konfront tal-gwerra tal-2008 tal-Ossezja t'Isfel,[17][18] però reġgħet lura mid-deċiżjoni u uffiċjalizzat ir-ritorn tagħha, b'din l-għażla tkun ispirata mir-rebħa li għamlu fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal 2008 u għat-tnax-il punt li r-Russja tathom fl-istess festival.[19] Svante Stockselius, l-iskrutatur tal-EBU għall-Eurovision, qal li n-numru ta' parteċipanti f'Moska jista' jkun wieħed rekord, li jfisser li 44 jew aktar pajjiżi sejrin jikkompetu, però dan ma tantx jidher possibbli.[20]

Diversi għajdut qam dwar il-parteċipazzjoni u r-ritorn ta' San Marino u Monako. Télé Monte Carlo (TMC), l-istazzjon Monegask, ikkonferma li kien hemm xi taħdidiet bejnhom u bejn l-EBU fuq il-possibilità li jerġgħu jirritornaw għall-edizzjoni tal-2009.[21] Fl-istess żmien, xniegħat ħarġu li x-xandar uffiċjali ta' San Marino, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), kien se jirtira uffiċjalment mill-konkors minħabba pożizzjoni xejn sodisfaċenti fl-2008, is-sena debuttanti tagħhom.[22] Minkejja li suċċessivament kienu tal-idea li jieħdu sehem f'Moska, SMRTV kienu sfurzati li jirtiraw minn dan l-avveniment minħabba problemi finanzjarji li waqqfu ċ-ċans għat-tieni parteċipazzjoni.[23]

L-istazzjon tal-Latvja, Latvijas Televīzija (LTV), kien ġie rappuratat li kien mistenni li jirtira mill-konkors, u dan sar tliet ijiem wara l-aħħar ġurnata ta' sottoskrizzjoni. Dan sar minħabba fit-tnaqqis tal-baġit ta' aktar minn 2 miljun Lats mill-baġit tal-LTV, fejn b'hekk ma setgħux iħallsu biex jipparteċipaw.[24] L-LTV ħabbru li nfurmaw lill-EBU fuq il-ħsieb tagħhom li jirtiraw minħabba sempliċiment problemi finanzjarji. L-istazzjon Litwen kien f'diskussjoni mal-EBU biex isib soluzzjoni li jkun jista' jżomm il-pajjiż fil-Euroviison.[25] Fl-20 ta' Diċembru 2008, l-LTV ħabbru li kienu se jirtiraw mill-festival, u li kemm l-EBU u Channel One qablu li ma kienux se jinfurzaw penalizzazzjoni finanzjarja minħabba l-irtirar tard li għamlu mill-festival tal-2009. L-LTV ħabbru fuq il-ħsieb li kellhom fil-parteċipazzjoni għall-edizzjoni tal-2010.[26] Minkejja dan kollu, nhar it-12 ta' Jannar 2009, il-Latvja ikkonfermat li kienet se tieħu sehem.[2]

Semifinali immodifika

Tmienja u tletin pajjiż ġew ikkonfermati bħala parteċipanti f'waħda miż-żewġ semifinali tal-konkors.[2] It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fit-30 ta' Jannar 2009.[27]

