Id-Dolomiti (pronunzja: [doloˈmiːti]; bil-Ladino: Dolomites; bil-Ġermaniż: Dolomiten [doloˈmiːtn̩][1]; bid-djalett ta' Venezja: Dołomiti [doɰoˈmiti]; bid-djalett ta' Friuli: Dolomitis), magħrufa wkoll bħala l-Muntanji Dolomitiċi jew l-Alpi Dolomitiċi, huma katina muntanjuża li tinsab fil-Grigal tal-Italja. Jiffurmaw parti mill-Alpi tan-Nofsinhar tal-ġebla tal-ġir u jibqgħu sejrin mix-xmara Adige fil-Punent sal-Wied ta' Piave (Pieve di Cadore) fil-Lvant. Il-konfini fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar huma definiti mill-Wied ta' Puster u mill-Wied ta' Sugana (bit-Taljan: Valsugana). Id-Dolomiti jinsabu fir-reġjuni ta' Veneto, Trentino-Alto Adige/Südtirol u Friuli Venezia Giulia[2], u jkopru żona kondiviża bejn il-provinċji ta' Belluno, Vicenza, Verona, Trentino, Südtirol, Udine u Pordenone.[3]

Veduta tat-Tre Cime di Lavaredo billejl

Gruppi muntanjużi oħra bi struttura ġeoloġika simili huma mifruxa tul ix-xmara Piave lejn il-Lvant – id-Dolomiti d'Oltrepiave; u 'l bogħod mix-xmara Adige lejn il-Punent – id-Dolomiti di Brenta (id-Dolomiti tal-Punent). Grupp iżgħar jissejjaħ Piccole Dolomiti (id-Dolomiti ż-Żgħar), u jinsab bejn il-provinċji ta' Trentino, Verona, u Vicenza.

Il-Park Nazzjonali tad-Dolomiti ta' Belluno u bosta parks reġjonali oħra jinsabu fiż-żona tad-Dolomiti. F'Awwissu 2009, id-Dolomiti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4]

Etimoloġija immodifika

Isem id-Dolomiti, magħrufa wkoll bħala l-"Muntanji Ċari", oriġina minn isem il-blat kostitwenti tagħhom, id-dolomit. Dan il-blat issemma wara l-mineraloġista Franċiż tas-seklu 18 Déodat Gratet de Dolomieu (1750-1801), li kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-mineral.[5]

Storja immodifika

 
Sassolungo

Għal millenji sħaħ, il-kaċċaturi u l-komunitajiet tagħhom kienu avvanzaw u laħqu l-ogħla reġjuni bil-blat u x'aktarx li kienu xxabbtu sa xi qċaċet ukoll. Hemm evidenza li l-patri Ġiżwita Franz von Wulfen minn Klagenfurt ixxabbat sa fuq il-Lungkofel u d-Dürrenstein fis-snin 90 tas-seklu 18. Fl-1857, il-Brittaniku John Ball kien l-ewwel wieħed li xxabbat sa fuq Monte Pelmo. Paul Grohmann iktar 'il quddiem tela' fuq diversi qċaċet bħal Antelao, Marmolata, Tofana, Monte Cristallo, u Boè. Għall-ħabta tal-1860, ix-xabbatur Agordin Simone de Silvestro kien l-ewwel persuna li tela' konxjament fuq iċ-Civetta. Michael Innerkofler kien wieħed mix-xabbaturi tat-Tre Cime di Lavaredo. Iktar 'il quddiem, żewġ xabbaturi lokali importanti ħafna li rnexxielhom jixxabtu ma' diversi qċaċet għall-ewwel darba kienu Angelo Dibona u Giovanni Piaz.[6]

 
Il-qċaċet tat-Torrijiet ta' Vajolet

Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-linja militari bejn l-armata Taljana u dik tal-Awstrija u tal-Ungerija kienet tgħaddi mid-Dolomiti, u ż-żewġ naħat użaw il-mini tal-art b'mod estensiv. F'Cinque Torri (Ħames Torrijiet), f'Monte Piana u f'Monte Lagazuoi hemm mużewijiet tal-gwerra fil-beraħ. Bosta nies iżuru d-Dolomiti biex jixxabbtu tul mogħdijiet fl-għoli ħafna magħrufa bħala vie ferrate, li jgħaddu bejn il-blat tal-qċaċet u li kienu nħolqu matul il-gwerra.

