Introduzzjoni għall-ġenetika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 34:
===Il-ġeni jagħmlu l-proteini===
Il-funzjoni tal-ġeni hi li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tagħmel molekuli msejħin [[proteini]] fiċ-ċelluli<ref name=Utah>[http://learn.genetics.utah.edu/units/basics/tour] University of Utah Genetics Learning Center animated tour of the basics of genetics</ref>. Iċ-ċelluli huma l-iżgħar partijiet indipendenti tal-organiżmi: il-ġisem tal-bniedem fih xi 100 trilljun ċellula, waqt li organiżmi ċkejknin ħafna bħall-[[batterju|batterji]] huma ċellula waħda biss. Ċellula qisha minjatura ta' fabrika komplessa ħafna li tista' tagħmel il-partijiet kollha meħtiega biss tipproduċi kopja tagħha stess, li jiġri meta ċ-ċelluli jinqasmu. Fiċ-ċelluli x-xogħol jinqassam b'mod sempliċi ħafna – il-ġeni jagħtu l-ordnijiet u proteini jobduhom, bħal jibnu kopja ġdida ta' ċellula jew isewwu l-ħsara<ref name=NIGMS>[http://publications.nigms.nih.gov/structlife/chapter1.html] ''The Structures of Life'', (L-istrutturi tal-ħajja)</ref>. Kull tip ta' proteina hi speċjalista u tagħmel xogħol wieħed biss, u allura jekk ċellula jkollha bżon xi ħaġa ġdida, trid tagħmel proteina ġdida biex tagħmel dan ix-xogħol. Bl-istess mod, jekk ċellula tkun trid tagħmel xi ħaġa iżjed bl-għaġla jew iżjed bil-mod minn qabel, trid tagħmel iżjed jew inqas mill-proteini risponsabbli. Il-ġeni jgħidu liċ-ċelluli x'jagħmlu billi jgħidulhom liema proteini jagħmlu u kemm.
 
[[Stampa:genetic code.svg|thumb|image|right|280px|Il-ġeni huma espressi billi jiġu traskritti fl-ARN, u dan l-ARN imbagħad jiġi tradott f'proteina.]]
 
===Il-ġeni jiġu kkupjati===