Carl David Anderson

fiżiku Amerikan

Carl David Anderson (twieled fit-3 ta' Settembru 1905 – miet fil-11 ta' Jannar 1991) kien fiżiku Amerikan. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron fl-1932, kisba li għaliha ngħata l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1936, u tal-muon fl-1936.

Carl David Anderson
Ħajja
Twelid Belt ta' New York, 3 Settembru 1905
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Residenza Belt ta' New York
Mewt San Marino, Stati Uniti, 11 Jannar 1991
Post tad-dfin Forest Lawn Memorial Park (en) Translate
Familja
Konjuga/i Elvira Lorena Bergman (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Istitut tat-Teknoloġija ta' California
John H. Francis Polytechnic High School (en) Translate
Direttur tat-teżi William Ralph Smythe (en) Translate
Robert A. Millikan (en) Translate
Studenti dottorali Donald Arthur Glaser (en) Translate
Seth Neddermeyer (en) Translate
Carl A. Rouse (en) Translate
Lingwi Ingliż
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Istitut tat-Teknoloġija ta' California
Premjijiet
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
American Philosophical Society
American Association for the Advancement of Science (en) Translate
Soċjetà Amerikana tal-Fiżika

Bijografija immodifika

Anderson twieled fil-Belt ta' New York f'familja ta' immigranti Żvediżi. Huwa studja l-fiżika u l-inġinerija f'Caltech (B.S., 1927; Ph.D., 1930). Taħt is-superviżjoni ta' Robert A. Millikan, huwa beda l-investigazzjonijiet dwar ir-raġġi kożmiċi matul kors fejn osserva traċċi mhux mistennija ta' partiċelli fir-ritratti tiegħu f'kompartiment tas-sħab (verżjonijiet moderni issa jissejħu Anderson) li huwa interpreta korrettament li nħolqu minn partiċella bl-istess massa ta' elettron, iżda b'karga elettrika opposta. Din l-iskoperta, imħabbraf fl-1932 u iktar 'il quddiem ikkonfermata minn oħrajn, ivvalidat it-tbassir teoriku ta' Paul Dirac tal-eżistenza tal-pożitron. Anderson l-ewwel individwa l-partiċelli fir-raġġi kożmiċi. Imbagħad ipproduċa provi iktar konklużivi billi spara raġġi gamma prodotti min-nuklid radjoattiv naturali ThC'' (208Tl) f'materjali oħra, u dan irriżulta fil-ħolquen ta' pari ta' pożitroni-elettroni. Għal dan ix-xogħol, Anderson ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika tal-1936 flimkien ma' Victor Hess.[1] Ħamsin sena wara, Anderson irrikonoxxa li l-iskoperta tiegħu ġiet ispirata mix-xogħol ta' sieħbu tal-klassi f'Caltech Chung-Yao Chao. Anderson ifforma l-bażi tal-iżvilupp ta' ħafna mix-xogħol tiegħu mir-riċerka ta' sieħbu iżda ma ġiex ikkreditat dak iż-żmien.[2]

Fl-1936 ukoll, Anderson u l-ewwel student universitarju tiegħu, Seth Neddermeyer, skoprew il-muon (jew il-"mu-meson", kif kienet magħrufa għal bosta snin), partiċella subatomika 207 darbiet iktar massiva mill-elettron, iżda bl-istess karga elettrika negattiva u b'dawrien daqs nofs l-elettron, mill-ġdid fir-raġġi kożmiċi. Anderson u Neddermeyer għall-ewwel kienu jemmnu li kienu osservaw pjon, partiċella li Hideki Yukawa kien iddeskriva fit-teorija tiegħu tal-interazzjoni qawwija. Meta kien ċar li dak li kien osserva Anderson ma kienx pjon, il-fiżiku I. I. Rabi, mistagħġeb kif l-iskoperta mhux mistennija setgħet toqgħod fi kwalunkwe skema loġika tal-fiżika tal-partiċelli, staqsa "Issa din min ordnaha?" (xi kultant jingħad li kien qed jiekol ma' xi kollegi f'ristorant Ċiniż meta qal hekk). Il-muon kien l-ewwel partiċella subatomika minn lista twila. L-iskoperta tagħha inizjalment stagħġbet lit-teoriċi li ma setgħux isibu tarf kif se toqgħod loġikament f'xi skema kunċettwali. Willis Lamb, fil-lekċer tal-Premju Nobel tal-1955, iċċajta li kien sema' li "min kien isib partiċella elementari ġdida normalment kien jiġi ppremjat bil-Premju Nobel, iżda tali skoperta issa jmissha tiġi kkastigata b'multa ta' 10,000 dollaru".[3]

Anderson qatta' l-karriera akkademika u tar-riċerka tiegħu kollha f'Caltech. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wettaq riċerka dwar ir-rokits hemmhekk. Huwa ġie elett Membru tal-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi fl-1950.[4] Huwa ngħata l-Premju Golden Plate tal-Akkademja Amerikana tal-Kisbiet fl-1975. Huwa miet fil-11 ta' Jannar 1991, u ndifen f'Forest Lawn, iċ-Ċimiterju tal-Għoljiet ta' Hollywood f'Los Angeles, California. Il-mara tiegħu Lorraine mietet fl-1984.[5]

Għażla ta' pubblikazzjonijiet immodifika

  • Anderson, C. D. (1933). "The Positive Electron". Physical Review. 43 (6): 491–494.
  • Anderson, C. D. (1932). "The Apparent Existence of Easily Deflectable Positives".
  • Anderson, C. D. (technical advisor) (1957). The Strange Case of the Cosmic Rays. The Bell Laboratory Science Series.

Referenzi immodifika

  1. ^ "The Nobel Prize in Physics 1936". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-03.
  2. ^ "Cao, Cong (2004). Chinese Science and the 'Nobel Prize Complex. Minerva. 42 (2): 154" (PDF).
  3. ^ "Willis E. Lamb, Jr. (it-12 ta' Diċembru 1955) Fine structure of the hydrogen atom. Nobel Lecture" (PDF).
  4. ^ "Book of Members, 1780–2010: Chapter A. American Academy of Arts and Sciences" (PDF).
  5. ^ "Golden Plate Awardees". Academy of Achievement (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-03.