Semifinali 1 immodifika

  • L-ewwel semifinali saret f'Moska nhar it-12 ta' Mejju.
  • Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
  • Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
  • Ir-Renju Unit u l-Ġermanja ivvutaw f'din is-semifinali.
  • Kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1   Montenegro Andrea Demirović "Just Get Out of My Life" Oħroġ Barra Minn Ħajti 11 44
2   Repubblika Ċeka Gipsy.cz "Aven Romale" Ejjew Żingari 18 0
3   Belġju Patrick Ouchène "Copycat" Imitatur 17 1
4   Bjelorussja Petr Elfimov "Eyes That Never Lie" Għajnejn Li Qatt Ma Jigdbu 13 25
5   Żvezja Malena Ernman "La Voix" Il-Vuċi 4 105
6   Armenja Inga u Anush "Jan Jan" Għażiż Tiegħi 5 99
7   Andorra Susanne Georgi "La teva decisió" Id-deċiżjoni tiegħek 15 8
8   Żvizzera Lovebugs "The Highest Heights" L-Ogħla Għoljiet 14 5
9   Turkija Hadise "Düm Tek Tek" (ħoss tat-tanbur) 2 172
10   Iżrael Noa u Mira Awad "There Must Be Another Way" Irid Ikun Hemm Mod Ieħor 7 75
11   Bulgarija Krassimir Avramov "Illusion" Illużjoni 16 7
12   Iżlanda Jóhanna Guðrún Jónsdóttir "Is It True?" Huwa Minnu? 1 174
13   Maċedonja Next Time "Nešto što kje ostane" Xi ħaġa li tibqa' 10 45
14   Rumanija Elena Gheorghe "The Balkan Girls" It-Tfajliet Balkaniċi 9 67
15   Finlandja Waldo's People "Lose Control" Telf Ta' Kontroll 12 42
16   Portugall Flor-de-Lis "Todas as ruas do amor" It-triqat kollha tal-imħabba 8 70
17   Malta Chiara "What If We" Li Kieku Aħna 6 86
18   Bosnja-Ħerzegovina Regina "Bistra voda" Ilma ċar 3 125

Semifinali 2 immodifika

  • It-tieni semifinali saret f'Moska nhar l-14 ta' Mejju.
  • Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
  • Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
  • Franza u r-Russja ivvutaw f'din is-semifinali. Spanja ġew magħżula biex jivvutaw f'din is-semifinali, però minħabba intoppi fl-iskeda ta' TVE, is-semifinali ġiet imxandra tard u t-telespettaturi Spanjoli ma setgħux jivvutaw.
  • Il-pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1   Kroazja Igor Cukrov "Lijepa Tena" Tena Sabiħa 13 33
2   Irlanda Sinéad Mulvey u Black Daisy "Et Cetera" Eċċetra 11 52
3   Latvja Intars Busulis "Probka" Konġestjoni tat-traffiku 19 7
4   Serbja Marko Kon u Milan Nikolić "Cipela" Żarbuna 10 60
5   Polonja Lidia Kopania "I Don't Wanna Leave" Jien Ma Rridx Nitlaq 12 43
6   Norveġja Alexander Rybak "Fairytale" Ħrafa 1 201
7   Ċipru Christina Metaxa "Firefly" Musbieħ il-Lejl 14 32
8   Slovakkja Kamil Mikulčík u Nela Pocisková "Leť tmou" Tir qalb id-dalma 18 8
9   Danimarka Niels Brinck "Believe Again" Erġa' Emmen 8 69
10   Slovenja Quartissimo u Martina Majerle "Love Symphony" Sinfonija tal-Imħabba 16 14
11   Ungerija Zoli Ádok "Dance With Me" Iżfen Miegħi 15 16
12   Ażerbajġan AySel u Arash "Always" Dejjem 2 180
13   Greċja Sakis Rouvas "This Is Our Night" Din Hi l-Lejla Tagħna 4 110
14   Litwanja Sasha Son "Love" Imħabba 9 66
15   Moldova Nelly Ciobanu "Hora din Moldova" Żifna mill-Moldova 5 106
16   Albanija Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek 7 73
17   Ukrajna Svetlana Loboda "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) 6 80
18   Estonja Urban Symphony "Rändajad" Vjaġġatur 3 115
19   Netherlands De Toppers "Shine" Ibrilla 17 11

