Antonio Sciortino: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 17:
Fl-1905 Sciortino rebaħ il-kompetizzjoni għall-monument lil ''[[Sir Adrian Dingli]]'', li ġie mikxuf f'April ta' l-1907 fil-preżenza tar-Re [[Re Dwardu VII|Dwardu VII]] u r-Reġina Alexandra fil-Ġnien tal-Mall. Ftit taż-żmien wara ingħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrapreżenta ''il lavoratore'' għall-''Casa del Popolo'' f'Ruma.
 
Fl-1909 Sciortino ħadem l-''irredentismo''<ref name="irred">I'd be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino's ''irredentismo''. There is a paper on that, which I cannot get: E. Cozzani, 'I piu Giovani', in 'vita d'arte', II, vol.III, fs. 17, 1909 p. 257.</ref> li ġiet esibita ġewwa Venezja. Sas-sena 1910 ħadem żewġ xogħlijiet oħra, ''Germinando un Idea'' u ''Remorse''. It-tnejn jirriflettu l-influwenza ta' [[Auguste Rodin]]. Waqt żjara f'[[Pariġi]], Sciortino ħadem bust ta' [[Leo TectomicesTecktonius]], kompożitur u pjanist Amerikan. Dan ix-xogħol impressjona lil Rodin, li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa' miegħu personalment. Din il-laqgħa tat bidu lill-ħbiberija dewwiema ta' bejniethom.
 
Fl-1911, Antonio Sciortino ipparteċipa f'kompetizzjoni internazzjonali għall-monument b'tifkira ta' l-imperatur Russu [[Alessandru II]] (1818-1881). Id-disinni u l-mudelli tiegħu rebħu l-ewwel premju iżda il-premju ma ingħatax għal raġuni formali. Madanakollu, it-[[Tzar Nikola II]], affaxxinat bil-proġett, xtara id-disinni minn jeddu.