Gerald Strickland: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Sir Gerald Strickland''' ([[Belt Valletta|Valletta]], [[24 ta' Mejju]] [[1861]] – [[Attard|Ħ'Attard]], [[22 ta' Awwissu]] [[1940]]) kien il-mexxej tal-[[Partit Kostituzzjonali]] u r-raba' [[Prim Ministru ta' Malta]]. TwieledImwieled il-[[Belt Valletta]] fl-24 ta' Mejju 1861, ibenminn Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao., Huwahuwa għamel l-istudji tiegħu f'Malta, l-[[Italja]] u l-[[Ingilterra]]. Ħadem fis-Servizz Ċivili tal-[[Imperu Ingliż]] taħt il-Prim Ministru, [[Joseph Chamberlain]].
 
Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta' wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa' jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta' [[Leeward Islands]] u anki Gvernatur tat-[[Tażmanja]], fl-[[Awstralja tal-Punent]] u [[New South Wales]]. Fl-1917 reġa' lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet Leġislaturi. Wara l-Elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-[[Partit Laburista]] kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-[[Compact]] u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-Leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930.