Canaletto

pittur Taljan tal-pajsaġġi (1697-1768)

Giovanni Antonio Canal (twieled fit-18 ta' Ottubru 1697 – miet fid-19 ta' April 1768)[1], magħruf l-iktar bħala Canaletto ([kanaˈletto])[2], kien pittur Taljan mir-Repubblika ta' Venezja, u huwa meqjus bħala membru importanti tal-iskola Venezjana tas-seklu 18.

Canaletto
Ħajja
Isem propju Giovanni Antonio Canal
Twelid Venezja, 7 Ottubru 1697, 17 Ottubru 1697, 18 Ottubru 1697, 1697
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Mewt Venezja, 19 April 1758
Familja
Missier Bernardo Canal
Familja
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Bernardo Canal (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
inċiżur
artist grafiku
disinjatur tal-bini
Post tax-xogħol Venezja
Ruma
Venezja
Gran Brittanja
Venezja
Londra
Xogħlijiet importanti View of the Grand Canal (en) Translate
Influwenzat minn Giovanni Paolo Panini (en) Translate
Moviment Rococò
Moviment artistiku veduti
arti pajsaġġistika

Huwa kien pittur tal-veduti fil-bliet, fosthom Venezja, Ruma u Londra, u kien ipitter ukoll veduti immaġinarji (imsejħa kapriċċi), għalkemm id-demarkazzjoni fix-xogħlijiet tiegħu bejn ir-realtà u l-immaġinarju qatt mhu ċar għalkollox. Huwa kien ukoll litografu importanti u kien juża t-teknika tal-inċiżjoni. Mill-1746 sal-1756 huwa ħadem fl-Ingilterra fejn pitter bosta veduti ta' Londra u ta' siti oħra inkluż il-Kastell ta' Warwick u l-Kastell ta' Alnwick. Huwa kellu suċċess kbir fl-Ingilterra, bis-saħħa tal-merkant u l-midħla tal-qasam Brittaniku Joseph Smith "il-Konslu", li kellu kollezzjoni kbira ta' xogħlijiet ta' Canaletto li nbigħu lir-Re Ġorġ III fl-1762.[3]

Karriera bikrija immodifika

Canaletto twieled f'Venezja u kien iben il-pittur Bernardo Canal, u għalhekk kien jissejjaħ bil-mononimu Canaletto ("iż-żgħir tal-familja Canal"), u Artemisia Barbieri.[4] Canaletto għamel apprendistat ma' missieru u ma' ħuh bħala pittur tax-xeni teatrali. Meta kien jgħix f'Ruma huwa ħadem ma' missieru fil-produzzjoni tax-xenarji għal żewġ opri tal-kompożitur Alessandro Scarlatti, Tito Sempronio Greco u Turno Aricino, li saru fit-Teatru Catranica matul l-istaġun tal-karnival tal-1720.

Canaletto kien ispirat mill-vedutista Ruman Giovanni Paolo Pannini, u beda jpitter il-ħajja ta' kuljum tal-belt u tan-nies tagħha.

Wara li rritorna minn Ruma fl-1719, huwa beda jpitter bl-istil topografiku tiegħu.[5] L-ewwel xogħol magħruf bil-firma u bid-data huwa dak ta' Kapriċċ Arkitettoniku (1723, Milan, f'kollezzjoni privata). Hu u jistudja ma' Luca Carlevarijs, pittur rinomat tal-pajsaġġi urbani, malajr sar kapaċi daqs l-għalliem tiegħu.[6]

Fl-1725, il-pittur Alessandro Marchesini, li kien ukoll ix-xerrej għall-kollezzjonista tal-arti minn Lucca, Stefano Conti, kien tkixxef biex jixtri żewġ "veduti ta' Venezja" oħrajn, meta l-aġent ħeġġu jikkunsidra minflok ix-xogħol ta' "Antonio Canale... li qisu bħal ta' Carlevaris, iżda tista' tara x-xemx tiżreġ fihom".[7][8]

Pitturi fil-beraħ immodifika

Il-biċċa l-kbira tal-arti bikrija ta' Canaletto pittirha "min-natura", u mhux bħal prassi tas-soltu ta' dak iż-żmien fejn il-pitturi kien isiru l-iktar fl-istudjo. Minkejja dan, uħud mix-xogħlijiet tiegħu li saru iktar tard, saru fil-fatt fi studjo, kif tissuġġerixxi t-tendenza li l-figuri 'il bogħod jitpittru bħala ċapep tal-kulur – effett li possibbilment kien jinħoloq bl-użu ta' camera obscura, li ċċajpar l-oġġetti iktar 'il bogħod – għalkemm ir-riċerka li saret mill-istoriċi tal-arti tal-Kollezzjoni Rjali fir-Renju Unit uriet li Canaletto kważi qatt ma uża camera obscura.[9]

Madankollu, il-pitturi tiegħu lkoll huma magħrufin għall-akkuratezza tagħhom: huwa rrappreżenta l-marea staġonali li tgħerreq lil Venezja fl-ilma u fis-silġ.[10]

Xogħol bikri u iktar tard immodifika

Ix-xogħlijiet bikrin ta' Canaletto huma fost l-iktar imfittxija, u skont ħafna awtoritajiet huma l-aqwa xogħlijiet tiegħu. Waħda mill-opri bikrin tiegħu hija dik ta' Campo S. Vidal e Santa Maria della Carità (bl-Ingliż: The Stonemason's Yard; għall-ħabta tal-1725, il-Gallerija Nazzjonali, Londra) li turi żona umli tax-xogħol fil-belt. Din hija meqjusa bħala waħda mill-ifjen opri tiegħu u ġiet ippreżentata minn Sir George Beaumont fl-1823 u fl-1828.

Iktar 'il quddiem, Canaletto pitter xeni grandjużi tal-kanali ta' Venezja u tal-Palazz Dukali. Il-pajsaġġi fuq skala kbira kienu juru l-lussu u t-tradizzjonijiet tal-belt li kienu bdew jispiċċaw, u fihom Canaletto juża effetti atmosferiċi u kuluri lokali qawwijin b'mod innovattiv. Għal dawn il-kwalitajiet, jista' jingħad li x-xogħlijiet tiegħu antiċipaw l-Impressjoniżmu.

Il-litografija grafika tiegħu S. A. Giustina in Prà della Vale nstabet fl-2012 fil-Kollezzjoni ta' Gurlitt fi Munich.

