Alejandro Scopelli

Alejandro Scopelli Casanova (twieled fit-12 ta' Mejju 1908 – miet fit-23 ta' Ottubru 1987) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin, b'ċittadinanza Taljana. Bħala attakkant hu lagħab mat-tim nazzjonali Arġentin bejn l-1929 u l-1941, fejn lagħab fl-ewwel Tazza tad-Dinja. Hu wkoll irrappreżenta lit-tim nazzjonali Taljan f'logħba waħda.[1]

Alejandro Scopelli

Scopelli fl-1931
Informazzjoni personali
Isem sħiħAlejandro Scopelli Casanova
Twelid12 ta' Mejju 1908(1908-05-12)
La PlataArġentina
Mewt23 ta' Ottubru 1987 (79 sena)
Belt tal-Messiku, Messiku
Tul1.73 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1928–1933Estudiantes
1933–1935Roma
1936Racing Club
1936–1937Red Star
1938–1939RCF Paris
1939–1941Belenenses
1941Universidad de Chile
Tim nazzjonali
1929–1937Arġentina
1935Italja
Timijiet ikkowċjati
1939–1941Belenenses
1941–1945Universidad de Chile
1947–1948Belenenses
1948–1949Porto
1949–1950Deportivo de La Coruña
1950–1952Universidad de Chile
1952–1954RCD Español
1955–1956Sporting CP
1956–1957Celta de Vigo
1957–1959Granada
1962–1963Valencia
1963–1964Espanyol
1964–1965Club América
1966–1967Ċili
1970Club América
1972–1974Belenenses
1978–1979Club América

Karriera immodifika

Scopelli beda l-karriera tiegħu f'art twelidu ma' Estudiantes, fejn għamel parti mill-iskwadra leġġendarja magħrufha bħala Los Profesores. Fl-1931 skorja 31 gowl fil-kampjonat, fejn ġie maqbuż mill-kollega tiegħu Alberto Zozaya bi 33. Mat-tim nazzjonali Arġentin ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1930, fejn lagħab fis-semifinali mirbuħa kontra l-Istati Uniti u skorja gowl fir-rebħa ta' 6–1.[2]

Fl-1933, Scopelli mar l-Italja u ssieħeb ma' Roma. Matul dan il-perjodu ġab iċ-ċittadinanza Taljana (bħala oriundo) u lagħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan fil-konfront kontra Franza tas-17 ta' Frar 1935.[3]

Nhar l-20 ta' Settembru 1935, flimkien ma' sħabu Enrique Guaita u Andrés Stagnaro, ukoll Taljani-Arġentini, ħarbu bil-moħbi lejn il-fruntiera tal-Italja u Franza, bil-biża li setgħu jiġu skjerati fl-eżerċitu għall-Gwerra tal-Etjopja.[4]

Fl-1936, Scopelli reġa' lura l-Arġentina biex jilgħab ma' Racing Club de Avellaneda u għal darb'oħra ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin. Hu ħa sehem fil-Copa América tal-1937 u skorja żewġ gowls.

Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll fi Franza ma' Red Star ta' Pariġi;[5] mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija mar f'territorju newtrali biex jilgħab fil-Portugall ma' Belenenses. Hu temm il-karriera lura fl-Amerika t'Ifel biex jilgħab fiċ-Ċili ma' Universidad de Chile

Kowċ immodifika

Wara li rtira, sar kowċ ta' numru ta' klabbs fosthom Club América fil-Messiku, Valencia, Espanyol u Deportivo de La Coruña fi Spanja, Belenenses, Sporting CP u Porto fil-Portugall, u Universidad de Chile.

Unuri immodifika

Kowċ immodifika

Valencia
Club América

Referenzi immodifika

  1. ^ "Argentines in the Italian National Team" (bl-Ingliż). RSSSF.
  2. ^ "1930 FIFA World Cup Uruguay - Argentina-USA" (bl-Ingliż). FIFA.
  3. ^ "Scopelli Alessandro" (bit-Taljan). FIGC.
  4. ^ Bocchio, Sandro; Tosco, Giovanni (2000). Dizionario della Grande Roma dalle origini ai giorni nostri (bit-Taljan). Ruma: Grandi Manuali Newton. pp. 174–175.
  5. ^ "LES JOUEURS DU RED STAR DE A à Z" (bil-Franċiż). AllezRedStar.com.

Ħoloq esterni immodifika