Elezzjonijiet Ġenerali 2017 (Malta)

L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017. 333,380 kienu eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-Parlament għat-13-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn. Dan wara waħda mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffiċjalment ħames ġimgħat.

Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot; 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55% u l-PN 43.7%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultat tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta). Fil-fatt din kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara l-Indipendenza sa dakinhar.

Elezzjoni bikrija immodifika

Nhar l-1 ta' Mejju 2017, il-Priministru Joseph Muscat ħabbar waqt mass meeting tal-Partit Laburista fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem, li wara l-instabbiltà li nħolqot fil-pajjiż wara l-akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tiegħu u ta' martu, dakinhar stess kien se jmur għand il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta' Sant'Anton biex jissuġġerilha li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji dakinhar stess, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017.

Voti mhux miġbura immodifika

Kienu 8,372 ruħ li ma ġabrux il-vot tagħhom (2.4%), minn 341,856 li setgħu jivvutaw. L-iktar li ma nġabrux voti kien mit-Tnax-il Distrett (1,634 vot) - il-Mellieħa, l-Manikata, in-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar u Burmarrad; mill-Għaxar Distrett (1,138 vot - Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema; ; u mit-Tlettax il-Distrett ta' Għawdex (884 vot).

Dawn iġibu 1,849 iktar minn kemm ma nġabrux fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013, li kienu 6,523 persuna.

Voti mitfugħa u Voti validi immodifika

Kienu 92.1% ta' dawk eleġibbli li marru jivvutaw, jiġifieri 314,696 minn 341,856 li kienu eleġibbli.

Voti validi kien hemm 98.7%, jiġifieri 310,665.

Voti invalidi kienu 1.3%, jiġifieri 4,031.

Eletturi immodifika

8,730 elettur kienu eletturi ġodda li ħafna minnhom kienu għadhom ma għalqux 18-il sena fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013.

Kandidati immodifika

Għall-Elezzjoni Ġenerali 2017, b’kollox ikkontestaw 210 kandidat. It-tliet partiti - il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Demokratika u l-Moviment Patrijotti - kellhom kandidati fuq id-distretti kollha li jammontaw għal tlettax-il distrett elettorali.

Il-Partit Laburista ippreżenta 70 kandidat, waqt li l-Partit Nazzjonalista ippreżenta 110 kandidat, l-Alternattiva Demokratika ippreżentat 10 kandidati u l-Moviment Patrijotti 15-il kandidat. Minbarra dawn kien hemm ukoll 3 kandidat mill-Alleanza Bidla, u żewġ kandidati Indipendenti.

Stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika qabel l-Elezzjoni immodifika

Stħarriġ tal-Maltatoday ippubblikat jumejn qabel l-elezzjoni ġenerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vantaġġ ta’ 5 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista. Stħarriġ tat-Torċa u ta' Dr Vincent Marmara ippubblikat sitt ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vantaġġ ta’ 11 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista, kif fil-fatt ġab.

Riżultat elettorali immodifika

Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot, 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġab 135,696 vot (jekk jingħadu l-voti tal-Partit Demokratiku li ħareġ taħt il-lista tal-PN); u bħala persentaġġi l-PL ġab 55% u l-PN 43.7%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultat tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta). Fl-2013 il-PL kien ġab 167,533 vot (54.8%) u allura żied 3,443 vot. Il-PN kien ġab 132,426 (43.3%) u żied 3,270.

Alternattiva Demokratika kisbet 2,564 vot jew 0.83%, il-Moviment Patrijotti Maltin kiseb 1,117 vot jew 0.36% u l-kandidati Indipendenti kisbu 91 vot jew 0.03%.

L-Ewwel Distrett immodifika

Dan id-distrett kien jinkludi l-Belt, il-Ħamrun, il-Marsa, Tal-Pieta, Gwardamangia u Santa Venera.

Il-PL kiseb 57% tal-voti waqt li l-PN ġab 42%.

Dan meta fl-2013 il-PL kiseb 55% u l-PN 44%.

B’hekk il-PL żied il-voti bi 2% u l-PN naqqas bi 2%.

It-Tieni Disrett immodifika

Dan id-distrett kien jinkludi l-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St. Peter’s (Ħaż-Żabbar), il-Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra.

Il-PL ġab 71% waqt li l-PN ġab 28%, bħal erba' snin qabel.

Tielet Distrett immodifika

It-Tielet Distrett jikkonsisti fiż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Wied il-Għajn u Marsaxlokk.