Għadd ta' mogħdijiet fuq distanza twila jgħaddu mid-Dolomiti. Dawn jissejħu alte vie (bil-Ġermaniż: Dolomiten Höhenwege), jiġifieri litteralment mogħdijiet għoljin, u huma numerati minn 1 sa 10. Dawn il-mogħdijiet jieħdu xi ġimgħa biex wieħed jagħmilhom mill-bidu sat-tmiem, u fihom hemm diversi rifugi (għorfiet ta' rifuġju) fejn wieħed jista' jistkenn. L-ewwel mogħdija, li hija l-iktar waħda rinomata, tissejjaħ Alta Via 1. Fir-reġjun ta' Alta Badia ntużat id-datazzjoni bir-radjukarbonju biex tintwera konnessjoni bejn l-attività taċ-ċedimenti tal-art u t-tibdil fil-klima.[7]

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Id-Dolomiti ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[4]

 
Veduta panoramika ta' Marmolada

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[4]

Ġeografija immodifika

Ir-reġjun spiss jinqasam fid-Dolomiti tal-Punent u dawk tal-Lvant, isseparati bejniethom minn linja li tgħaddi mal-assi Val Badia – il-Mogħdija Muntanjuża ta' Campolongo – il-Wied ta' Cordevole (Agordino).

Klassifikazzjoni attwali immodifika

 
Il-Mogħdija ta' Gardena
 
Cristallo, Cortina d'Ampezzo
 
Il-Grupp ta' Sella

Id-Dolomiti jistgħu jinqasmu fil-ktajjen muntanjużi li ġejjin:

  • Sella
  • Marmolada
  • Tofane
  • il-Grupp ta' Langkofel
  • il-Grupp ta' Geisler
  • il-Grupp ta' Peitlerkofel
  • il-Grupp ta' Puez
  • il-Grupp ta' Fanes
  • il-Grupp ta' Schlern
  • Rosengarten
  • Latemar
  • Pala
  • il-Muntanji ta' Lüsen
  • Civetta
  • Pelmo
  • Marmarole
  • il-Grupp ta' Cadini
  • il-Grupp ta' Cristallo
  • Sorapiss
  • Antelao
  • Bosconero
  • Vette Feltrine
  • Schiara
  • id-Dolomiti ta' Praga
  • id-Dolomiti ta' Sexten
  • id-Dolomiti ta' Friuli

Turiżmu u sport immodifika

 
Skijjar f'Cortina fl-1903

Id-Dolomiti huma rinomati għall-iskijjar fix-xhur tax-xitwa u għat-tixbit, għall-mixi, għaċ-ċikliżmu u għall-qbiż mill-għoli (BASE jumping) fil-muntanji, kif ukoll għall-paragliding u għall-hang gliding fis-sajf u fl-aħħar tar-rebbiegħa/fil-bidu tal-ħarifa.[8][9] It-tixbit ilu tradizzjoni fid-Dolomiti mill-1887, meta Georg Winkler, li kellu 17-il sena, ixxabbat waħdu għall-ewwel darba sal-quċċata tal-Vajolettürme.[10] Iċ-ċentru prinċipali jinkludu: Rocca Pietore maġenb il-Glaċier ta' Marmolada, fil-konfini bejn Trentino u Veneto, l-irħula ż-żgħar ta' Alleghe, Falcade, Auronzo u Cortina d'Ampezzo, u l-villaġġi ta' Arabba, Urtijëi u San Martino di Castrozza, kif ukoll iż-żoni kollha tal-widien ta' Fassa, Gardena u Badia.[11]

Il-Maratona dles Dolomites, tellieqa tar-roti fit-triq li ddum ġurnata sħiħa, li tkopri seba' mogħdijiet muntanjużi tad-Dolomiti, issir kull sena fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju.

Postijiet karatteristiċi oħra huma:

  • Monte Pasubio u Strada delle 52 Gallerie (mogħdija militari mħaffra bi 52 mina li nbniet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija)
  • Altopiano di Asiago u Calà del Sasso, b'4,444 tarġa, l-itwal mogħdija bit-taraġ fid-dinja li hija miftuħa għall-pubbliku.