Finalisti immodifika

  • Il-finali saret f'Moska nhar is-16 ta' Mejju.
  • Il-finalisti kienu:
    • "L-Ikbar Erbgħa" (Franza, Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit).
    • Il-pajjiż ospitu, ir-Russja.
    • Id-disa' pajjiżi, minn kull semifinali, li kisbu l-aktar numru ta' voti mill-votazzjoni tal-pubbliku.
    • L-għażliet tal-ġurija minn kull semifinali.
  • Il-pajjiż li rebaħ il-festival hu kkulurit.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1   Litwanja Sasha Son "Love" Imħabba 23 23
2   Iżrael Noa u Mira Awad "There Must Be Another Way" Irid Ikun Hemm Mod Ieħor 16 53
3   Franza Patricia Kaas "Et s'il fallait le faire" U li kieku kellu jsir 8 107
4   Żvezja Malena Ernman "La Voix" Il-Vuċi 21 33
5   Kroazja Igor Cukrov "Lijepa Tena" Tena Sabiħa 18 45
6   Portugall Flor-de-Lis "Todas as ruas do amor" It-triqat kollha tal-imħabba 15 57
7   Iżlanda Jóhanna Guðrún Jónsdóttir "Is It True?" Huwa Minnu? 2 218
8   Greċja Sakis Rouvas "This Is Our Night" Din Hi l-Lejla Tagħna 7 120
9   Armenja Inga u Anush "Jan Jan" Għażiż Tiegħi 10 92
10   Russja Anastasiya Prykhodko "Mamo" Ma 11 91
11   Ażerbajġan AySel u Arash "Always" Dejjem 3 207
12   Bosnja-Ħerzegovina Regina "Bistra voda" Ilma ċar 9 106
13   Moldova Nelly Ciobanu "Hora din Moldova" Żifna mill-Moldova 14 69
14   Malta Chiara "What If We" Li Kieku Aħna 22 31
15   Estonja Urban Symphony "Rändajad" Vjaġġatur 6 129
16   Danimarka Niels Brinck "Believe Again" Erġa' Emmen 13 74
17   Ġermanja Alex Swings, Oscar Sings "Miss Kiss Kiss Bang" 20 35
18   Turkija Hadise "Düm Tek Tek" (ħoss tat-tanbur) 4 177
19   Albanija Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek 17 48
20   Norveġja Alexander Rybak "Fairytale" Ħrafa 1 387
21   Ukrajna Svetlana Loboda "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) 12 76
22   Rumanija Elena Gheorghe "The Balkan Girls" It-Tfajliet Balkaniċi 19 40
23   Renju Unit Jade Ewen "My Time" Il-Ħin Tiegħi 5 173
24   Finlandja Waldo's People "Lose Control" Telf Ta' Kontroll 25 22
25   Spanja Soraya Arnelas "La noche es para mí" Il-lejl hi għalija" 23 23

Votazzjoni matul il-finali immodifika

Matul il-finali, il-pajjiżi se jħabbru l-voti tagħhom f'din l-ordni:[28]

Numru Pajjiż Numru Pajjiż
1   Spanja 22   Slovakkja
2   Belġju 23   Greċja
3   Bjelorussja 24   Bosnja-Ħerzegovina
4   Malta 25   Ukrajna
5   Ġermanja 26   Turkija
6   Repubblika Ċeka 27   Albanija
7   Żvezja 28   Serbja
8   Iżlanda 29   Ċipru
9   Franza 30   Polonja
10   Iżrael 31   Netherlands
11   Russja 32   Estonja
12   Latvja 33   Kroazja
13   Montenegro 34   Portugall
14   Andorra 35   Rumanija
15   Finlandja 36   Irlanda
16   Żvizzera 37   Danimarka
17   Norveġja 38   Moldova
18   Bulgarija 39   Slovenja
19   Litwanja 40   Armenja
20   Renju Unit 41   Ungerija
21   Maċedonja 42   Ażerbajġan

Tabelli immodifika

Finali immodifika

12-il punt immodifika

Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:

