Margaritu ta' Brindisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 3:
 
==Il-ħajja==
Margaritu, li ssuċċida l-ammiralli Ġorġ ta' Antijokja u Maione ta' Bari, mexxafit-tmexxija ltal-flotta Normanna fir-renji ta' Guliermu II ta' Sqallija (1166-1189) u Tankredi ta' Sqallija (1189–1194). X'aktarx beda l-karriera tiegħu bħala pirata Grieg u forsi veru li ismu Margaritus hi l-forma Latina tal-kelma Griega ''Megareites'' (= ta' Megara). Għażel il-belt ta' Brindisi minħabba l-port tagħha, eċċezjonali għall-kobor, sigurtà u l-lokazzjoni ġeografika tajba tiegħu. Kien jgħix u jżomm il-parti l-kbira tal-flotta hemm. In-nies ta' żmienu kellhom rispett kbir għall-kwalitajiet li kellu tant li kienu jsejħulu ''Rex maris'' jew ''Novus Neptunus''; l-għedewwa tiegħu kienu jibżgħu ħafna minnu u ma kienux iqisuh ħlief arċipirata.
 
Margaritu jidher għall-ewwel darba ma' ġenb Tankredi, dak iż-żmien konti ta' Lecce u f'ras il-flotta fil-ġlieda mmexxija minn Guliermu II kontra l-Biżantini; Madwar l-1185 okkupa l-gżejjer Ijonji u wara assalta l-gżira ta' [[Patmos]]. Fil-ħarifa tal-1186 mexxa l-flotta Normanna kontra [[Ċipru]] (fejn il-gvernatur, Iżaqq Komnenu kien irribella kontra Biżanzju) u f'attakk bla rażan qabad 70 galeja tal-imperatur Biżantin, Iżaqq II Anġlu li sofra l-ikbar telfa navali tal-imperu tal-Orjent bid-deportazzjoni għal Sqallija tal-ġnerali Biżanti. Wara Margaritu nħatar konti ta' Zakintos, Ċefalonja u Itaka.