Charles Mangion huwa Deputat Parlamentari tal-Partit Laburista. Huwa serva ta' Ċermen tal-Enemalta bejn l-2013 u l-2014. Kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista bejn l-2003 u l-2008.

Charles Mangion
9. Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza

29 Ottubru 1996 - 3 Frar 1998
Michael Refalo - Gavin Gulia (en) Translate
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

10 Mejju 1987 - 9 Marzu 2013
Ħajja
Twelid Tal-Pietà, 14 Novembru 1952 (71 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

In-Nutar Mangion twieled fl-14 ta’ Novembru 1952. Hu mizzewweg lil Carmen, xebba Schembri, u ghandu tlett’itfal – Malcolm, Marie Claire u Gabriella. Joqghod Hal Luqa. In-Nutar Mangion studja fl-Universitá ta’ Malta fejn iggradwa b’ BA Honours fl-1974 u kiseb dottorat fil-ligi fl-1982. Hu jipprattika bhala Nutar f’ufficcju legali flimkien ma’ ibnu Dr Malcolm Mangion.

Politika immodifika

In-Nutar Mangion dahal fil-politika minn kmien meta fl-1975 issieħeb mal-fergħa taz-zghazagh tal-Partit Laburista. Kien elett fil-Parlament ghall-ewwel darba fl-1987 u baqa’ jkun elett f’kull elezzjoni generali minn dak iz-zmien. Okkupa karigi b’mod regolari fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u kien Deputat Segretarju Internazzjonali bejn l-1981 u l-1991. Wara l-elezzjoni tal-1992 li ntrebhet mill-Partit Nazzjonalista, in-Nutar Mangion inhatar Deputat Speaker b’vot unanimu tal-Parlament. Bejn l-1992 u l-1994 kien Shadow Minister ghall-Industrija, waqt li bejn l-1994 u l-1996 kien Shadow Minister fuq l-Affarijiet Interni u l-Gvern Lokali.

Fl-1996 in-Nutar Mangion inhatar Ministru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali fil-gvern gdid Laburista. Fl-2003 n-Nutar Mangion inhatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista ghall-Affarijiet Parlamentari u serva wkoll bhala Shadow Minister tal-Finanzi. Fl-2008 nhatar Kap tal-Oppozizzjoni sakemm Joseph Muscat intghazel bhala Mexxej tal-Partit Laburista. Fl-2010 n-Nutar Mangion inħatar mill-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat bhala Shadow Minister għall-Ekonomija u s-Servizzi Finanzjarji u l-Penzjonijiet. In-Nutar baqa’ jservi wkoll bħala chairperson tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Huwa reġa' daħal fil-Parlament b'elezzjoni każwali fil-15 t'April 2014, wara li żvojta s-siġġu ta' Marie Louise Coleiro Preca li nħatret President tar-Repubblika.