Il-PL kiseb 70% tal-voti waqt li l-PN ġab 29%,

filwaqt li fl-2013, l-PL kien ġab 68% u l-PN 30%.

B’hekk il-PL żied il-voti bi 2% u l-PN naqqas bi 1%.

Raba’ Distrett immodifika

Dan id-distrett jikkonsisti fil-Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien.

Il-PL ġab 68% mentri l-PN kiseb 31%.

Il-PL żied il-voti bi 1% u l-PN naqqas bi 1% fuq l-2013.

Ħames Distrett immodifika

Dan id-distrett huwa iffurmat minn Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Farruġ, il-Qrendi, Ħal Safi, iż-Żurrieq u Bubaqra (Żurrieq).

Il-PL kiseb 66% waqt li l-PN ġab 33%.

Mentri fl-2013 kienu kisbu 67% u 32%.

PL naqqas bi 1% waqt li l-PN żied b'1%.

Minn dan id-distrett, din id-darba l-PL tilef siġġu. Din kienet l-ewwel darba wara ħafna żmien li ma ħariġx Karmenu Vella mal-PL.

Sitt Distrett immodifika

Dan id-distrett jikkonsisti f’Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa.

Il-PL kiseb 59% mentri l-PN ġab 40%, bħal erba' snin qabel.

Seba’ Distrett immodifika

Dan id-distrett huwa iffurmat minn Ħaż-Żebbuġ, Ħad Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa, r-Rabat, il-Baħrija (Rabat) u tal-Virtù (Rabat).

Il-PL kiseb 56% waqt li l-PN ġab 42% bħal erba' snin qabel.

Tmien Distrett immodifika

Dan id-distrett jikkonsisti f’Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys (Birkirkara), Swatar (Birkirkara), l-Iklin u Ħal Lija.

Il-PL ġab 45% mentri l-PN kiseb 53%.

Erba’ snin ilu kienu kisbu 48% u 49% rispettivament waqt li l-AD kienu ġabu 2.5%.

PL naqqas b’madwar 3%, AD naqqas 2% u l-PN żied b’4%.

Disa’ Distrett immodifika

Dan id-distrett huwa iffurmat mill-Għargħur, l-Imsida, is-Swatar (l-Imsida), San Ġwann, Kappara (San Ġwann), is-Swieqi, Madliena (Swieqi) u Ta’ Xbiex.

Il-PL ġab 42% waqt li l-PN kiseb 56%, u AD 1%.

Mentri erba’ snin ilu ġabu 43% u 54% rispettivament mentri l-AD kien ġab 3%.

Dan ifisser li l-PL naqqas b’madwar 1% u l-PN żied b’2%.

Għaxar Distrett immodifika

Id-distrett jikkonsisti fil-Gżira, in-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Pembroke, San Ġiljan, Paceville (San Ġiljan) u Tas-Sliema.

Il-PL kiseb 38% u l-PN kiseb 60%, u AD 1%.

Erba’ snin qabel kienu kisbu 39% u 57% waqt li l-AD madwar 3%.

Dan ifisser li l-PL naqqas 1%, AD naqqas 2% u l-PN żied b’3%.

Ħdax-il Distrett immodifika

Id-distrett huwa iffurmat mill-Imdina, Ħ’Attard, il-Mosta u Burmarrad (San Pawl il-Baħar).

Il-PL kiseb 43% waqt li l-PN ġab 55%.

Fl-aħħar elezzjoni kienu ġabu 42% u 55%.

PL żied b’1% u l-PN baqa' l-istess.

Tnax-il Distrett immodifika

Dan id-distrett huwa iffurmat mill-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar.

Il-PL kiseb 47% waqt li l-PN ġab 51%.

Erba’ snin ilu kienu kisbu 47% u 50%.

PL baqa’ l-istess u l-PN żdied bi 1%.

Tlettax-il Distrett immodifika

Fid-distrett iffurmat minn Għawdex u Kemmuna,

il-PL ġab 51% mentri l-PN kiseb 48%.

Erba’ snin ilu kienu kisbu 49% u 50% rispettivament.

PL żied 2% u l-PN naqqas 2%.

Din kienet l-ewwel darba li l-PL ġab maġġoranza ta' voti f'dan id-distrett.