Xogħol fl-Ingilterra immodifika

Bosta mill-pitturi tiegħu nbigħu lill-Ingliżi fil-Grand Tour tagħhom, l-ewwel permezz tal-aġenzija ta' Owen Swiny u mbagħad permezz tal-bankier Joseph Smith. Fl-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 18 kien Swiny li ħeġġeġ lill-artist ipitter veduti topografiċi żgħar ta' Venezja li jappellaw kummerċjalment għat-turisti u l-viżitaturi barranin tal-belt. Xi żmien qabel l-1728, Canaletto beda l-assoċjazzjoni tiegħu ma' Smith, negozjant u kollezzjonista Ingliż li kien jgħix f'Venezja u li ġie maħtur bħala l-Konslu Brittaniku f'Venezja fl-1744. Smith iktar 'il quddiem sar l-aġent u l-patrun prinċipali tal-artist, u xtara kważi ħamsin pittura, mija u ħamsin tpinġija, u ħmistax-il inċiżjoni litografika rari mingħand Canaletto; l-ikbar u l-ifjen grupp uniku ta' xogħlijiet tal-artist, li Smith imbagħad biegħ lir-Re Ġorġ III fl-1763.[11]

Fis-snin 40 tas-seklu 18, is-suq ta' Canaletto ġie mfixkel meta l-Gwerra tas-Suċċessjoni Awstrijaka wasslet għal tnaqqis fl-għadd ta' viżitaturi Brittaniċi f'Venezja. Smith organizza wkoll il-pubblikazzjoni ta' sensiela ta' inċiżjonijiet litografiċi ta' "kapriċċi" (jew fantażiji arkitettoniċi) fil-veduti ideali tiegħu, iżda l-qligħ ma kienx għoli biżżejjed, u fl-1746 Canaletto mar jgħix f'Londra, sabiex ikun eqreb tas-suq tiegħu.[12]

Fl-Ingilterra, bejn l-1749 u l-1752 Canaletto għex f'41 Beak Street fid-distrett ta' Soho f'Londra.

Huwa baqa' l-Ingilterra sal-1755, u pproduċa veduti ta' Londra (inkluż diversi veduti tal-Pont ta' Westminster, li tlesta matul is-soġġorn tiegħu) u tad-djar u tal-kastelli tal-patruni tiegħu. Dawn kienu jinkludu d-Dar ta' Northumberland għal Sir Hugh Smithson, li biż-żwieġ iktar 'il quddiem sar it-tieni Earl ta' Northumberland; u l-Kastell ta' Warwick għal Lord Brooke, li iktar 'il quddiem sar l-ewwel Earl ta' Warwick. Smithson kien wieħed mill-kummissarji tal-Pont ta' Westminster, u ma kinitx xi ħaġa "impossibbli" li kien hu li ħeġġeġ lil Canaletto jmur l-Ingilterra biex ipitter il-bidu tal-ħajja tal-pont. Il-pittura tiegħu tal-1754 tal-Pont l-Antik ta' Walton tinkludi immaġni ta' Canaletto nnifsu.[13]

Huwa spiss kien mistenni jpitter l-Ingilterra bl-istess mod kif kien pitter il-belt fejn twieled. Il-pittura ta' Canaletto bdiet tbati mir-ripetizzjoni, bdiet titlef il-fluwidità tagħha, u bdiet issir mekkanika sal-punt li l-kritiku tal-arti Ingliż George Vertue ssuġġerixxa li r-raġel li kien qed ipitter bl-isem ta' "Canaletto" kien impustur. Dan seta' kien marbut mal-fatt li n-neputi ta' Canaletto, Bernardo Bellotto, kien qed juża l-laqam ta' zijuh ukoll; jew x'aktarx minħabba l-għajdut li kien infirex minn negozjanti tal-arti bla skrupli li kienu qed ibigħu kopji tax-xogħlijiet ta' Canaletto u kienu anzjużi li jarawh jerġa' lura f'Venezja. L-istoriku Michael Levey iddeskriva x-xogħol tiegħu minn dan il-perjodu bħal "inibit".[14]

Sabiex jiċħad dan l-għajdut, l-artist b'reklami f'gazzetta stieden lil "kwalunkwe Ġentlom" jispezzjona l-aħħar pittura tiegħu tal-Park ta' San Ġakbu fl-istudjo tiegħu f'Silver Street (issa Beak Street) qrib il-Golden Square; madankollu, ir-reputazzjoni tiegħu qatt ma rkuprat għalkollox matul ħajtu.[15]

Wara li reġa' lura f'Venezja, Canaletto ġie elett fl-Akkademja Venezjana fl-1763 u nħatar bħala pirjol tal-Kulleġġ tal-Pitturi (bit-Taljan: Collegio dei Pittori). Huwa kompla jpitter sa mewtu fl-1768. Lejn l-aħħar ta' ħajtu spiss kien jaħdem abbażi ta' skizzi antiki, iżda xi kultant kien jipproduċi kompożizzjonijiet ġodda sorprendenti. Huwa kien lest jagħmel alterazzjonijiet sottili fit-topografija biex joħloq effett artistiku.

Suq immodifika

 
Il-post fejn twieled Canaletto

Fost l-istudenti tiegħu kien hemm in-neputi Bernardo Bellotto, Franzasco Guardi, Michele Marieschi, Gabriele Bella, u Giuseppe Moretti. Il-pittur Giuseppe Bernardino Bison kien segwaċi tal-istil tiegħu.

Joseph Smith biegħ il-biċċa l-kbira tal-kollezzjoni tiegħu lir-Re Ġorġ III, u b'hekk ħoloq il-maġġoranza tal-kollezzjoni l-kbira ta' xogħlijiet ta' Canaletto f'idejn il-Kollezzjoni Rjali. Fl-1762, ir-Re Ġorġ III ħallas £20,000 għall-kollezzjoni tal-Konslu Smith ta' 50 pittura u 142 tpinġija. Hemm bosta eżempji tax-xogħlijiet tiegħu f'kollezzjonijiet Brittaniċi oħra, inkluż 19 fil-Kollezzjoni ta' Wallace u sett ta' 24 fil-kamra tal-pranzu fl-Abbazija ta' Woburn. Sett kbir ta' xogħlijiet ta' Canaletto kien parti wkoll mill-kollezzjoni tal-Earls ta' Carlisle, madankollu ħafna ntilfu fin-nirien tal-1940 li ħakmu l-Kastell ta' Howard u oħrajn inbigħu matul l-aħħar seklu. Fost dawk li qabel kienu fil-kollezzjoni ta' Carlisle hemm Il-Baċir ta' San Mark: lejn il-Lvant, li issa jinsab fil-Mużew tal-Belle Arti ta' Boston, l-Istati Uniti (inbigħ fl-1939) u l-par Daħla sal-Canal Grande mill-Moll, Venezja u Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja, li issa jinsab fil-Gallerija Nazzjonali tal-Arti ta' Washington DC (inbigħ fl-1938). L-aħħar veduta Venezjana importanti fil-Kastell ta' Howard saret minn Bernardo Bellotto, Veduta tal-Canal Grande min-Nofsinhar tal-Palazzo Foscari, li nbigħet minn Sotheby's f'Lulju 2015 għal £2.6 miljun.

Il-veduti ta' Canaletto dejjem inbiegħu għal prezzijiet għoljin, u diġà fis-seklu 18 Katarina l-Kbira u monarki Ewropej oħra kienu jikkompetu għall-aqwa pitturi tiegħu. Il-prezz rekord f'irkant għal pittura ta' Canaletto huwa ta' £18.6 miljun għall-Veduta tal-Canal Grande minn Palazzo Balbi lejn ir-Rialto, li nbigħet minn Sotheby's f'Londra f'Lulju 2005.

