Christopher Lloyd "Chris" Smalling (twieled fit-22 ta' Novembru 1989) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab mal-klabb ta' Roma bħala difensur.

Chris Smalling
Informazzjoni personali
Isem sħiħChristopher Lloyd Smalling
Twelid22 ta' Novembru 1989 (1989-11-22) (34 sena)
GreenwichIngilterra
Tul1.94 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRoma
Numru6
Mixtliet
2002–2004Millwall
2006–2007Maidstone United
Karriera professjonali
SninKlabb
2007–2008Maidstone United
2008–2010Fulham
2010–2020Manchester United
2019–2020Roma (self)
2020–Roma
Tim nazzjonali
2009–2011Ingilterra U21
2011–Ingilterra

Karriera immodifika

Klabb immodifika

Meta kellu sbatax-il sena, Smalling iddebutta mat-tim reġjonali ta' Maidstone United kontra Canvey Island. Matul l-ewwel sena mat-tim tal-kbar hu lagħab tnax-il konfront fejn skorja gowl wieħed, eżattament fl-aħħar logħba tiegħu mal-klabb.

F'Ġunju tal-2008 Smalling iffirma kuntratt mal-klabb mill-Premier League Fulham.[1] Fl-24 ta' Mejju 2009, Smalling iddebutta ma' Fulham meta daħal bħala sostitut għal Aaron Hughes fis-77 minuta fl-aħħar partita tal-istaġun 2008–09 kontra Everton. L-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax waslet fis-17 ta' Settembru 2009, fil-partita valida għall-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia, bil-partita tintemm 1–1. Fil-kampjonat, l-ewwel logħba tiegħu mill-ewwel minuta kienet dik kontra Chelsea fit-28 ta' Diċembru 2009, fejn kien involut f'episodju deċisiv meta skorja awtogowl li ta liċ-Chelsea rebħa ta' 2–1.

Fis-26 ta' Jannar 2010, Manchester United ħabbru li kienu xtraw lil Smalling, bil-plejer jibqa' ma' Fulham sa tmiem l-istaġun 2009–10 qabel ma jingħaqad mal-klabb il-ġdid fl-istaġun segwenti.[2] Dan it-trasferiment kien uffiċjalizzat fl-1 ta' Lulju 2010. Id-debutt tiegħu fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra West Ham United tat-28 ta' Awwissu, meta daħal bħala sostitut għal Jonny Evans.

Internazzjonali immodifika

Nhar il-11 ta' Awwissu 2009, Smalling iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena bħala sostitut fil-konfront kontra l-Olanda li ntemm 0–0. Smalling ġie magħżul fl-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2011.

Fit-13 ta' Novembru 2010, Smalling ġie imsejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-kbar għal-logħba ta' ħbiberija kontra Franza tas-17 ta' Novembru;[3] madanakollu, ma ġie użat matul it-telfa ta' 2–1. Id-debutt tiegħu wasal fit-2 ta' Settembru 2011 meta lagħab bħala difensur lemini fil-konfront kontra l-Bulgarija, validu għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.[4]

Statistika tal-karriera immodifika

Klabb immodifika

Statistika korretta sat-18 ta' Settembru 2011[5]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Fulham 2008–09 1 0 0 0 0 0 1 0
2009–10 12 0 1 0 1 0 4 0 18 0
Total 13 0 1 0 1 0 4 0 19 0
Manchester United 2010–11 16 0 4 0 3 1 9 0 1 0 33 1
2011–12 5 1 0 0 0 0 1 0 1 1 7 2
Total 21 1 4 0 3 1 10 0 2 1 40 3
Total fil-karriera 45 2 5 0 5 1 14 0 5 1 74 4

Internazzjonali immodifika

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Manchester United

Referenzi immodifika

  1. ^ Beattie, Chris (2009-01-04). "Chris Smalling: Fulham move proof there's talent outside Football League" (bl-Ingliż). Tribal Football. Miġbur 2009-05-25.
  2. ^ Hibbs, Ben (2010-01-26). "Reds swoop for Smalling" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2010-01-26.
  3. ^ "Capello names squad" (bl-Ingliż). FA. 2010-11-13. Miġbur 2010-11-14.
  4. ^ McNulty, Phil (2011-09-02). "Bulgaria 0-3 England" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2011-09-03.
  5. ^ Endlar, Andrew. "Chris Smalling" (bl-Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Miġbur 2010-08-08.

Ħoloq esterni immodifika