Naħla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 41:
F'xi speċi, gruppi ta' naħal nisa li jgħixu flimkien jistgħu jkunu aħwa, u fil-każ li x-xogħol jinqasam bejn il-grupp, dawn jitqisu [[semisoċjali]].
 
Jekk barra li jaqsmu x-xogħol, il-grupp jikkonsisti minn omm u wliedha bniet, il-grupp jissejjaħ ewsoċjali. L-omm titqies bħala r-"RegoinaReġina" u wliedha huma "ħaddiema". Dawn il-kasti jistgħu jkunu biss alternattivi fl-imġieba, f'liema każ is-sistema titqies bħala "primittivament ewsoċjali" (bħal ħafna żnażan li jagħmlu l-bejta tal- karta (Polistinae)), u jekk il-kasti huma morfoloġikament diskreti, allura s- sistema hija "ewsoċjali għall- aħħar".
 
Hemm ħafna aktar speċi ta' naħal li huma primittivament ewsoċjali milli ewsoċjali għall- aħħar, imma dawn rari ġew studjati. Il- bijoloġija tal- parti l- kbira ta' dawn l-ispeċi hi ftit li xejn magħrufa . Il- maġġoranza l-kbira tagħom huma fil-familja [[Halictidae]]. Il-kolonji huma tipikament żgħar, b'medja ta' tużżana ħaddiema jew inqas fihom. L-unika differenza fiżika bejn ir-reginareġina u l-ħaddiema, jekk hemm xi differenza, jkun id-daqs medju. Fil-parti l-kbira tal- ispeċi, il-kolonja ddum ħajja staġun wieħed, anki fit-tropiċi, u n-nisa mgħammra biss (irġejjen tal-futur) jibernaw (din l-ibernazzjoni tissejjaħ [[dijapawża]]). Xi speċi għandhom staġun attiv twil u l-kolonji jilħqu l-mijiet ta' naħal. L-Ewglossini (Euglossini) jinkludu numru ta' speċi li huma primittivament ewsoċjali b'bijoloġija simili. Ċerti speċi ta' Allodapini naħal (qraba tan-naħla Xylocopa) wkoll għandhom kolonji primittivament ewsoċjali, imma għandhom interazzjoni bejn in-naħal adulti u l-frieħ li qed jiżviluppaw fuq livell mhux tas-soltu. Din tissejjaħ "[[proviżjoni progressiva]]"; l-ikel tal- larva jiġi fornut ftit ftit hija u tiżviluppa. Din is-sistema jużawha wkoll in-naħal tal-għasel u xi bombli.
 
In-naħal li huma ewsoċjali għall-aħħar jgħixu f'kolonji. Kull kolonja jkollha reginareġina waħda, ħafna ħaddiema u, f'ċerti stadji fiċ-ċiklu tal-kolonja, jkun fiha[[drone fuki ????]]. Il-bejta li jipprovdu l-bnedmin għan-naħal tissejjaħ ġarra jew kaxxa tan-naħal. Ġarra tan-naħal tal-għasel jista' jkun fiha 40000 naħla fl-aqwa tas-sena, fir-rebbiegħa, iżda s-soltu jkun fiha inqas.
 
===Il-bombli===
[[Stampa:Bumblebee closeup.jpg|thumb|upright|right|Bomblu]]
Il-[[bomblu|bombli]] (''Bombus terrestris'',''B. pratorum'', et al.) huma ewsoċjali b'mod li jixbaħ bejn wieħed u ieħor lill-[[Vespidae]] bħall-[[bagħal taż-żunżan|bgħula taż-żunżan]]. Ir-reginareġina tibda bejta weħida (mhux bħall-irgejjenirġejjen tan-naħal tal-għasel u n-naħal ta' bla xewka li jibdew il-bejtiet minn ferħa li jkun fiha għadd kbir ta' ħaddiema). Il-kolonji tal-bombli tipikament ikun fihom minn 50 sa 200 naħla fl-aqwa tagħhom li jkun minn nofs sa tmiem is-sajf. L-arkitettura tal-bejta hi sempliċi, limitata mid-daqs tal-ħofra tal-bejta (li tkun hemm minn qabel), u l-kolonji rari jkunu perenni. L-irġejjen tal-bombli kultant fix-xitwa jistkennu fil-ġarer tan-naħal tal-għasel, fejn kultant l-apikulturi isibuhom mejtin, nistgħu nissoponu li jkunu qatluhom in-naħal bix-xewka. M' hux magħruf jekk xi wħud jibqgħux ħajjin matul-ix-xitwa f'dan l-ambjent.
 
Il-bombli huma uhud mill-pollinaturi selvaġġi l-aktar importanti, iżda naqsu ħafna f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin.
Linja 60:
 
===In-naħal tal-għasel Afrikanizzati ===
In-naħal Afrikanizzati, magħrufa wkoll bħala n-naħal qattiela, huma razza ibrida tal-''[[Apis mellifera]]'' ġejjin minn esperimenti minn Warwick Estevam Kerr biex idakkar in-naħal Ewropej u Afrikani. Xi rgejjenrġejjen ħarbulu mill-laboratorju tiegħu fl-Amerika t'Isfel u infirxu madwar l-Ameriki. In-naħal Afrikanizzati huma aktar aggressivi minn naħal Ewropej.
 
==In-naħal solitarji u komunali==