Indoewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''L'Indoewropew''' huwa kostrutt xjentifiku ta', hekk imsejħa, ''protolingwa'', lingwa [[Prototip|prototipika]] komuni, li minnha nissaponu li tnisslu id-diversi lingwi tal-[[Lingwi Indoewropej|familja Indoewropeja]]. Illum huwa ikkunsidrat li huwa aktar preċiz li nitkellmu fuq il-'''[[Proto-Indoewropew]]''' għaliex rekosstruzzjoni fis-sens ta' lingwa li tista tiġi użata b'għan ta' komunikazzjoni m'hijiex possibli. Rekosstruzzjonijiet ta' l'indoewropew iwasslu biss għall [[għerq]] ta' kliem, fenomeni [[Fonoloġija|fonolġiċifonoloġiċi]] u strutturi [[Sintattika|sintattiċi]] basiċi.
 
Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħadd li għandhom ''relazzjoni genetika'' (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikonstatat, jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli [[Fonetika|fonetici]] tagħhom. Billi imorru lura f'numru ta rekosstruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci j'[[Estrapolazzjoni|estrapolaw]] (jiġbdu) il-protolingwa. Naturalment ma jesistux sorsi miktuba ta' L-Indoewropew.