Antonio Sciortino: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 24:
 
 
Fl-1914 Sciortino xtaq jidħol mar-[[w:en:Royal Engineers | Royal Engineers]], iżda fuq parir ta' l-eks-gvernatur ta' Malta, [[Lord Grenfell]], baqa' għaddej b'ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall-ewwel gwerra dinjija. Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil-ħsieb, tħażżiż u l-immudellar ta' dan il-monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t-'Tempju ta' l-Imperu Ingliż għall-Eroj mhux Magħruf'. Sciortino irrealizza dan ix-xogħol f'mudell tat-tafal fuq skala ta' 1:200. Jingħad<ref name="smm">find reference FIXME.</ref>. li l-idea ta' mafkar f'ġieħ is-'Suldat mhux magħruf', hi ħolqien ta' l-artist Malti<ref name="smm"></ref>.
 
Bħala tifkira ta' l-erbgħa w għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta fl-1913 Sciortino ġie imqabbad ilesti monument. Dan ix-xogħol imsemmi ''Kristu Re'' ġie mikxuf fil-Furjana fit 30 ta' Diċembru 1917 fi ħdan ta' ċeremonja reliġjuza li għaliha inġabru madwar 40,000 Malti. L'istatwa ta' Kristu Redentur hija figura tal-bronż għolja 3.5 metri li tiddomina fuq pedestall tal-granit u tesprimi maestà u kobor ta' sultan. Malta hija rapreżentata bħala figura femminili għarkuptejha taħt il-pedestall f'att ta' sottomissjoni waqt talba għall barka. Il figura tfakkar ukoll ir-rebħiet mgħodija fuq "l-egħdewwa ta' Kristu". Oriġinarjament, Sciortino ippjana il-monument b'figura ta' Kristu biss għaliex l-għan ewlieni kienet rappreżentazzjoni tat- [[transubstanzjazzjoni]], il-kunċett tal-preżenza reali ta' Kristu fl-Ewkaristija Mqaddsa ([[w:en:Transubstantiation]]). Għalekk il- figura ta' Malta ma' tħarisx lejn il-wiċċ ta' Kristu iżda qiegħdha tbaxxi rasha f'att ta' reverenza iġġib quddiem għajnejha ix-xbiha tal ġisem u demm ta' Kristu.