Xogħlijiet ewlenin immodifika

Pittura Titlu Data Post
  Campo San Giacomo di Rialto, Venezja 1697–1768 Sotheby's – il-Belt ta' New York
  Xena ta' Kanal, Venezja – Walters 1697–1768 Walters Art Museum – Baltimore, l-Istati Uniti
  Il-Pjazza ta' San Mark 1697–1768 Musée d'art et d'histoire de Narbonne – Franza
  Il-Canal Grande f'Santa Lucia 1697–1768 Fondazzjoni Bemberg – Toulouse, Franza
  Il-Canal Grande minn Campo della Carità 1697–1768 Gallerie dell'Accademia, l-Italja
  Il-Pjazza ta' San Giacomo di Rialto f'Venezja 1697–1768 Gemäldegalerie Alte Meister, il-Ġermanja
  Il-Pjazza ta' San Mark f'Venezja 1697–1768 Musée des beaux-arts de Brest – Franza
  Bla isem 1697–1768 Kollezzjoni Privata
Il-Pjazza u l-Knisja ta' San Francesco della Vigna 1697–1768 Kollezzjoni Privata, Milan
  Kapriċċ Arkitettoniku 1697–1768 Il-Librerija u l-Mużew ta' Morgan – New York
Pjazza żgħira f'Venezja Seklu 18 Alte Pinakothek, Munich, il-Ġermanja
Venezja: il-Canal Grande Seklu 18 LLL Art Galleries
  Kapriċċ tal-Pjazza ta' San Mark Snin 20 tas-seklu 18 Metropolitan Museum of Art, Manhattan, New York
  Il-Canal Grande ħdejn il-Pont ta' Rialto, Venezja Snin 20 tas-seklu 18 Mużew tal-Belle Arti, Houston, l-Istati Uniti
  Il-Canal Grande ħdejn il-Pont ta' Rialto, Venezja 1720 L-Istitut tal-Istatistika Applikata, l-arkivju tad-dipartiment tal-arti
  Il-Panteon 1720 Dayton Art Institute, l-Istati Uniti
  Kapriċċ bi knisja Gotika u l-laguna għall-ħabta tal-1720–21 Galleria d'Italia – Palazzo Leoni Montanari, Vicenza
  Il-Canal Grande, lejn il-Grigal mill-Palazo Balbi lejn in-naħa tal-Pont ta' Rialto 1720–1723 Ca' Rezzonico, Venezja, l-Italja
  San Cristoforo, San Michele u Murano mill-Fondamenta Nuove, Venezja 1722–23 Dallas Museum of Art, Dallas, Texas, l-Istati Uniti
  Il-Canal Grande f'Venezja b'Palazz fir-Rokna tal-kanal 1722–23 Gallerija ta' Kapulavuri ta' Pitturi Antiki
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1723 Instituto Ricardo Brennand (IRB), il-Brażil
Il-Pjazza ta' San Mark f'Venezja lejn il-Punent bit-Torri tal-Kampnar 1723 House of Liechtenstein, Liechtenstein
  Il-Pjazza ta' San Mark lejn il-Lvant tul il-Linja Ċentrali 1723–24 Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Il-Canal Grande lejn il-Lvant minn Campo San Vio 1723–24 Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Rio dei Mendicanti 1723–24 Ca' Rezzonico, Venezja, l-Italja
  Il-Pjazza ta' San Mark lejn il-Punent fin-naħa ta' San Geminiano 1723–24 Kollezzjoni Rjali, ir-Renju Unit
  Rio dei Mendicanti 1723–24 Ca' Rezzonico, Venezja
  Il-Pjazzetta lejn San Giorgio Maggiore għall-ħabta tal-1724 Kollezzjoni Rjali, Palazz ta' , l-Ingilterra
  Il-Canal Grande, Venezja, lejn il-Grigal minn Palazzo Balbi lejn il-Pont ta' Rialto (1) għall-ħabta tal-1724 Kollezzjoni Privata
  Il-Canal Grande, Venezja, lejn il-Grigal minn Palazzo Balbi lejn il-Pont ta' Rialto (2) għall-ħabta tal-1724 Kollezzjoni Privata
  Il-Canal Grande lejn il-Lbiċ mir-Rialto lejn Ca’ Foscari 1724–25 Kollezzjoni Rjali, ir-Russja
  Riva degli Schiavoni 1724–30 Kunsthistorisches Museum, Vjenna, l-Awstrija
  Id-Dwana 1724-30 Kunsthistorisches Museum, Vjenna
  Campo S. Vidal e Santa Maria della Carità għall-ħabta tal-1725 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Rio dei Mendicanti: lejn in-Nofsinhar għall-ħabta tal-1725 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Id-Daħla ta' Canal Grande – lejn il-Lvant 1725 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Canal Grande – lejn il-Grigal lejn il-Pont ta' Rialto (dettall) 1725 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Il-Palazz Dukali 1725 Columbia Museum of Art, l-Istati Uniti
Il-Parvis tal-knejjes ta' San Ġwann u ta' San Pawl 1725 Gemäldegalerie Alte Meister, il-Ġermanja
  Il-Canal Grande mill-Pont ta' Rialto 1725 Pinacoteca Giovanni e Marella Agnelli, Torino, l-Italja
  Il-Pont ta' Rialto mit-Tramuntana 1725 Pinacoteca Giovanni e Marella Agnelli, Torino, l-Italja
  Il-Canal Grande qrib il-Pont ta' Rialto 1725 Kollezzjoni Privata
  Il-Baċir ta' San Mark, Venezja 1725–26 Is-Sala ta' Farnborough, Warwickshire
  San Giacomo di Rialto 1725–26 Gemäldegalerie Alte Meister
  Veduta tal-Gżejjer ta' San Michele, San Cristoforo u Murano mill-Fondamenta Nuove 1725–28 Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  Veduta tal-Knisja ta' San Giovanni dei Battuti fuq il-gżira ta' Murano 1725–1728 Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  Vedita ta' Dolo fuq il-Kanal ta' Brenta 1725–1729 Ashmolean Museum, Oxford, l-Ingilterra
  Il-Pjazzetta lejn il-Lbiċ lejn S. Maria della Salute 1725–1730 Kollezzjoni Rjali fil-Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Pjazzetta lejn it-Torre dell'Orologio 1725–1730 Kollezzjoni Rjali fil-Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  San Giacomo di Rialto 1725–26 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Il-Canal Grande ħdejn San Maria della Carità 1726 Pinacoteca Giovanni e Marella Agnelli, Torino, l-Italja
  Santi Giovanni e Paolo u l-Iskola ta' San Mark 1726 Kollezzjoni Privata
  Il-Baċir ta' San Mark, Venezja, mill-Giudecca 1726 Upton House, National Trust, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande: minn Palazzo Balbi għall-ħabta tal-1726 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Il-Canal Grande: lejn it-Tramuntana mill-Pont ta' Rialto (1) għall-ħabta tal-1726 Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  Il-Canal Grande: lejn it-Tramuntana mill-Pont ta' Rialto (2) 1726–27 Kollezzjoni Rjali fil-Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Pont ta' Rialto mit-Tramuntana 1726–27 Kollezzjoni Rjali, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande bl-iScalzi u S. Simeone Piccolo 1726–27 Kollezzjoni Rjali, l-Ingilterra
  Ir-Riċeviment tal-Ambaxxatur Franċiż Jacques–Vincent Languet, Comte de Gergy fil-Palazz Dukali, Venezja 1726–27 Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  Venezja: S. Geremia u d-Daħal għal Cannaregio 1726–1727 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande min-Nofsinhar min Ca’ Foscari lejn Carità 1726–1727 Kollezzjoni Rjali, ir-Russja
  Id-Daħla ta' Canal Grande 1726–28 Musée de Grenoble, Franza
  Veduta tal-Canal Grande 1726–28 Galleria degli Uffizi, Firenze, l-Italja
  Campo S. Vidal u Santa Maria della Carità 1726–1730 (jew 1727) Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Veduta tal-Canal Grande 1726–28 Galleria degli Uffizi, Firenze
  Canal Grande – Il-Pont ta' Rialto min-Nofsinhar 1727 Is-Sala ta' Holkham
  Veduta of the Salute Church from the entrance to Canal Grande detalle 1727 Musées de la Ville de Strasbourg
  Venezja: Canal Grande from the Palazzo Vendramin-Calergi towards S. Geremia 1727–28 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ritorn tal-Bucintoro lejn il-Moll f'Jum it-Tlugħ is-Sema 1727–1732 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  San Giorgio Maggiore 1727–1730 Pomurje Museum Murska Sobota, is-Slovenja
  Canal Grande minn Campo San Vio 1728 Il-Gallerija Nazzjonali tal-Iskozja
  It-Torre dell'Orologio fil-Pjazza ta' San Mark 1728–1730 Nelson-Atkins Museum of Art, Kansas City, l-Istati Uniti
  Canal Grande ħdejn il-Pont ta' Rialto, Venezja 1728–1732 Mużew tal-Belle Arti, Houston, l-Istati Uniti
  Canal Grande b'S. Maria della Salute lejn Riva degli Schiavoni 1729–1730 Kollezzjoni Rjali, l-Ingilterra
  Canal Grande minn Campo San Vio lejn il-Baċir 1729–1734 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Veduta tal-Canal Grande L-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 18 Birmingham Museum of Art, Birmingham, Alabama, l-Istati Uniti
  Pjazza ta' San Mark (1) L-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 18 Metropolitan Museum of Art, Manhattan, New York, l-Istati Uniti
  Pjazza ta' San Mark bil-Bażilika (2) għall-ħabta tal-1730 Fogg Art Museum, l-Istati Uniti
Il-Palazz Dukali, Venezja għall-ħabta tal-1730 Fitzwilliam Museum, Cambridge, l-Ingilterra
  Il-Palazz Dukali u Riva degli Schiavoni, Venezja għall-ħabta tal-1730 Tatton Park, National Trust, l-Ingilterra
  il-Pont ta' Rialto għall-ħabta tal-1730 Philadelphia Museum of Art, l-Istati Uniti
  Riċeviment tal-Ambaxxatur fil-Palazz Dukali għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Veduta tal-Canal Grande: Santa Maria della Salute u d-Dwana minn Campo Santa Maria Zobenigo għall-ħabta tal-1730 Fitzwilliam Museum, Cambridge, l-Ingilterra
 
