Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 5:
Maurits Cornelis, jew "Mauk" kif kien imlaqqam,<ref>"Semmejnih Maurits Cornelis għaz-ziju maħbub ta' S [Sara] , Van Hall, u konna nsejħulu 'Mauk' fil-qosor ....", Djarju ta' missier Escher iċċitat f’ ''M. C. Escher: His Life and Complete Graphic Work'', Abradale Press, 1981, p. 9.</ref> twieled [[Leeuwarden]], il-[[Olanda|Pajjiżi Baxxi]]. Kien l-iżgħar tifel ta' inġinier idrawliku George Arnold Escher u t-tieni mara tiegħu, Sara Gleichman. Kien tifel marradi, u meta kellu seba’ snin beda jmur skola speċjali u weħel l-eżami tat-tieni sena.<ref name="sundial">Barbara E, PhD. Bryden. Sundial: ''Theoretical Relationships Between Psychological Type, Talent, And Disease'', Gainesville, Fla: Center for Applications of Psychological Type. ISBN 0-935652-46-9.</ref> Fl-1903, il-familja marret togħqod [[Arnhem]] fejn kien jitgħallem is-sengħa ta' mastrudaxxa u jdoqq il-pjanu sakemm kellu tlettax-il sena.
 
Mill-1903 sal-1918 kien jattendi l-iskola primarja u sekondarja. Minkejja li bbrilla fid-disin, il-marki tiegħu fis-suġġetti l-oħra kienu s-soltu baxxi. Fl-1919, Escher daħal fl-iSkola tal-Arkitettura u Arti Dekorattiva ta' Haarlem. Għal xi żmien studja l-[[arkitettura]], imma weħel f'xi suġġetti (daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil-ġilda) u qaleb għall-Arti Dekorattiva.<ref name="sundial"/> Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita, li baqa' ħabib miegħu għal ħafna snin. Fl-1922 Escher ħalla l-iskola, wara li kien kiseb esperjenza fid-disin u s-sengħa tal-inċiżjoni fl-injam.
 
Fl-1922, li kienet sena importanti f'ħajtu, Escher ivvjaġġa mal-[[Italja]] ([[Firenze]], [[San Gimignano]], [[Volterra]], [[Siena]]) u ma' [[Spanja]] ([[Madrid]], [[Toledo, Spain|Toledo]], [[Granada]]). Il-kampanja Taljana u l-[[Alhambra]], kastell Moresk tas-seklu erbatax f’Granada, Spanja, impressjonawh ħafna. Sal-1935, Escher, flimkien ma' sħabu, artisti, oħra, kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta' xahrejn fl-muntanji ta' Abruzzi, l-Campania, [[Sqallija]], Corsica u [[Malta]]<ref>Escher pinġa veduta tal-[[Isla]], Malta, li użaha aktar tard f'inċiżjoni oħra, "Gallerija tal-istampi", fl-1956. F' "Il-kaskata” tal-1961 fir-rokna ta' isfel tal-lemin, tidher mara tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt li tidher li hi meħuda minn xi impressjoni ta' Malta</ref> minn fejn kien jiġbor l-impressjonijiet u jagħmel disinji. L-Italja ltaqa’ ma' Jetta Umiker, u żżewiġha fl-1924. Il-koppja żagħżugħa marret togħqod [[Ruma]] u baqgħu hemm sal-1935, meta ma setgħux jissaportu iżjed il-klima politika taħt [[Benito Mussolini|Mussolini]]. Binhom, Giorgio Arnaldo Escher, imsemmi għal missieru twieled Ruma. Il-familja imbagħad marru joqgħodu [[Château-d'Œx]], l-i[[Żvizzera]] fejn qagħdu sentejn.