Margaritu ta' Brindisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 11:
 
Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli l-port ta' [[Messina]] minħabba l-attakk minn [[Rikkardu Qalb ta' Ljun]] li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddefenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja [[Enriku VI]], li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, [[Costanza d'Altavilla]] u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.
 
Meta Enriku VI assedja 'l [[Napli]] fis-sajf tal-1191, Margaritu mar jiġri jiddefendi l-belt, attakka l-frejgati minn Pisa u ħeles il-port. Sadattant f'Salerno Costanza ttieħdet priġuniera u nġiebet Messina. Forsi kien f'din l-okkażżjoni ta' suċċess kbir li Tankredi ħatar 'l Margaritu l-ewwel [[konti ta' Malta]] (1192). It-titlu tal-konteja ta' Malta kien iġib miegħu ġid enormi u sehem inportanti, daqs tal-portijiet ta' Brindisi u Messina, fl-infrastruttura tat-tħejjija tal-frejgati tar-re, l-ankraġġ u l-impieg tal-baħrin.
 
Imma meta miet Tankredi (20 ta' Frar 1194) sar iżjed faċli għal Enriku VI biex jikseb il-konkwista tar-renju. [[Markuvaldu ta' Annweiler]], f'ras il-flotta ta' frejgati Piżanin, Ġenoviżi, u Ingliżi, l-ewwel ġiegħel 'l Napli u Messina jċedu u mbagħad assedja 'l Palermo, li Margaritu ddefenda bl-aħrax sal-20 ta' Novembru.