Id-Daħla tal-Canal Grande, Venezja għall-ħabta tal-1730 Mużew tal-Belle Arti, Houston, l-Istati Uniti
  Canal Grande, Pjazzetta and Dogana, Venezja għall-ħabta tal-1730 Tatton Park, National Trust, l-Ingilterra
  The Pjazza ta' San Mark, Venezja, looking towards the procuratie nuove and the church of San Geminiano għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Veduta tal-Moll, Venezja għall-ħabta tal-1730 El Paso Museum of Art, l-Istati Uniti
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (1) għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata Edward Howard, 9th Duke of Norfolk, l-Ingilterra
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (2) għall-ħabta tal-1730 Musée du Louvre, Pariġi, Franza
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (3) għall-ħabta tal-1730
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (4) għall-ħabta tal-1730
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (5) għall-ħabta tal-1730
  Il-Moll, Venezja, mill-Baċir ta' San Mark (6) għall-ħabta tal-1730
  Id-Daħla tal-Canal Grande, Venezja 1730 Mużew tal-Belle Arti, Houston, US
  Veduta tal-Kanal ta' Santa Chiara, Venezja (1) għall-ħabta tal-1730 Kollezzjonijiet tal-Musée Cognacq-Jay
  Veduta tal-Kanal ta' Santa Chiara, Venezja (2) għall-ħabta tal-1730 Kollezzjonijiet tal-Musée Cognacq-Jay
  Veduta tal-Kanal ta' Santa Chiara, Venezja (3) għall-ħabta tal-1730 Kollezzjonijiet tal-Musée Cognacq-Jay
  Veduta tal-Kanal ta' Santa Chiara, Venezja (4) għall-ħabta tal-1730 Kollezzjonijiet tal-Musée Cognacq-Jay
  Il-Pjazzetta, Venezja, lejn it-Tramuntana għall-ħabta tal-1730 Norton Simon Museum, Pasadena, California
  Canal Grande lejn il-Majjistral sa Ca' Contarini degli Scrigni, bil-Kampnar ta' Santa Maria della Carità għall-ħabta tal-1730 Norton Simon Museum, Pasadena, California
  Il-Kappella ta' Enriku VII minn ġewwa, l-Abbazija ta' Westminster għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Fonteghetto della Farina għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Veduta tal-Piazetta bil-parti tal-Lbiċ tal-Palazz Dukali għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Il-Pjazza ta' San Mark, lejn il-Knisja ta' San Geminiano għall-ħabta tal-1730 L-Abbazija ta' Woburn, l-Ingilterra
  Veduta tal-Imbarkazzjoni tal-Palazz Dukali ta' Venezja, għaċ-Ċerimonja taż-Żwieġ tal-Adrijatiku għall-ħabta tal-1730 L-Abbazija ta' Woburn, l-Ingilterra
  Campo Santa Maria Formosa għall-ħabta tal-1730 Kollezzjoni Privata
  Ir-Ritorn tal-Bucintoro lejn il-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema wara ċ-Ċerimonja taż-Żwieġ tal-Adrijatiku għall-ħabta tal-1730 Bowes Museum, ir-Renju Unit
  Canal Grande, Venezja, lejn in-Nofsinhar lejn il-Pont ta' Rialto 1730–39 Metropolitan Museum of Art, Manhattan
  Canal Grande, Venezja, lejn ix-Xlokk b'Campo della Carità fuq il-lemin 1730–39 Metropolitan Museum of Art, Manhattan
  Pjazzetta Riva degli Schiavoni, Canaletto 1730–1740 Alte Pinakothek, Munich, il-Ġermanja
  Id-Daħla tal-Canal Grande f'Punta della Dogana u Santa Maria della Salute 1730–1745 Rijksmuseum, Amsterdam
  Canal Grande minn Palazzo Balbi lejn il-Pont ta' Rialto 1730–1750 Akkademja Carrara, l-Italja
  Venezja: Canal Grande b'S. Maria della Salute lejn Riva degli Schiavoni 1730 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Pjazza ta' San Mark – Torre dell'Orologio 1730 Nelson-Atkins Museum of Art, Kansas City, US
  Il-Palazz Dukali 1730 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Canal Grande minn Salute lejn Carità 1730 Kollezzjoni Rjali, ir-Russja
  Il-Palazz Dukali 1730 Kollezzjoni Privata
  Il-Palazz Dukali 1730 Columbia Museum of Art, l-Istati Uniti
Il-Baċir ta' San Mark, lejn it-Tramuntana 1730 Il-Mużew Nazzjonali, Cardiff, Wales
  Il-Kanal ta' San Mark mill-Bucintoro 1730–1733 Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ir-Ritorn tal-Bucintoro lejn il-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema 1730–1735 Bowes Museum, il-Kastell ta' Barnard, l-Ingilterra
  Pjazza ta' San Mark, Venezja 1730 –1735 Fogg Museum, Cambridge, Massachusetts
  Il-Burchiello f'Venezja 1730–1735 Mużew Cognacq-Jay, Pariġi
  Il-Pjazzetta 1730–1735 Galleria Nazionale d'Arte Antica, Ruma
  Regatta fil-Canal Grande 1730–1735 Bowes Museum, il-Kastell ta' Barnard, l-Ingilterra
  Il-Canale Grande u l-Pont ta' Rialto 1730–1750 Museo Nacional del Prado, Spanja
  Il-Pjazzetta 1730–1750 Galleria Nazionale d'Arte Antica, Ruma
  Ir-Regatta fil-Canal Grande 1731–32 Bowes Museum, il-Kastell ta' Barnard
  Ir-Regatta fil-Canal Grande 1732 Kollezzjoni Rjali fil-Kastell ta' Windsor
  Veduta tad-daħla fl-Arsenal 1732 Kollezzjoni Privata
  Dolo 1732–35 Staatsgalerie Stuttgart, il-Ġermanja
  Ir-Ritorn tal-Bucintoro lejn il-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema 1733–1734 Kollezzjoni tal-Palazz ta' Buckingham, l-Ingilterra
  Veduta tar-Rialto, Venezja 1734–35 Mużew ta' Sir John Soane, Londra, l-Ingilterra
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1734–35 Mużew ta' Sir John Soane, Londra, l-Ingilterra
  Venezja: Canal Grande minn Campo San Vio lejn il-Baċir 1734–1760 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Venezja: Canal Grande b'Santa Maria della Salute lejn Riva degli Schiavoni 1734–1762 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Venezja: Canal Grande minn Palazzo Foscari lejn Carità 1734–1762 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Campo San Rocco għall-ħabta tal-1735 Kollezzjoni Privata
  Pjazza ta' San Mark, lejn San Geminiano għall-ħabta tal-1735 Galleria nazionale d'arte antica di palazzo Corsini, Ruma
