Diana Gurtskaya (twieledet fit-2 ta' Lulju 1979) hija kantanta għamja mill-Ġeorġja u tgħix f'Moska, fir-Russja. Fl-1 ta' Marzu 2008, Diana rebħet il-finali nazzjonali b'39.4% tal-voti, biex b'hekk ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Ġeorġja fil-Festival tal-Eurovision 2008 f'Belgrad, is-Serbja. Hi rebħet post fil-finali wara li kkwalifikat mit-tieni semifinali tat-22 ta' Mejju u ġiet fil-ħdax-il post.

Diana Gurtskaya
Ħajja
Isem propju დიანა ღურწკაია
Twelid Sukhumi (en) Translate, 2 Lulju 1978 (45 sena)
Nazzjonalità Russja
Georgia
Unjoni Sovjetika
Familja
Konjuga/i Petr Kucherenko (en) Translate  20 Mejju 2023)
Edukazzjoni
Alma mater Università Statali ta’ Moska
Institute of Contemporary Art (en) Translate
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mużiċist
kantant
Premjijiet
Sħubija Fifth Civic Chamber of the Russian Federation (2014–2017) (en) Translate
Sixth Civic Chamber of the Russian Federation (2017–2020) (en) Translate
Public Chamber of the Russian Federation of the seventh composition (2020–2023) (en) Translate
Moviment artistiku mużika pop
Tip ta' leħen sopran
Strument/i tal-mużika vuċi

Gurtskaya għandha numru ta' unuri importanti għal dak li għamlet. Fost l-aktar prominenti, l-unur fl-2007 tal-aktar Artista Russa ta' Unur li ngħata mill-president Vladimir Putin, Midalja tal-Unur mogħtija mill-president tal-Ġeorġja Mikheil Saakashvili, u l-Unur ta' Santa Barbara fl-Ukrajna.[1]

Hi rrikordjat dwetti ma' kantanti famużi barranin bħal Ray Charles, Toto Cutugno u Demis Roussos.[1]

Diskografija immodifika

  • 2000 – Ty zdes
  • 2002 – Ty znaeš, мама...
  • 2003 – Ja jlublju na vseh
  • 2005 – Nežnaja

Referenzi immodifika

  1. ^ a b "Diana Gurtskaya". eurovision.tv (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-30.

Ħoloq esterni immodifika