Rużar Briffa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 42:
 
Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, ‘Hajduk of Split’, li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-[[Innu Malti]]. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]] fuq mużika ta’ Dr [[Robert Sammut]]. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq.
 
==Lil Ommi==
:Benninni ħa norqod,
:Benninni bil-ħlewwa,
:Kull diqa nessini,
:Nessini kull dnewwa;
 
:Benninni bil-lajma
:Ta’ leħnek jirtogħod,
:Benninni, benninni,
:Hekk, hekka, bil-mod.
 
:Aħbili li hemm barra
:Qed jokrob ir-riħ,
:Bħal ruħ qiegħda tfittex,
:Għalxejn, il-mistrieħ.
 
:Benninni, benninni,
:Nessini kull diqa,
:Benninni, bħal meta
:Kont ċkejken fin-niqa,
 
:U l-għanja tennili
:– Il-għanja ta’ dâri –
:Tat-tfajjel imqareb
:Mitluf ġewwa x-xagħri:
 
:“Iżd’ommu wisq talbet
:Lit-twajjeb Bambin,
:U Dan it-triq sablu,
:Għaliex hu ħanin.”
 
:Jien ġrali bħat-tfajjel,
:Tbegħidt wisq mid-dar,
:U kollox sibt hieni,
:Sakemm il-lejl sar,
 
:U nfirxet ir-reżħa
:U d-dlam fuq ix-xagħri,
:U sfajt għajjien mejjet,
:Imriegħex minn dwari.
 
:Fejn taf, għażiż’ommi,
:Kemm ra l-iben tiegħek
:Minn xħin telaq daru
:U nfired minn miegħek!
 
:Benninni, benninni,
:Fissidni bħal dari…
:Hekk… hekk… iva, daħhal
:Subgħajk ġewwa xagħri;
 
:W għannili, bil-ħlewwa,
:Il-għanja tas-sewwa.
 
 
==Link==