  Il-Moll, Venezja għall-ħabta tal-1735 Kimbell Art Museum, Fort Worth, Texas, l-Istati Uniti
  Veduta tal-Pjazzetta ta' San Mark lejn in-Nofsinhar għall-ħabta tal-1735 Indianapolis Museum of Art, Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti
  Venezja: Regatta fil-Canal Grande 1735 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Il-Pont ta' Rialto min-Nofsinhar 1735 Galleria Nazionale d'Arte Antica di Palazzo Corsini, l-Italja
  Il-Festa ta' San Rokku 1735 Gallerija Nazzjonali
  Veduta tal-Baċir ta' San Mark f'Venezja 1735 Städel Museum, il-Ġermanja
  Il-Moll tad-Dwana nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Veduta ta' Campo Santa Maria Formosa nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Id-Daħla tal-Canal Grande f'Punta della Dogana u Santa Maria della Salute nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata, Woburn Abbey
  Il-Canal Grande lejn il-Lvant minn Palazzo Bembo sa Palazzo Vendramin-Calergi nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Il-Pjazza ta' San Mark, lejn il-Knisja ta' San Geminiano nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Woburn Abbey
  Veduta ta' San Zaccaria nofs is-snin 30 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Veduta ta' Santi Giovanni e Paolo u l-Istatwa Ekwestri ta' Bartolomeo Colleoni 1735–1738 Kollezzjoni Privata
  Il-Kanal ta' Brenta f'Padova 1735–40 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Londra, l-Ingilterra
  Id-Daħla tal-Canal Grande – mill-Punent tal-Moll 1735–40 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington DC
  Venezja, il-Baċir ta' San Mark minn San Giorgio Maggiore 1735–1744 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Veduta tar-Riva degli Schiavoni 1736 Mużew ta' Sir John Soane, Londra, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande u l-Knisja ta' Salute għall-ħabta tal-1736–38 Pinakoteka Antika ta' Munich
  Venezja, Campo Santi Giovanni e Paolo għall-ħabta tal-1736–40 Kollezzjoni Rjali
  Il-Pjazza ta' San Mark u t-Torre dell'Orologio, Venezja għall-ħabta tal-1737 Gallerija Nazzjonali tal-Kanada, Ottawa, il-Kanada
  Canal Grande f'Venezja minn Palazzo Flangini sa Campo San Marcuola għall-ħabta tal-1738 Mużew ta' J. Paul Getty, Los Angeles
  Ir-Ritorn tal-Bucintoro fil-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema għall-ħabta tal-1738 Is-Sala ta' Holkham, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande mill-Knisja ta' Santa Marija ta' Nazaret 1738 Pinacoteca Giovanni e Marella Agnelli, l-Italja
  Il-Canal Grande lejn il-Grigal minn Palazzo Dolfin-Manin sal-Pont ta' Rialto 1738–1739 Kollezzjoni Privata
  Campo Santi Giovanni e Paolo, Venezja, bil-faċċata tal-Punent tal-Knisja u l-Iskola ta' San Mark 1738–1739 Kollezzjoni Privata
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1738–1740 Detroit Institute of Arts, Detroit, Michigan, l-Istati Uniti
  Il-Baċir ta' San Mark 1738–1740 Mużew tal-Belle Arti, Boston, l-Istati Uniti
  Canal Grande u l-Knisja ta' Salute 1738–1742 Kollezzjoni Privata
  Ir-Ritorn tal-Bucintoro fil-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema għall-ħabta tal-1738 Pinacoteca Giovanni e Marella Agnelli, Torino, l-Italja
  Veduta tal-Pjazza ta' San Mark f'Venezja għall-ħabta tal-1738 Musée Jacquemart André, Pariġi, Franza
Il-Pont ta' Rialto f'Venezja għall-ħabta tal-1738 Musée Jacquemart André, Pariġi, Franza
  Veduta ta' Mestre għall-ħabta tal-1740 Fondazzjoni Bemberg, Toulouse, Franza
  Veduta ta' Dolo għall-ħabta tal-1740 Fondazzjoni Bemberg, Toulouse, Franza
  Il-Moll bil-Librerija u d-Daħla tal-Canal Grande għall-ħabta tal-1740 Kollezzjoni Privata
  Il-Knisja tar-Redentur, Venezja għall-ħabta tal-1740 Manchester Art Gallery
  Il-Pjazzetta għall-ħabta tal-1740 Galleria Nazionale d'Arte Antica, Ruma, l-Italja
  Arrival of the French Ambassador in Venezja (detail) għall-ħabta tal-1740 Hermitage Museum, ir-Russja
  The Pjazzetta għall-ħabta tal-1740 Galleria Nazionale d'Arte Antica, Ruma, l-Italja
  Veduta ta' San Giuseppe di Castello għall-ħabta tal-1740 Kollezzjoni Privata
  Disinn Palladjan tal-Pont ta' Rialto, b'Binjiet ta' Vicenza għall-ħabta tal-1740 Galleria nazionale di Parma, l-Italja
  Venezja: Campo SS. Giovanni e Paolo 1740 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Dolo 1740 Fondazzjoni Bemberg, Franza
  Regatta fil-Canale Grande 1740 Kollezzjoni Rjali, Gallerija Nazzjonali ta' Londra, l-Ingilterra
  Venezja, il-Baċir ta' San Mark f'Jum Tlugħ is-Sema 1740 Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Venezja: Santa Maria della Salute 1740 Metropolitan Museum of Art, il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti
  Regatta fil-Canal Grande 1740 Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Kapriċċ tal-Canal Grande bil-Pont ta' Rialto immaġinarju u binjiet oħra 1740 Galleria nazionale di Parma
  Il-Canal Grande b'San Simeone Piccolo (1) 1740 Kollezzjoni ta' Wallace, Pjazza Manchester, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande b'San Simeone Piccolo (2) 1740 Gallerija Nazzjonali ta' Londra
  Ir-Riċeviment tal-Ambaxxatur Franċiż 1740 Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  ll-Moll bil-Librerija u d-Daħla tal-Canal Grande 1740 Kollezzjoni Privata
  Porta Portello bil-Kanal ta' Brenta f'Padova 1740–43 Albertina, Vjenna, l-Awstrija
  Portiku b'lanterna 1740–43 Gallerija tal-Arti tan-Nofsinhar tal-Awstralja
  Il-Moll b'Santa Maria della Salute 1740–1745 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra

