Charles J. Scicluna

Arċisqof ta' Malta

L-Isqof Charles Jude Scicluna (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Arċisqof ta' Malta u membru fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015.

Charles J. Scicluna
Assistant Secretary (en) Translate

13 Novembru 2018 -
President

20 Awwissu 2016 -
Mario Grech
arċisqof metropolitan ta ’Malta

27 Frar 2015 -
Pawlu Cremona
Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
amministratur appostoliku

18 Ottubru 2014 - 27 Frar 2015
Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
isqof titulari

6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015
Prosper Grech - George Bugeja (en) Translate
Dioceses: San Leone titular see (en) Translate
isqof awżiljarju

6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015
Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
Ħajja
Twelid Toronto, 15 Mejju 1959 (64 sena)
Nazzjonalità Malta
Grupp etniku Maltin
Edukazzjoni
Alma mater Pontifical Gregorian University (en) Translate
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni teologu
għalliem fl-università
saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku
Impjegaturi Pontifical Gregorian University (en) Translate
Dicastery for the Doctrine of the Faith (en) Translate  (13 Novembru 2018 -
Premjijiet

Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.

Studji immodifika

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Ġdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, fil-Kottonera. Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta' Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984. Wara l-formazzjoni meħtieġa fis-Seminarju Maġġuri u l-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali mill-Fakultà tat-Teoloġija, Tal-Virtù, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Ġużeppi Mercieca, fil-11 ta’ Lulju 1986.

Fl-istess sena Mons. Scicluna ntbagħat jistudja id-Dritt Kanoniku ġewwa l-Pontificia Università Gregoriana, f’Ruma u kiseb id-Dottorat fid-Dritt Kanoniku bi speċjalizazzjoni fil-Ġurisprudenza fl-1991.

Ħidma fil-Knisja immodifika

Wara l-istudji f’Ruma Mons Scicluna ħadem fuq it-Tribunal Metropolitan ta’ Malta bhala Difensur taż-Żwieg u kien ukoll lecturer fit-Teoloġija Pastorali u fid-Dritt Kanoniku fl-Università ta’ Malta. Wettaq ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Ħ’Attard, San Girgor, Sliema, u fl-Iklin, Lija. Kien Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri bejn l-1994 u l-1995.

Fl-1995 ġie msejjaħ biex jaħdem fil-Vatikan fuq it-Tribunal Suprem tas-Sinjatura Apostolika bħala Promotur tal-Ġustizzja Sostitut.

Fl-1996 ġie nominat Postulatur fil-kawza tal-beatifikazzjoni u tal-kanonizzazjoni ta’ Dun Ġorġ Preca.

F’Ottubru 2002 Mons. Scicluna inħatar Promotur tal-Gustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga u jkun prosekutur fuq il-każi l-iżjed gravi riżervati lill-Kongregazzjoni. Vjaġġa ħafna biex jagħti seminars dwar il-protezzjoni tal-minuri f’diversi komunitajiet lokali fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika, fl-Amerika u fl-Awstralja.

Mons. Scicluna kien lecturer fil-proċedura penali fil-Pontificia Università Gregoriana u kien jgħin bħala kappillan tas-Sorijiet ta’ Santa Briġida (Piazza Farenese, Ruma) u bħala konfessur fil-Venerabbli Kulleġġ Ingliż.

Isqof immodifika

 
Stemma

Fl-24 ta' Novembru 2012 huwa kien ikkonsagrat Isqof mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Huwa Isqof Titulari ta' Leone, u Isqof Awżiljarju ta' Pawlu Cremona.

Sitt ijiem wara huwa ntgħażel mill-Vatikan biex jagħmel ħames snin oħra fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

F'April 2014 tqabbad mill-Vatikan biex jiġbor ix-xhieda tal-kleru f'allegati abbużi li saru fid-djoċesi Skoċċiża ta' St Andrews and Edinburgh.

Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn Papa Franġisku, responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona.

F'Jannar 2015, inħatar President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jistudja l-appelli dwar offiżi serji minn reliġjużi. Il-Kulleġġ immexxi mill-Isqof Scicluna se jkollu erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet bħala membri, li se jistudjaw l-appelli imressqa quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

Arċisqof immodifika

Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015. Huwa għamel l-Ingress solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina fil-21 ta' Marzu 2015.

L-Isqof Scicluna jidher spiss fuq it-televiżjoni Maltija u xi drabi anke dik barranija u għandu blogg. B'differenza miż-żewġ predeċessuri tiegħu, huwa jesprimi ruħu fuq diversi temi. Fir-Referendum tal-Kaċċa tal-2015 huwa esprima l-fehma tiegħu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Fil-kwistjoni tal-Iskema proposta mill-Gvern fejn barranin jixtru ċ-ċittadinanza huwa wera wkoll in-nuqqas ta' qbil tiegħu.

Ħoloq Esterni immodifika

Predeċessur
Pawlu Cremona
Arċisqof ta' Malta
2015–

Suċċessur
preżenti