Ħamrun Spartans FC

Ħamrun Spartans Football Club hu klabb tal-futbol Malti bbażat il-Ħamrun. It-tim rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Maltija fl-2007. Wara l-promozzjoni għal-Premier League Malti lis-Spartans spiċċaw fis-6 post fl-2008 u rnexxielhom jibqgħu fl-ogħla diviżjoni s'issa.

Ħamrun Spartans FC
Isem sħiħ Ħamrun Spartans Football Club
Ismijiet oħra Spartans
Fundazzjoni 1907
Grawnd Grawnd Victor Tedesco, Ħamrun
President Joseph Portelli
Kowċ Luciano Zauri
Kampjonat BOV Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Minn meta beda fl-1907, il-Ħamrun Spartans rebħu total ta' 7 kampjonati . Huma ġew ukoll runners-up għal 11-il darba.

Wieħed mill-istillel fl-istorja tal-klabb, Stefan Sultana, skorja total ta' 252 gowls fil-karriera tiegħu (Waqt li lagħab għall-Ħamrun Spartans), li ġie l-aktar plejer Malti li skorja gowls (mit-12 ta' Mejju, 2007).

Storja immodifika

Ħamrun Spartans bdew jilgħabu l-futbol fl-1907. Fl-istaġun 1913-14, Ħamrun Spartans kien diġà tim stabbilit u rebħu t-titolu min għand St. George's minħabba r-regola tal-gowls barra mid-dar. It-tieni suċċess tal-Kampjonat tagħhom kien erba' snin wara meta spiċċaw mill-ġdid konġunti fil-quċċata tal-Klassifika ma' St George's. Din id-darba l-Ħamrun kienu ċ-Ċampjins ta' Malta għax rebħu lil St George's fill-play-off. L-aħjar plejer tal-Ħamrun dak iż-żmien kien Gejtu Psaila, magħruf bħala l-Ħaċċa. Fl-20 u 30, il-klabb għadda minn perijodu diffiċli meta il-plejers tal-Ħamrun ħallew il-klabb biex immoru ġo klabbs oħra. L-ikbar rivali tal-Ħamrun kienu l-ġirien tal-Marsa.

Tim ġdid, Ħamrun Liberty ġie iffurmat u fi ftit ta' snin, Ħamrun Liberty kienu fost l-aqwa fil-futbol Malti. Mar-ritorn tagħhom għall-Ewwel Diviżjoni fl-1946-47, il-klabb bidel ismu għal Ħamrun Spartans. Rebħu t-Trofew Johnnie Walker u t-Tazza Cassar. Huma rebħu t-Tazza Cassar darb'oħra fl-istaġun 1948-1949. Bejn l-1947 u 1952, kienu erba' darbiet runners-up.

It-tim beda nieżel fis-60 sakemm ġew relegati fl-istaġun 1969-70. Wara li jirritorna għall-Ewwel Diviżjoni, kienu relegati għal darb'oħra fl-1974. Madankollu, wara sentejn fit-Tieni Diviżjoni, kienu lura fl-Ewwel Diviżjoni.

Fil-75 anniversarju, fl-istaġun 1982-83, il-klabb kien lura fil-quċċata meta rebaħ it-titolu wara assenza ta' 36 sena. Il-Ħamrun Spartans irnexxielhom ukoll jirbħu l-FA Trophy matul dak l-istaġun. Dan kien il-bidu tal-era taħt il-gwida tal-President Victor Tedesco. It-tim ġie msaħħaħ bl-aqwa plejers bħal Ġiġi Salerno, Raymond u Ġorġ Xuereb, Edwin Farrugia, Raymond Vella (li kien taħt self minn Marsa), Joe Brincat u Carlo Seychell. Alfred Cardona kien il-kowċ tagħhom. Wara ħafna tilwim mad-Diviżjoni tal-Immigrazzjoni, Victor Tedesco irnexxielu jiffirma żewġ barranin, żewġ plejers Inglizi Peter Hatch u John Linacre - l-ewwel barranin li lagħabu fuq il-gżira wara perjodu twil.

Il-Ħamrun stabbilixxew rekord ġdid li huwa l-unika tim lokali biex li kemm home u kemm away f'kompetizzjoni tal-UEFA wara li għelbu lil-Ballymena United tal-Irlanda ta' Fuq. F'għaxar snin il-Ħamrun irrnexxielhom jirbħu 3 titoli tal-kampjonat nazzjonali, 3 FA Trophies, u 3 Super Euro Cups.

