Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Margaritu ta' Brindisi"

Margaritu ssuċċida l-ammiralli Ġorġ ta' Antijokja u Maione ta' Bari fit-tmexxija tal-flotta Normanna fir-renji ta' Guliermu II ta' Sqallija (1166-1189) u Tankredi ta' Sqallija (1189–1194). X'aktarx beda l-karriera tiegħu bħala pirata Grieg u forsi veru li ismu Margaritus hi l-forma Latina tal-kelma Griega ''Megareites'' (= ta' Megara). Għażel il-belt ta' Brindisi minħabba l-port tagħha, eċċezjonali għall-kobor, sigurtà u l-lokazzjoni ġeografika tajba tiegħu. Kien jgħix u jżomm il-parti l-kbira tal-flotta hemm. In-nies ta' żmienu kellhom rispett kbir għall-kwalitajiet li kellu tant li kienu jsejħulu ''Rex maris'' jew ''Novus Neptunus''; l-għedewwa tiegħu kienu jibżgħu ħafna minnu u ma kienux iqisuh ħlief arċipirata.
 
Margaritu jidher għall-ewwel darba ma' ġenb Tankredi, dak iż-żmien konti ta' Lecce u f'ras il-flotta fil-ġlieda mmexxija minn Guliermu II kontra l-Biżantini;. Madwar l-1185 okkupa l-gżejjer Ijonji u wara assalta l-gżira ta' [[Patmos]]. Fil-ħarifa tal-1186 mexxa l-flotta Normanna kontra [[Ċipru]] (fejn il-gvernatur, Iżaqq Komnenu kien irribella kontra Biżanzju) u f'attakk bla rażan qabad 70 galeja tal-imperatur Biżantin, Iżaqq II Anġlu li sofra l-ikbar telfa navali tal-imperu tal-Orjent bid-deportazzjoni għal Sqallija tal-ġneraliġenerali BiżantiBiżantini. Wara Margaritu nħatar konti ta' Zakintos, Ċefalonja u Itaka.
 
Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li [[Saladin]] kien irrikonkwista [[Ġerusalemm]]. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-[[Palestina]] il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet l-oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel [[Tripli]], u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u [[Tiru]].
 
Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli l-port ta' [[Messina]] minħabba l-attakk minn [[Rikkardu Qalb ta' Ljun]] li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddefenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Ġermanja [[Enriku VI]], li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, [[Costanza d'Altavilla]] u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.
Meta Enriku VI assedja 'l [[Napli]] fis-sajf tal-1191, Margaritu mar jiġri jiddefendi l-belt, attakka l-frejgati Piżanin u ħeles il-port. Sadattant f'Salerno Costanza ttieħdet priġuniera u nġiebet Messina. Forsi kien f'din l-okkażżjoni ta' suċċess kbir li Tankredi ħatar 'l Margaritu l-ewwel [[konti ta' Malta]] (1192). It-titlu tal-konteja ta' Malta kien iġib miegħu ġid enormi u sehem inportanti, daqs tal-portijiet ta' Brindisi u Messina, fl-infrastruttura tat-tħejjija tal-frejgati tar-re, l-ankraġġ u l-impieg tal-baħrin.
 
Imma meta miet Tankredi (20 ta' Frar 1194) sar iżjed faċli għal Enriku VI biex jikseb il-konkwista tar-renju. [[Markuvaldu ta' Annweiler]], f'ras il-flotta ta' frejgati Piżanin, Ġenoviżi, u Ingliżi, l-ewwel ġiegħel 'l Napli u Messina jċedu u mbagħad assedja 'l Palermo, li Margaritu ddefenda bl-aħrax sal-20 ta' Novembru. Fil-patti tar-reża, Margaritu kiseb li konkwistaturi ma jgħamlux ħerba minn Palermo u li jiġi rispettati l-ħajjiet Sibilla ta' Acerra, l-armla ta' Tankredi, u uliedha. Però, erbagħt ijem wara l-inkurunazzjoni ta' Enriku VI (fil-Milied tal-1194), Sibilla u uliedha ma' nobbli oħra tal-qorti Normanna (li fosthom kien hemm Margaritu), ġew akkużati b'rewwixta kontra Enriku, intefgħu il-ħabs u intbagħtu l-Ġermanja.
Fil-patti tar-reża, Margaritu kiseb li konkwistaturi ma jgħamlux ħerba minn Palermo u li jiġi rispettati l-ħajjiet Sibilla ta' Acerra, l-armla ta' Tankredi, u uliedha.
Però, erbagħt ijem wara l-inkurunazzjoni ta' Enriku VI (fil-Milied ta' 1194), Sibilla u uliedha ma nobbli oħra tal-qorti Normanna (li fosthom kien hemm Margaritu), ġew akkużati b'rewwixta kontra Enriku, intefgħu il-ħabs u intbagħtu l-Ġermanja.
 
Xi storiċi jsostnu li Margaritu miet il-Ġermania fl-1197, wara li ġie mgħama u emaskulat. Oħrajn isostnu li ta' min jemminha l-istorja fil-Kronaka ta' Ruġġier ta' Hoveden, li skontha fis-sena 1200, Margaritu, kważi għama, qiegħed ruħu fis-servizz tar-re ta' Franza, Filippu II, u waqt li kien sejjer Brindisi fejn kien ġabar flotta, miet Ruma maqtul minn seftur tiegħu.
Utent anonimu