Xewkija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 19:
|sit = [http://www.xewkija.gov.mt/ www.xewkija.gov.mt]
}}
Ix-[[Xewkija]] huwa raħal f' Għawdex li skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika kien jgħodd 3,335 ir-ruħ f'Diċembru [[2005]]. Huwa r-raba' l-akbar raħal Għawdxi wara r-[[Rabat t'Għawdex]] (6,629 ruħ), in-[[Nadur]] (4,261) u x-[[Xagħra]] (3,867). Warajh hemm [[Għajnsielem]] (2,549) u Ta' [[Sannat]] (1,739).
 
Ix-[[Xewkija]] huwa raħal f' Għawdex bejn Għajnsielem u r-[[Rabat (Għawdex)|Rabat]] b'popolazzjoni ta' ftit aktar minn 3,115 -il ruħ. L-isem 'Xewkija' ġej mill-kelma 'xewk', li hu rrapreżentat fl-arma tal-lokal.
Ix-Xewkija saret parroċċa fis-27 ta' Novembru 1678. Il-banda tar-raħal iġġib l-isem ta' Banda Prekursur. It-tim tal-futbol huwa x-[[Xewkija Tigers]], li twaqqaf fl-1939. Huma rebħu l-[[Kampjonat Għawdxi]], erba' darbiet, sewwasew fl-1974-75, 1982-83, 1984-85 u 2000-01. It-Tigers jilgħabu bi flokkijiet sofor u qliezet suwed.
 
Ix-Xewkija hu l-aktar magħruf għar-Rotunda tiegħu, kif ukoll għall-importanza storika tiegħu bħala raħal. Ix-Xewkija saret l-ewwel parroċċa barra r-Rabat fis-27 ta' Novembru 1678.
 
==Amministrazzjoni u Kunsill Lokali==
 
Il-Kunsill Lokali Xewkija hu responsabbli mit-tmexxija u l-amministrazzjoni komunali tal-lokal. Preżentament, il-Kunsill hu magħmul minn:
 
*Monica Vella (Sindku, PL)
*Joseph Vella (PL)
*Hubert Saliba (PL)
*Marthese Portelli (PN)
*Teddy Mizzi (PN)
 
 
==Faċilitajiet Komunali u Reġjonali==
 
Fix-Xewkija hemm bosta banek u plejgrawnd għall-mistrieħ tar-Residenti.
 
===Faċilitajiet Reġjonali===
 
Fix-Xewkija, wieħed isib bosta binjiet amministrattivi u kummerċjali għall-qadi mhux biss tar-Residenti iżda ukoll tal-Għawdxin kollha, fosthom:
 
*Il-Grawnd Reġjonali ta' Għawdex
*L-Universita' ta' Malta (il-fergħa ta' Għawdex)
*Iċ-Ċentru Industrijali ta' Għawdex
*Iċ-Ċimiterju imsejjaħ 'ta' Santa Marija'
*L-Uffiċċju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-taħriġ
*Il-Farm tal-Gvern
 
==Ħoloq==