Salute

  Il-Bażilika ta' San Mark minn ġewwa 1740–1745 Mużew tal-Belle Arti, Montreal, il-Kanada
  Riva degli Schiavoni 1740–1745 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Piazza del Campidoglio u l-Cordonata 1740–1745 Kollezzjoni Privata
  Veduta tal-Canal Grande lejn Punta della Dogana minn Campo Sant'Ivo 1740–1745 Pinacoteca di Brera, Milan, l-Italja
  Il-Baċir ta' San Mark minn Punta della Dogana 1740–1745 Pinacoteca di Brera, Milan, l-Italja
  Veduta tal-Canal Grande minn Campo San Vio 1740–1750 Ca' Rezzonico, Venezja, l-Italja
  Il-Canal Grande minn Palazzo Foscari sa Carità 1740–1750 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande minn Palazzo Flangini sa San Marcuola (1) 1740–1750 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande minn Palazzo Flangini sa San Marcuola (2) 1740–1750 Kollezzjoni ta' Wallace
  Il-Pjazza ta' San Mark 1740–1750 Arp Museum Bahnhof Rolandseck, il-Ġermanja
  Il-Kanal ta' Santa Chiara 1740–1750 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande minn Palazzo Dolfin-Manin sal-Pont ta' Rialto 1740–1750 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Id-Dwana u Santa Maria della Salute mill-Moll 1740–1760 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Prà della Valle f'Padova 1741–1746 Museo Poldi Pezzoli, Milan, l-Italja
  Canaletto, Porta Portello, Padova 1741–42 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington D.C., l-Istati Uniti
  Canaletto, il-Moll lejn Riva degli Schiavoni bil-kolonna ta' San Mark (1) qabel l-1742
  Canaletto, il-Moll lejn Riva degli Schiavoni bil-kolonna ta' San Mark (1) qabel l-1742
  Canaletto, il-Moll lejn Riva degli Schiavoni bil-kolonna ta' San Mark (1) (3) qabel l-1742
  Canaletto, il-Moll lejn Riva degli Schiavoni bil-kolonna ta' San Mark (1) (4) qabel l-1742
  Ruma: l-Arkata ta' Kostantinu 1742 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ruma: l-Arkata ta' Septimius Severus 1742 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
Ruma: l-Arkata ta' Titus 1742 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ruma: il-Fdalijiet tal-Forum 1742 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ruma: il-Panteon 1742 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1742–1744 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington D.C., l-Istati Uniti
  Id-Daħla tal-Canal Grande mill-Moll, Venezja 1742–1744 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington D.C., l-Istati Uniti
  Id-Daħla tal-Canal Grande lejn il-Lvant 1742–1744 Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1742–1746 Gallerija tal-Arti ta' New South Wales, Australia
  It-Tamiġi f'Westminster 1742–54 Il-Kastell ta' Penrhyn, Wales
  Ruma: Veduta tal-Kolossew u tal-Arkata ta' Kostantinu 1743 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Iż-Żwiemel tal-Knisja ta' San Mark fil-Pjazzetta 1743 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Il-Pjazzetta lejn it-Torre dell' Orologio 1743 Kollezzjoni Rjali, National Trust, ir-Renju Unit
  Il-Moll bil-Ħabs u l-Palazz Dukali f'Venezja 1743 Kollezzjoni Rjali, National Trust, ir-Renju Unit
  Gżira fil-Laguna b'Portal u Knisja 1743–44 Saint Louis Art Museum, l-Istati Uniti
  Id-Daħla tal-Canal Grande lejn il-Lvant 1744 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor
  Kapriċċ tal-Monument ta' Colleoni 1744 Kollezzjoni Rjali
  Veduta ta' Xmara, x'aktarx f'Padova 1745 Kollezzjoni Privata
  It-Tiswijiet tal-Kampnar mit-Tramuntana 1745 Kollezzjoni Rjali fil-Kastell ta' Windsor
  Il-Bażilika ta' Maxentius u l-Knisja ta' Santa Francesca Romana 1745 Galleria Borghese, Roma
  Il-Bucintoro 1745–1750 Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Dar Antika ta' Somerset mix-xmara Tamiġi 1745–1750 Kollezzjoni Privata ta' Simon C. Dickinson Ltd.
  Kapriċċ tal-Pont ta' Rialto u l-Laguna 1746 Kollezzjoni Privata
  Londra u x-xmara Tamiġi lejn Westminster 1746-7
  Londra u x-xmara Tamiġi lejn Westminster 1746-7
  The River Thames with St. Paul's Cathedral on Lord Mayor's Day 1746–47 Il-Palazz ta' Lobkowicz, Praga, ir-Repubblika Ċeka
  Veduta ta' Londra minn ġo arkata tal-Pont ta' Westminster 1746–47 Syon House, Londra
  Il-Belt ta' Westminster mix-xmara Tamiġi ħdejn York Water Gate 1746–49 Kollezzjoni Privata (sjieda tad-Duki ta' Grafton)
  Fdalijiet b'xi Figuri 1747 Fitzwilliam Museum, Cambridge, l-Ingilterra
  Kastell ta' Windsor 1747 Kollezzjoni tad-Duka ta' Northumberland
  Santi Giovanni e Paolo u l-Iskola ta' San Mark 1747 Gemäldegalerie Alte Meister
  Il-Pont ta' Westminster, bil-Purċissjoni ta' Lord Mayor fix-xmara Tamiġi 1747 Yale Center for British Art
  Ix-xmara Tamiġi u l-belt ta' Londra minn Richmond House (detall) 1747 Kollezzjoni Privata
  Londra: ix-xmara Tamiġi lejn Westminster minn Lambeth 1747 Il-Palazz ta' Lobkowicz, Praga, ir-Repubblika Ċeka
  Whitehall u l-Ġnien Privat minn Richmond House 1747 Goodwood House, ir-Renju Unit
  Londra 1747 Kollezzjoni Privata
  Il-Pont ta' Westminster Bridge mit-Tramuntana f'Jum Lord Mayor 1747 Yale Center for British Art, University of Yale, l-Istati Uniti
  Il-Pont ta' Westminster waqt il-kostruzzjoni mix-Xlokk 1747 Kollezzjoni Privata tad-Duka ta' Northumberland
  Londra, Whitehall u l-Ġnien Privat lejn it-Tramuntana ta' Buccleuch 1747 Kollezzjoni Privata, the Buccleuch Living Heritage Trust
  Il-Moll mill-Baċir ta' San Mark, Venezja 1747–1750 San Diego Museum of Art, San Diego, California
  Venezja, Veduta tal-Knejjes tar-Redentur u ta' San Giacomo, b'diversi bastimenti, gondoli u barkuni 1747–1755 Kollezzjoni Privata
  Il-Faċċata tan-Nofsinhar tal-Kastell ta' Warwick 1748 Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Il-belt ta' Londra mix-xmara Tamiġi bil-Katidral ta' San Pawl 1748
  Badminton House, Gloucestershire 1748 Kollezzjoni Privata
 