Qċaċet ewlenin immodifika

Isem metri piedi Isem metri piedi
Marmolada 3,343 10,968 Pala di San Martino 2,982 9,831
Antelao 3,264 10,706 Rosengartenspitze / Catinaccio 2,981 9,781
Tofana di Mezzo 3,241 10,633 Cima di Fradusta 2,941 9,715
Sorapiss 3,229 10,594 Cimon del Froppa 2,932 9,649
Cristallo 3,221 10,568 Monte Agnèr 2,872 9,416
Monte Civetta 3,220 10,564 Fermedaturm 2,867 9,407
Cima di Vezzana 3,192 10,470 Cima d'Asta 2,848 9,344
Cimon della Pala 3,184 10,453 Cima di Canali 2,846 9,338
Langkofel / Sassolungo 3,181 10,427 Croda Grande 2,839 9,315
Monte Pelmo 3,168 10,397 Vajoletturm / Torri del Vajolet (l-ogħla) 2,821 9,256
Dreischusterspitze 3,162 10,375 Sass Maor 2,816 9,239
Boespitze / Piz Boè (Grupp ta' Sella) 3,152 10,342 Cima di Ball 2,783 9,131
Hohe Gaisl (Croda Rossa d'Ampezzo) 3,148 10,329 Cima della Madonna (Sass Maor) 2,751 9,026
Gran Vernel 3,145 10,319 Rosetta 2,741 8,993
Piz Popena 3,143 10,312 Croda da Lago 2,716 8,911
Grohmannspitze (Langkofel) 3,126 10,256 Central Grasleitenspitze 2,705 8,875
Zwölferkofel 3,094 10,151 Schlern 2,562 8,406
Elferkofel 3,092 10,144 Sasso di Mur 2,554 8,380
Piz dles Cunturines 3,064 10,052 Cima delle Dodici 2,338 7,671
Sass Rigais (Geislerspitzen) 3,025 9,925 Monte Pavione 2,336 7,664
Kesselkogel (Rosengarten) 3,004 9,856 Cima Palon 2,239 7,346
Tre Cime di Lavaredo (Drei Zinnen) 2,999 9,839 Cima di Posta 2,235 7,333
Fünffingerspitze 2,997 9,833 Geierwand 2,088 6,850

