Sofonisba Anguissola: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 49:
== Ħajja privata ==
[[Stampa:Sofonisba Anguissola 002.jpg|right|thumb|170px|Awtoritratt, 1554]]
Fl-1570, Anguissola kellha 38 u kienet għadha ma żżewġitx. Wara l-mewt ta' [[Eliżabetta ta' Valois]], Filippu II beda jieħu ħsieb iżjed il-futur ta' Sofonisba u rranġalha biex tiżżewweġ. Madwar l-1571, iżżewġet lil Don Francisco de Moncada, bin il-prinċep ta' Paterno, viċire ta' [[Sqallija]]. It-tieġ kien iċcelebrat b'pompa kbira, u rċiviet dota minn għand ir-re ta' Spanja. Wara t-tieġ il-koppakoppja vvjaġġaw biex iżuru l-familja tagħha, kif ukoll l-artijiet ta' żewġha fl-Italja imma fl-aħħar marru lura lejn Spanja. Wara 18-il sena fil-qorti Spanjola, Sofonisba u żewġha fl-aħħar telqu minn Spanja bil-permess tar-re matul l-1578. Marru Palermo fejn żewġ Sofonisba miet fl-1579.
 
Fl-età ta' 47 sena, hija u sejra d-dar f'Cremona, Sofonisba iltagħet ma' Orazio Lomellino, li kien iżgħar minnha sewwa, il-kaptan tal-vapur li kienet qegħda tivvjaġġa fuqu. Iżżewġu ftit wara f'Jannar tal-1580, fil-belt ta' Pisa.