Wara kampanji suċċessivi bħal dawn, lis-Spartans iffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji. It-tim kellu jittrasferixxi l-aqwa plejers tiegħu sakemm finalment kienu relegat għall-Ewwel Diviżjoni fl-1998-1999. Wara sena, dawn kienu promossi lura għall-Premier League wara li rebaħ l-ewwel titolu tal-Ewwel Diviżjoni.

L-aħħar erba' staġuni kienu snin tilgħajn u niżlin. Huma kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni fi tmiem tal-istaġun 2003/2004, imma reġgħu saru ċampjins promossi tal-Ewwel Diviżjoni fl-2004/05, imbagħad reġaw relegati mill-Premier League fl-istaġun 2005/06 u rebħu l-Ewwel Diviżjoni għal darb'oħra fl-2007.

Mill-istaġun 2007/2008 Ħamrun Spartans reġgħu ġew lura fil-ġlieda għall-unuri. Matul l-istaġun 2007/2008 il-Ħamrun kienu sodisfatti bil-gowls kollha tagħhom u spiċċaw fil-finali tal-FA trophy kontra Birkirkara li ġew telliefa b'differenza ta' gowl wieħed. Dan l-istaġun kien ukoll suċċess kbir għall-partitarji tal-Ħamrun wara li rebħu l-Malta Best Support Award.

Apparentement ġew imsaħħa f'diversi dipartimenti, il-Ħamrun immiraw li jiparteċipaw għal post fl-Ewropa fl-istaġun kurrenti. Madankollu, it-tim naqas milli jilħaq iċ-Championship pool. Fir-relegation pool Ħamrun bdew b'rebħa eċċellenti 3-0 kontra Msida, imbagħad sofrew telfa xokkanti ta' 1-5 kontra Tarxien. Erba' punti matul it-tliet logħbiet ma kinux biżżejjed biex jilħqu s-sigurtà, u fil-logħba finali eżawriti l-Ħamrun kienu megħluba faċilment minn Qormi. Ma' Tarxien u Msida wkoll leħqu 16-il punt wara d-dro bejniethom, Ħamrun Spartans kienu relegati fuq l-agħar rekord tar-ras għal ras. Fortunatament għal Ħamrun Spartans, il-każijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu l-klabbs ta' Vittoriosa Stars u Marsaxlokk kienu t-tnejn "relegati" imma t-timijiet baqgħu fil-Premier League għall-istaġun 2009-2010.

Il-Ħamrun fl-istaġun 2009-2010 għamel suċċess billi siċċa fit-8 pożizzjoni fil-Premier League Malti bl-aħħar logħba tar-Relegation Pool kontra l-Imsida bir-riżultat finali ta' 2-2. Ħamrun kienu ukoll fis-semi finali tal-FA Trophy f'dak l-istaġun.

Plejers notevoli immodifika

 
Tony Morley

Kompetizzjonijiet fl-Ewropa immodifika

UEFA Cup Winners' Cup immodifika

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1984-85 UEFA Cup Winners' Cup 1. Rawnd   Ballymena United 2-1 1-0 3-1
2. Rawnd   FC Dynamo Moscow 0-1 0-5 0-6
1989-90 UEFA Cup Winners' Cup 1. Rawnd   Real Valladolid 0-1 0-5 0-6
1992-93 UEFA Cup Winners' Cup Rawnd tal-Kwalifikazzjoni   NK Maribor 2-1 0-4 2-5

UEFA Cup immodifika

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1985-86 UEFA Cup 1. Rawnd   KS Dinamo Tirana 0-0 0-1 0-1

UEFA Champions League immodifika

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1983-84 European Cup 1. Rawnd   Dundee United 0-3 0-3 0-6
1987-88 European Cup 1. Rawnd   SK Rapid Wien 0-1 0-6 0-7
1988-89 European Cup 1. Rawnd   KF Tirana 2-1 0-2 2-3
1991-92 European Cup 1. Rawnd   SL Benfica 0-6 0-4 0-10

Unuri immodifika

Rebbieħa (9)

1913-14, 1917–18, 1946–47, 1982–83, 1986–87, 1987–88, 1990–91, 2020/21, 2022/23

Runners-up (11)

  • Euro Challenge:

Rebbieħa (5):

1985, 1988, 1991, 1992

Runners-up (3)

  • MFA Super 5 Lottery Tournament:

Rebbieħa (1):

1991/1992

Runners-up (2)

  • U*Bet FA Trophy:

Rebbieħa (6):

1982-83, 1983–84, 1986–87, 1987–88, 1988–89, 1991-92
  • Tazza Cassar:

Rebbieħa (2):

1947/47, 1948/49
  • Super Cup:

Rebbieħa (5):

1986-87, 1987–88, 1988–89, 1990–91, 1991-92

Ħoloq esterni immodifika