Kubiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 4:
L-istudjuż tal-istorja tal-arti Ingliż [[Douglas Cooper]] jiddeskrivi tliet fażijiet tal-Kubiżmu fil-ktieb seminali "The Cubist Epoch". Skont Cooper kien hemm il-"Kubiżmu tal-Bidu" (mill-1906 sal-1908) meta l-moviment nibet fl-istudji ta' Picasso u Braque; it-tieni fażi kienet il-"Kubiżmu Għoli" (mill-1909 sal-1914) li matulu [[Juan Gris]] wera ruħu bħala esponent importanti; u fl-aħħar Cooper tkellem dwar il-"Kubiżmu fit-Tard" (mill-1914 sal-1921), l-aħħar fażi tal-Kubiżmu bħala moviment radikali avangwardista.
 
Fix-xogħlijiet ta' arti kubista, l-oġġetti jitkissru, jiġu analizzati u jerġgħu jitwaħħlu taħt forma astratta - minflok juri l-oġġett minn direzzjoni waħda, l-artista juri s-suġġett minn multitudni ta' direzzjonijiet sabiex jirrappreżenta s-suġġett f'kuntest akbar. L-angoli tal-uċuħ differenti sikwit jiltaqgħu għalarrieda u għaldaqstant mhemmx sens koerenti ta' fond. Il-pjani tal-isfond u tal-oġġett jidħlu f'xulxin sabiex joħolqu spazju baxx u ambigwu, wieħed mill-karatteristiċi partikolari tal-kubiżmu.
 
[[Kategorija:Movimenti tal-arti]]