Kandidati eletti f'kull distrett immodifika

L-Ewwel Distrett: Partit Laburista: Jose Herrera (4,630), Aaron Farrugia (3,600), Deo Debattista (2,378); Partit Nazzjonalista: Mario de Marco (4,721), Claudio Grech (2,606)

It-Tieni Distrett: Partit Laburista: Joseph Muscat (14,674), Helena Dalli (650), Joe Mizzi (768), Chris Agius (527); Partit Nazzjonalista: Stephen Spiteri (527)

It-Tielet Distrett: Partit Laburista: Chris Fearne (4,693), Carmelo Abela (2,892), Silvio Grixti (2,452), Helena Dalli (1,787); Partit Nazzjonalista: Mario Galea (1,763),

Ir-Raba Distrett: Partit Laburista: Chris Fearne (5,405), Konrad Mizzi (4,968), Silvio Parnis (3,334), Byron Camilleri (2,320); Partit Nazzjonalista: Jason Azzopardi (2,497)

Il-Ħames Distrett: Partit Laburista: Joseph Muscat (12,886), Owen Bonnici (278), Julia Farrugia Portelli (394); Partit Nazzjonalista: Anthony Bezzina (2,847), Herman Schiavone (1,143)

Is-Sitt Distrett: Partit Laburista: Silvio Schembri (3,950), Roderick Galdes (2,757), Robert Abela (3,403); Partit Nazzjonalista: Ryan Callus (3,027), Clyde Puli (2556)

Is-Seba' Distrett: Partit Laburista: Ian Borg (5,566), Edward Scicluna (3,665), Silvio Schembri (1,184) ; Partit Nazzjonalista: Jean Pierre Debono (1,951), Beppe Fenech Adami (2,195)

It-Tmien Distrett: Partit Laburista: Edward Scicluna (3,577), Chris Cardona (3,218); Partit Nazzjonalista: Beppe Fenech Adami (6,484), Therese Commodini Cachia (1,523), David Agius (1,370)

Id-Disa Distrett: Partit Laburista: Clifton Grima (2,608), Michael Falzon (2,093); Partit Nazzjonalista: Kristy Debono (4,022), Robert Arrigo (2,099), Marthese Portelli (1,468)

L-Għaxar Distrett: Partit Laburista: Evarist Bartolo (2,732), Michael Falzon (2,260); Partit Nazzjonalista: Robert Arrigo (4,793), Karl Gouder (1,132); Partit Demokratiku: Marlene Farrugia (1,016)

Il-Ħdax-il Distrett: Partit Laburista: Anthony Agius Decelis (2,950), Alex Muscat (2,431); Partit Nazzjonalista: Simon Busuttil (11,266), David Agius (581), Edwin Vassallo (438)

It-Tnax-il Disrtrett: Partit Laburista: Evarist Bartolo (2,444), Michael Farrugia (3,560); Partit Nazzjonalista: Simon Busuttil (9,389), Claudette Buttigieg (125), Robert Cutajar (1,080)

Tlettax-il Distrett: Partit Laburista: Anton Refalo (4,853), Justyne Caruana (3,189), Clint Camilleri (2,466); Partit Nazzjonalista: Chris Said (4,642), Marthese Portelli (2,622)

Eletti minn Elezzjonijiet Każwali immodifika

Kandidati Eletti f'isem il-Partit Laburista immodifika

It-Tieni Distrett Elettorali (post li tbattal minn Helena Dalli)

Bedingfield Glenn

*It-Tielet Distrett Elettorali (post li tbattal minn Helena Dalli mal-ħatra ta' Kummissarju Ewropew fl-2019)

Micallef Jean Claude

Ir-Raba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Chris Fearne)

Grech Etienne            

Il-Ħames Distrett Elettorali (post li tbattal minn Joseph Muscat)

Zrinzo Azzopardi Stefan

Is-Sitt Distrett Elettorali (post li tbattal minn Silvio Schembri)

Cutajar Rosianne

It-Tmien Distrett Elettorali (post li tbattal minn Edward Scicluna)

Zammit Lewis Edward

Id-Disa’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Michael Falzon)

Mallia Manuel

It-Tnax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Evarist Bartolo)

Bartolo Clayton

Is-Seba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Beppe Fenech Adami)

Kandidati Eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista immodifika

Farrugia Godfrey

L-Għaxar Distrett Elettorali (post li tbattal minn Robert Arrigo)

Aquilina Karol        

Il-Ħdax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Simon Busuttil)

Bartolo Ivan

Il-Ħdax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn David Agius)

Deguara Maria

It-Tlettax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Marthese Portelli)

Stellini David