Ġużè Galea

tabib u kittieb Malti

Ġużè Galea (twieled fis-17 ta' Lulju 1901 – miet fis-26 ta' Marzu 1978) kien tabib u kittieb Malti.

Ġużè Galea
Ħajja
Twelid Ħal Qormi, 17 Lulju 1901
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 26 Marzu 1978
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
tabib

Studju u karriera medika immodifika

Studja fis-Seminarju tal-Arċisqof (1914-17) u wara fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi (1918-20). Mill-Università ta' Malta ħa l-lawrja ta' spiżjar (Ph.C.) fl-1925 u ta' tabib (M.D.) fl-1928. Mar jistudja Londra fejn speċjalizza fis-Saħħa Pubblika u ħa id-Diploma fis-Saħħa Pubblika (D.P.H.) mir-R.C.P.S. fl-1932 u wara sar Fellow of the Royal Society of Health.

Għamel karriera fis-servizz tas-saħħa tal-gvern Malti. Kien uffiċjal mediku reżidenti mill-1928 sal-1930, uffiċjal mediku għall-kwarantina mill-1932 sal-1937, uffiċjal mediku għas-saħħa pubblika mill-1937 sal-1947, uffiċjal għoli tas-saħħa mill-1949 sal-1951, uffiċjal mediku prinċipali tal-gvern u suprintendent tas-saħħa pubblika mill-1951 sal-1961.

Fl-Università ta' Malta kien lecturer fil-Mediċina Forensika mill-1949 sal-1955 u professur tal-Mediċina Forensika mill-1955 sal-1961.

Ippubblika bosta artikli fuq il-mediċina f'rivisti Maltin u internazzjonali u kien imdaħħal f'bosta kumitati li kellhom x'jaqsmu ma' xogħol soċjali u filantropiku.

Letteratura u storja immodifika

Ġużè Galea kien jinteressa ruħu ħafna f'raħal twelidu u fl-1925 meta kien għadu student tal-mediċina ppubblika Il-Knisja ta' Ħal Qormi u sitt snin wara Storja Qasira ta' l-Ordni Kostantinjan ta' San Ġorġ.

Kellu interess kbir fl-istorja u kiteb bosta rumanzi storiċi. Kiteb ukoll xi bijografiji storiċi qosra interessani u artikli f' Melita Historica. Il-folklor kien qasam ieħor li studja u kiteb xi riċerki f'dan il-qasam. Kien President tal-Akkademja tal-Malti mill-1942 sal-1973 u President tal-The Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce mill-1960 sal-1966.

Unuri immodifika

  • Uffiċjal tal-Ordni Venerabbli ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm
  • Knight of Grace SMOM, Cross of Merit OM
  • Kavalier tal-Ordni ta' San Ġorġ
  • Defence Medal
  • Coronation Medal
  • Is-Salib Papali Pro Ecclesia et Pontefice
  • Membru tal-Imperu Brittaniku (M.B.E.)

Xogħlijiet immodifika

Rumanzi storiċi immodifika

  • Żmien l-Ispanjoli (1937)
  • San Ġwann (1939)
  • Raġel bil-Għaqal (1943)
  • Meta Nħaraq it-Tejatru (1946)
  • Id-Dinja Rota (1966)

Xogħlijiet storiċi immodifika

  • Anton Manwel Caruana (1939)
  • Maurice Magnus: His Stay in Malta (1943)
  • Il-Kanonku Caruana bħala Diplomatiku (1947)
  • Coleridge in Malta (1948)
  • Kittieb Spanjol f'Malta (1950)

Artikli f' Melita Historica immodifika

  • Malta and the Second World War: A Bibliography (1952)
  • A Captain of the Port of Malta and a Grand Vizier of Constantinople (1964)
  • The Great Siege of Malta from a Turkish Point of View (1965)
  • The Quarantine Service and the Lazzaretto of Malta (1966)
  • The Sea Board and Marshes of Qormi (1968)

Folklor immodifika

  • The Taglia and the Taċċa (1962)
  • Old Flour Mills of Malta (1963)
  • Xogħol u Snajja ta' l-Imgħoddi (1969)

Biblijografija immodifika

  • Ġużè Galea (1901 - 1978), L. Grasso, Midsea Books 1998.
  • Galea, Professor Joseph, C. Briffa f' Malta Who's Who 1965. A Biographical dictionary Progress Press, Malta, 1965, p.127.
  • Galea, Ġuże, Maltese Biographies of the twentieth century (edituri. Schiavone M.J., Scerri L.J.). PIN, Malta, 1997, p.291.
  • Ġużè Galea, Rumanzier, Mifsud Francis Paul, Teżi - L-Università ta' Malta, 1973.

Ħoloq esterni immodifika