Il-Kastell ta' Warwick 1748–49 Yale Center for British Art, New Haven, l-Istati Uniti
  Ix-xmara Tamiġi f'Westminster, Londra 1749 Il-Kastell ta' Penrhyn, National Trust, Gwynedd, Wales
  Il-Gwardji biż-żwiemel mill-Park ta' San Ġakbu 1749 Tate Britain
  Londra – il-Gwardji biż-żwiemel u s-Sala tal-Banketti, mill-Park ta' San Ġakbu 1749 Kollezzjoni Privata
  Londra, il-Gwardji biż-żwiemel mill-Park ta' San Ġakbu 1749
  L-Abbazija ta' Westminster b'Purċissjoni ta' Kavallieri ta' Bath 1749 L-Abbazija ta' Westminster, Londra
  Syon House 1749 Kollezzjoni Privata tad-Duka ta' Northumberland
  Veduta tal-Gwardji biż-żwiemel u s-Sala tal-Banketti mill-Park ta' San Ġakbu x'aktarx fl-1749 Kollezzjoni Privata
  Il-Ħabs ta' Venezja x'aktarx lejn l-aħħar tas-snin 40 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Venezja, il-Knisja ta' San Giorgio Maggiore x'aktarx lejn l-aħħar tas-snin 40 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Il-Pont ta' Rialto u l-Knisja ta' San Giorgio Maggiore għall-ħabta tal-1750 North Carolina Museum of Art, Raleigh, North Carolina, l-Istati Uniti
  Kapriċċ bil-Fdalijiet u Porta Portello, Padova għall-ħabta tal-1750 Gallerie dell'Accademia, Venezja, l-Italja
  Ix-xmara Tamiġi mit-Terrazza ta' Somerset House, lejn Westminster 1750 Yale Center for British Art, New Haven, l-Istati Uniti
  Il-Baċir ta' San Mark mill-Pjazzetta c. 1750 Il-Gallerija Nazzjonali ta' Victoria, l-Awstralja
  Kapriċċ tal-Iskola ta' San Mark mil-Loġġa tal-Palazz Grifalconi-Loredan bidu tas-snin 50 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Palazz Vendramin-Calergi, fil-Canal Grande, Venezja is-snin 50 tas-seklu 18 Kollezzjoni Privata
  Veduta tal-Palazz Dukali ta' Venezja is-snin 50 tas-seklu 18 Galleria degli Uffizi, Firenze
  Il-Pont ta' Westminster mit-Tramuntana bil-Purċissjoni ta' Lord Mayor 1750 Kollezzjoni Privata
  Il-Katidral ta' San Pawl, Londra 1750
  Ix-xmara Tamiġi mit-Terrazza ta' Somerset House, lejn Westminster 1750 Yale University Art Gallery, New Haven, l-Istati Uniti
  Ix-xmara Tamiġi mit-Terrazza ta' Somerset House, lejn il-Katidral ta' San Pawl 1750 Yale Center for British Art, New Haven, l-Istati Uniti
  Londra: ix-xmara Tamiġi mit-Terrazza ta' Somerset House, lejn Westminster 1750–51 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Ruma, Pjazza Navona 1750–51 Tokyo Fuji Art Museum, il-Ġappun
  Ruma, Piazza del Quirinale 1750–51 Tokyo Fuji Art Museum, il-Ġappun
  Londra: ix-xmara Tamiġi mit-Terrazza ta' Somerset House, lejn il-belt 1750–51 Kollezzjoni Rjali, Kastell ta' Windsor, l-Ingilterra
  Veduta ta' Greenwich mix-xmara 1750–51
  Padova - ix-xmara Bacchiglione u Porta Portello 1750–1760 Metropolitan Museum of Art, New York
  Veduta ta' Greenwich mix-xmara 1751 Is-Sala ta' Blickling, National Trust, Norfolk, l-Ingilterra
  Il-Mixja Grandjuża, il-Ġonna ta' Vauxhall, Londra 1751 Compton Verney Art Gallery, l-Ingilterra
  L-Iskola ta' Chelsea, ir-Rotunda, id-dar ta' Ranelagh u x-xmara Tamiġi 1751 Museo Nacional de Bellas Artes, Havana, Kuba
  Chelsea mix-xmara Tamiġi f'Battersea Reach Frar 1751 Tate Britain
 
Il-Kastell ta' Alnwick 1752 Il-Kastell ta' Alnwick, Northumberland, l-Ingilterra
  L-Isptar ta' Greenwich mix-Xatt tat-Tramuntana tax-xmara Tamiġi għall-ħabta tal-1752 Il-Mużew Marittimu Nazzjonali, Greenwich, Londra, l-Ingilterra
 
Il-Kastell ta' Warwick mil-Lvant 1752 Birmingham Museum and Art Gallery, Birmingham, l-Ingilterra
  Il-Kastell ta' Warwick mil-Lvant 1752 Birmingham Museum and Art Gallery, Birmingham, l-Ingilterra
 
