Alleati tat-Tieni Gwerra Dinjija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
L-'''Alleati tat-Tieni Gwerra Dinjija''' kienu l-pajjiżi li jopponu l-[[Qawwiet tal-Assi tat-Tieni Gwerra Dinjija|qawwiet tal-Assi]] matul [[it-Tieni Gwerra Dinjija]]. Fost il-ħafna ġnus li daħlu f'din l-Alleanza, l-[[Renju Unit|Imperu Brittaniku]], l-[[Unjoni Sovjetika|Unjoni ta' Repubbliċi Soċjalisti Sovjetiċi]], u l-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] kienu magħrufa bħala t-"Tlieta l-Kbar". Il-President Amerikan [[Franklin D. Roosevelt]] kien jirreferi għal dawn it-tlieta u għaċ-[[Repubblika taċ-Ċina|Ċina]] bħala l-"[[Erba' Pulizjotti]]". Il-Polonja u [[Franza]], qabel it-[[Battalja ta' Franza|telfa tal-1940]] u wara [[Operazzjoni Torch]] kienu kkunsidrati bħala alleati maġġuri.
 
Matul Diċembru tal-1941, Roosevelt ħareġ bl-isem ta' "[[Ġnus Magħquda]]" għall-Alleati, u d-''[[Dikjarazzjoni mill-Ġnus Magħquda]]'', ta l-[[1 ta' Jannar]], [[1942]], kienet il-bażi li fuqa nbiet l-istituzzjoni moderna. Fil-[[Konferenza ta' Potsdam]] ta' Lulju-Awwissu 1945, is-suċċessur ta' Roosevelt, [[Harry S. Truman]], ippropona li l-ministri għall-affarijiet barranin taċ-Ċina, Franza, l-Unjoni Sovjetika, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti "għandhom joħorgu bi trattati ta' paċi u deċizjonijiet fuq il-konfini," li wassal għall-ħluq tal-[[Kunsill tal-Ministri Barranin]].