Indoewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
{{stub}}
+ wikilink → Charles Darwin
Linja 2:
'''L-Indoewropew''' hija kostruzzjoni xjentifika ta', dik li tissejjaħ ''protolingwa'': lingwa [[Prototip|prototipika]] komuni, li minnha nissoponu li tnisslu d-diversi lingwi tal-[[Lingwi Indoewropej|familja Indoewropea]]. Illum huwa meqjus aktar preċiż li nitkellmu fuq il-'''[[Proto-Indoewropew]]''' għaliex rikostruzzjoni, fis-sens ta' lingwa li tista' tintuża għall-komunikazzjoni, m'hijiex possibli. Rikostruzzjonijiet ta' l-Indoewropew iwasslu biss għall-[[għerq]] ta' kliem, fenomeni [[Fonoloġija|fonoloġiċi]] u strutturi [[Sintattika|sintattiċi]] bażiċi.
 
Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom ''relazzjoni ġenetika'' (mhux fis-sens [[Charles Darwin|darwinistiku]]). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli [[Fonetika|fonetici]] tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci [[Estrapolazzjoni|jestrapolaw]] u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.
 
==''Sprachbund'' vs. Relazzjoni Ġenetika==