N. Pajjiż riċevitur Pajjiż votant
16   Norveġja Belarus, Danimarka, Estonja, Ġermanja, Iżlanda, Iżrael, Latvja, Litwanja, Olanda, Polonja, Russja, Slovenja, Spanja, Ukrajna, Ungerija, Żvezja
6   Turkija Ażerbajġan, Belġju, Franza, Maċedonja, Renju Unit, Żvizzera
3   Bosnja-Ħerzegovina Kroazja, Montenegro, Serbja
  Greċja Albanija, Bulgarija, Ċipru
  Iżlanda Irlanda, Malta, Norveġja
2   Estonja Finlandja, Slovakkja
  Moldova Portugall, Rumanija
1   Armenja Repubblika Ċeka
  Ażerbajġan Turkija
  Kroazja Bożnija u Ħerżegovina
  Rumanija Moldova
  Russja Armenja
  Spanja Andorra
  Renju Unit Greċja

Referenzi immodifika

  1. ^ Stella Floras (19-03-2009). ESCToday (ed.). "Russia: Alsou and Andrey Malahov to host Eurovision semi finals" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ a b ċ d e ESCToday, ed. (12-01-2009). "Eurovision 2009: 43 countries for Moscow" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ a b Yahoo! News, ed. (25-05-2008). "Russia hails Eurovision success as 'another triumph'" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ The Daily Mail, ed. (25-01-2009). "We wrote the Eurovision song in two hours, says Lloyd Webber" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ a b Sietse Bakker (13-09-2008). EBU (ed.). "Moscow accepted as 2009 Host City!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Víctor Hondal (21-07-2008). ESCToda' (ed.). "Prime Minister clears doubts up, Putin: "Eurovision will be held in Moscow"" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ ESCToday, ed. (30-01-2009). "ESC 2009 Theme & Tickets information announced" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Oikotimes, ed. (27-02-2009). "Look out to the stage for Moscow" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-28. Miġbur 2009-05-13. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ Murray, Gavin (28-05-2008). ESCToday (ed.). "Big 4 (France; Germany; Spain; United Kingdom): May lose automatic place in Eurovision final" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ ESCToday, ed. (14-09-2008). "Eurovision 'Big Four' final spots confirmed" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ Klier, Marcus. ESCToday (ed.). "Exclusive: A new voting procedure for Eurovision?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-19. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  12. ^ Floras, Stella. ESCToday (ed.). "Poland: TVP proposes international jury for Eurovision" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-13. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  13. ^ Viniker, Barry (12-08-2008). ESCToday (ed.). "EBU confirms 50/50 vote for Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-11. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ Oikotimes (ed.). "Austria to not be in Moscow 2009?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-29. Miġbur 2009-02-06. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna)
  15. ^ ESCToday, ed. (18-09-2008). "Austria: No return to Eurovision in 2009" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ ESCToday, ed. (24-09-2008). "Slovakia to return in 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-25. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  17. ^ ESCKaz, ed. (28-08-2008). "Georgian broadcaster confirms Eurovision boycott" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ ESCToday, ed. (28-08-2008). "Georgia will not participate in Moscow Eurovision" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  19. ^ Oikotimes, ed. (19-12-2008). "Georgia: GPB proudly changes decision and enters Eurovision 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ Oikotimes, ed. (10-12-2008). "Record of participating countries, promises EBU" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-12. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  21. ^ ESCToday, ed. (19-11-2008). "Monaco back in Moscow?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ Oikotimes, ed. (2008-11-27). "San Marino & Monaco out?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-01. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  23. ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "San Marino leaves Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  24. ^ Oikotimes, ed. (17-12-2008). "Latvia: LTV withdrew or just cancelled the national selection?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-23. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  25. ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "Latvia confirms withdrawal request" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ Oikotimes, ed. (20-12-2008). "Latvia: LTV officially out and confirmed" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  27. ^ EBU, ed. (30-01-2009). "LIVE: The Semi-Final Allocation Draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ ESCToday, ed. (02-04-2009). "Live: Draw of the running order" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni immodifika