Northumberland House 1752 Kollezzjoni tad-Duka ta' Northumberland
  Veduta ta' Greenwich mix-xmara 1750–1752
  Il-Gwardji biż-żwiemel mill-Park ta' San Ġakbu 1752–53 Kollezzjoni Privata
  Kapriċċ ta' Palazz Rinaxximentali b'taraġ monumentali, it-torri tal-arloġġ u l-Arkata ta' Titus fl-isfond 1752–55 Kollezzjoni Privata tal-Kastell ta' Arundel
  Londra: Northumberland House 1752–1763 Kollezzjoni ta' Wallace, Londra, l-Ingilterra
  Il-Kappella ta' Enriku VII minn ġewwa fl-Abbazija ta' Westminster 1753 Il-Mużew ta' Londra, Londra, l-Ingilterra
  Kapriċċ ta' Knisja Tonda b'Portiku Gotiku Elaborat fi Pjazza Palladjana u Knisja Gotika fl-isfond 1753–55 Il-Kastell ta' Arundel
  Kapriċċ ta' Arkata Trionfali mill-Portiku ta' Palazz 1753–55 Il-Kastell ta' Arundel
  Kapriċċ ta' Pajsaġġ Ingliż b'Kolonna 1754 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington D.C., l-Istati Uniti
  Veduta ta' Binja tal-Banketti u Statwa Ekwestri tar-Re Karlu I 1754 Kollezzjoni Privata
  Kapriċċ bi Knisja b'Koppla l-Monument ta' Colleoni x'aktarx fl-1754 Kollezzjoni Privata
  Kapriċċ ta' Pajsaġġ Ingliż b'Palazz 1754 Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington D.C., l-Istati Uniti
  Il-Pont ta' Westminster 1754 Kollezzjoni Privata
  Venezja, il-Baċir ta' San Mark f'Jum Tlugħ is-Sema 1754 Kollezzjoni Privata
  Ir-Rotunda minn ġewwa, Ranelagh, Londra (1) 1754 Compton Verney Art Gallery, l-Ingilterra
  Ir-Rotunda minn ġewwa, Ranelagh, Londra (2) 1754 Il-Gallerija Nazzjonali ta' Londra
  Il-Katidral ta' San Pawl 1754 Yale Center for British Art, New Haven, l-Istati Uniti
  Veduta tal-Pont ta' Walton 1754 Dulwich Picture Gallery, Londra, l-Ingilterra
  Il-Kulleġġ ta' Eton 1754 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Il-Palazz Dukali u l-Pjazza ta' San Mark c. 1755 Galleria degli Uffizi, Firenze
  Il-Pont Antik ta' Walton 1755 Yale Center for British Art, New Haven, l-Istati Uniti
  Il-Bażilika ta' San Mark minn ġewwa 1755 Kastell ta' Windsor
  Il-Pjazza ta' San Mark – lejn il-Lbiċ 1755–59 Wadsworth Atheneum Museum of Art, Connecticut, l-Istati Uniti
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja għall-ħabta tal-1756 Fitzwilliam Museum, Cambridge, l-Ingilterra
  Il-Bitħa Interna tal-Palazz Dukali, Venezja għall-ħabta tal-1756 Fitzwilliam Museum, Cambridge, l-Ingilterra
  Il-Pjazza ta' San Mark – lejn il-Lvant mir-rokna tal-Lbiċ 1756 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Il-Bażilika ta' San Mark 1756 Fitzwilliam Museum, ir-Renju Unit
  Venezja: Palazzo Grimani 1756–58 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Il-Pjazza ta' San Mark lejn il-Lvant mir-rokna tal-Majjistral 1758 Il-Gallerija Nazzjonali, Londra, l-Ingilterra
  Il-Canal Grande – lejn ix-Xlokk minn Campo Santa Sophia sal-Pont ta' Rialto, Anagoria, Venezja 1758–63 Gemäldegalerie ta' Berlín u l-Fondazzjoni tal-Wirt Kulturali ta' Pir-Russjan
  Campo di Rialto 1758–63 Gemäldegalerie der Staatlichen Museen zu Berlin
Campo di Rialto u S. Giacomo di Rialto, Venezja 1760 Il-Gallerija Nazzjonali tal-Kanada, Ottawa, Canada
  Il-Bucintoro fil-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema 1760 Dulwich Picture Gallery, Londra, l-Ingilterra
Porta Portello, Padova 1760 Il-Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Il-Bucintoro fil-Moll f'Jum Tlugħ is-Sema 1760 Dulwich Picture Gallery, Londra, l-Ingilterra
  Veduta minn Kolonnata Barokka li tagħti għal Ġnien 1760–1768 Albertina, l-Awstrija
  Id-Doge u l-Gran Kunsill fis-Sala tal-Kunsill Maġġuri 1763 Statens Museum for Kunst, id-Danimarka
  It-Tluq tad-Doge ta' Venezja Departing lejn il-Lido 1763–67 British Museum, Londra
  Santa Maria Zobenigo c. 1765 Kollezzjoni Privata
  Scala dei Giganti għall-ħabta tal-1765 Kollezzjoni Privata
  Perspettiva b'Portiku 1765 Gallerie dell'Accademia, Venezja, l-Italja
Kapriċċ b'Kolonnata fuq ġewwa ta' Palazz 1765 Il-Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
L-Iskola ta' San Mark 1765 Il-Mużew Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja
  Il-Bażilika ta' San Mark minn ġewwa b'mużiċisti jkantaw 1766 Kunsthalle Hamburg, il-Ġermanja
  Veduta ta' Mestre qabel l-1768 Fondazzjoni Bemberg, Franza
  Veduta ta' Dolo qabel l-1768 Fondazzjoni Bemberg, Franza
  Il-Pjazza ta' San Mark, Venezja 1768

Referenzi immodifika

  1. ^ Filippo Pedrocco (1995). Canaletto. Giunti Editore. ISBN 978-88-09-76198-8.
  2. ^ "DiPI Online - Dizionario di Pronuncia Italiana". www.dipionline.it. Miġbur 2021-10-28.
  3. ^ Alice Binion and Lin Barton. "Canaletto." Grove Art Online. Oxford Art Online. Oxford University Press
  4. ^ "Artist Info". www.nga.gov. Miġbur 2021-10-28.
  5. ^ Haldane MacFall (20 September 2004). A History of Painting: Later Italians and Genius of Spain Part Three. Kessinger Publishing. ISBN 978-1-4179-4508-5.
  6. ^ Betsy Dru Tecco. Pk:how to Draw Italy. PowerKids Press. ISBN 978-0-8239-6686-8.
  7. ^ Constable, W.G (1962). Canaletto, Giovanni Antonio Canal 1697-1768, Volume One: Life and Work, The Plates. Oxford, Clarendon Press. p. 9. ISBN 0198173245.
  8. ^ J.G. Links, Canaletto and his patrons, Granada Publishing/Paul Elek Ltd., London 1977, p. 1.
  9. ^ Hannah Furness, 'Royal Collection uses infrared to prove Canaletto did not trace his drawings' in The Daily Telegraph
  10. ^ C. A. Fletcher; T. Spencer (14 July 2005). Flooding and Environmental Challenges for Venice and its Lagoon: State of Knowledge. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-84046-0.
  11. ^ "Artist Info". www.nga.gov. Miġbur 2021-10-28.
  12. ^ Williams, George G. Assisted by Marian and Geoffrey Williams. (1973) Guide to Literary London. London: Batsford, p. 208. ISBN 0713401419.
  13. ^ Links, J. G. (April 1981). "Canaletto in England". Journal of the Royal Society of Arts. 129 (5297): 301, 304.
  14. ^ Michael Levey (1994). Painting in Eighteenth-century Venice. Yale University Press. pp. 114–5. ISBN 978-0-300-06057-7.
  15. ^ John Eglin (13 January 2001). Venice Transfigured: The Myth of Venice in British Culture, 1660–1797. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-312-23299-3.