Augusto Felipe Santana (Rio Claro, 17 ta' Marzu 1986), magħruf bħala Felipe Santana, huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab ma' Chapecoense bħala difensur.[1]

Felipe Santana
Informazzjoni personali
Isem sħiħAugusto Felipe Santana
Twelid17 ta' Marzu 1986 (1986-03-17) (38 sena)
Rio ClaroBrażil
Tul1.96 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliChapecoense
Numru27
Mixtliet
Figueirense
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2008Figueirense
2008–2013Borussia Dortmund
2013–2015Schalke 04
2015Olympiacos (self)
2016Kuban Krasnodar
2016–2018Atlético Mineiro
2020–Chapecoense

Karriera immodifika

Borrussia Dortmund immodifika

Fis-16 ta' Mejju 2008, Santana ssieħeb fil-klabb tal-Bundesliga Borussia Dortmund, bi ħlas fir-reġjun ta' €2 miljuni (£1.6 miljun) u l-iffirmar ta' kuntratt ta' ħames snin.[2]

Minħabba kemm Mats Hummels u Neven Subotić kienu mweġġa reċentement fl-istaġun 2012-13, Santana kellu aktar ħin biex jilagħab fl-istaġun. Fit-3 ta' Marzu 2013, Santana skorja l-ewwel gowl tiegħu f'rebħa ta' 3-0 kontra Shakhtar Donetsk fil-UEFA Champions League b'daqqa ta' ras direttament minn korner. Hu skorja fl-aħħar minuta kontra Málaga li bis-saħħa tiegħu daħħal lil Dortmund fis-semifinali.

Schalke 04 immodifika

Fit-28 ta' Mejju 2013, FC Schalke 04 ikkonfermaw li Felipe Santana ffirma kuntratt magħhom sal-2016.[3] Il-ħlas għat-trasferiment kien €1,000,000 irrappurtat mill-medja.[4] Huwa ġie assenjat in-numru 5 tal-flokk.[3]

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Borussia Dortmund

Referenzi immodifika

  1. ^ "Felipe Augusto Santana" (bl-Ingliż). Soccerway. Miġbur 2011-09-30.
  2. ^ "Dortmund swoop for Brazilian" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2008-05-16. Miġbur 2013-08-12.
  3. ^ a b "FC Schalke 04 sign Felipe Santana" (bl-Ingliż). FC Schalke 04. 2013-05-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-24. Miġbur 2013-08-04.
  4. ^ "Offiziell: Santana wechselt vom BVB zum FC Schalke 04". transfermarkt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2013-08-04.

Ħoloq esterni immodifika