Mogħdijiet muntanjużi ewlenin immodifika

Isem metri piedi
Mogħdija ta' Ombretta (minn Campitello sa Caprile) 2,738 8,983
Langkofeljoch (mill-Wied ta' Gröden sa Campitello) 2,683 8,803
Tschagerjoch (minn Karersee sa Vajolet) 2,644 8,675
Mogħdija ta' Grasleiten (minn Vajolet sa Grasleiten) 2,597 8,521
Mogħdija ta' Pravitale (mill-Promontorju ta' Rosetta sa Pravitale) 2,580 8,465
Mogħdija ta' Comelle (l-istess bħal Cencenighe) 2,579 8,462
Mogħdija ta' Rosetta (minn San Martino di Castrozza sal-Promontorju ta' Rosetta) 2,573 8,442
Mogħdija ta' Vajolet (livelli differenti sa Vajolet) 2,549 8,363
Mogħdija ta' Canali (minn Primiero sa Agordo) 2,497 8,193
Tierseralpljoch (minn Campitello sa Tiers) 2,455 8,055
Mogħdija ta' Ball (minn San Martino di Castrozza sa Pravitale) 2,450 8,038
Forcella di Giralba (minn Sexten sa Auronzo) 2,436 7,992
Col dei Bos (minn Falzarego sa Travernanzes) 2,313 7,589
Forcella Grande (minn San Vito sa Auronzo) 2,262 7,422
Mogħdija ta' Pordoi (minn Arabba sa Val di Fassa) 2,250 7,382
Mogħdija ta' Sella (mill-Wied ta' Gröden sa Val di Fassa) 2,244 7,362
Mogħdija ta' Giau (minn Cortina sa Val Fiorentina) 2,236 7,336
Mogħdija ta' Tre Sassi (minn Cortina sa San Cassian) 2,199 7,215
Mogħdija ta' Valparola (minn Cortina sa San Cassian) 2,168 7,113
Mahlknechtjoch (minn Duron ta' Fuq sal-Alpi ta' Seiser) 2,168 7,113
Mogħdija ta' Gardena (mill-Wied ta' Gröden sa Colfuschg) 2,121 6,959
Mogħdija ta' Falzarego (minn Caprile sa Cortina) 2,117 6,946
Mogħdija ta' Fedaja (minn Val di Fassa sa Caprile) 2,046 6,713
Mogħdija ta' Valles (minn Paneveggio sa Falcade) 2,032 6,667
Würzjoch (minn Eisacktal sa Val Badia) 2,003 6,572
Mogħdija ta' Rolle (minn Predazzo sa San Martino di Castrozza u Primiero) 1,984 6,509
Forcella Forada (minn Caprile sa San Vito) 1,975 6,480
Mogħdija ta' San Pellegrino (minn Moena sa Cencenighe) 1,910 6,267
Mogħdija ta' Campolongo (minn Corvara sa Arabba) 1,875 6,152
Mogħdija ta' Forcella d'Alleghe (minn Alleghe sa Zoldo) 1,820 5,971
Mogħdija ta' Tre Croci (minn Cortina sa Auronzo) 1,808 5,932
Mogħdija ta' Furkel (minn Mareo sa Olang) 1,759 5,771
Mogħdija ta' Karerpass jew Costalunga (minn Welschnofen sa Vigo di Fassa) 1,753 5,751
Mogħdija ta' Kreuzbergpass jew Monte Croce (minn Innichen u Sexten sa Wied ta' Piave u Belluno) 1,638 5,374
Mogħdija ta' Ampezzo (minn Toblach sa Cortina u Belluno) 1,544 5,066
Mogħdija ta' Cereda (minn Primiero sa Agordo) 1,372 4,501
Mogħdija ta' Toblach (minn Bruneck sa Lienz) 1,209 3,967

Parks ewlenin immodifika

  • Park Nazzjonali tad-Dolomiti ta' Belluno (315.11 km2)
  • Park naturali reġjonali tad-Dolomiti d'Ampezzo (112.00 km2)
  • Park Naturali Fanes-Sennes-Prags (257 km2)
  • Park naturali ta' Paneveggio – Pale di San Martino (197.0 km2)
  • Park Naturali ta' Schlern-Rosengarten (68 km2)
  • Park Naturali tad-Dolomiti ta' Sexten (116.3 km2)
  • Park Naturali ta' Puez-Geisler (102 km2)
  • Park Naturali Provinċjali ta' Adamello-Brenta (620.5 km2)
  • Park Naturali Reġjonali tad-Dolomiti ta' Friuli

Referenzi immodifika

  1. ^ "Dolomiten - English translation in English - Langenscheidt dictionary German-English". en.langenscheidt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-03-08.
  2. ^ "Dolomiti, le montagne rosa | Italia.it (Italiano)". www.italia.it (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-08.
  3. ^ "The Dolomites UNESCO World Heritage | Italy". www.dolomites.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Dolomites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
  5. ^ Saussure le fils, M. de (1792): "Analyse de la dolomite". Journal de Physique, vol. 40, pp. 161–173.
  6. ^ "Die Dolomitengipfel werden erobert". www.dolomythos.com. Miġbur 2022-03-08.
  7. ^ Borgatti, Lisa; Soldati, Mauro (2010-08-01). "Landslides as a geomorphological proxy for climate change: A record from the Dolomites (northern Italy)". Geomorphology. Landslide geomorphology in a changing environment. 120 (1–2): 56–64.
  8. ^ Draper, Robert (2015-08-13). "In Italy, Hiking and Haute Cuisine in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
  9. ^ Williams, Ingrid K. (2018-08-30). "36 Hours in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
  10. ^ "Rock and Ice Magazine: The Perfect Perfume". web.archive.org. 2008-02-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-15. Miġbur 2022-03-08.
  11. ^ Koch, Amy Tara (2019-11-25). "Hut Skiing in the Dolomites: Storybook Scenery and Grappa Included" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.