Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 38:
Madwar 1956, Escher esplora l-kunċett tar-rappreżentazzjoni tal-infinità fil-pjan bidimensjonali. Xi diskussjonijiet mal-matematiku Kanadiż HSM Coxeter ispiraw lil Escher b'interess fit-tessellaturi iperboliċi, li huma kisjiet regolari tal-pjan iperboliku bil-madum. Ix-xogħlijiet ta' Escher ''Limitu taċ-ċirku I-IV'' juru dan il-kunċett. Fl-1995, Coxeter ivverifika li Escher kiseb perfezzjoni matematika fl-inċiżjonijiet tiegħu f'artikl li ppubblika. Coxeter kiteb, "Escher ġabha assolutament eżatta sal-aħhar millimetru."
 
Ix-xogħlijiet tiegħu għamluh famuż: fl-1955 inħatar Kavalier tal-Ordni ta' Orange-Nassau. Min dak iż-żmien 'l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta' disin minn dinjitarji minn madwar id-dinja. Fl-1985 l-[[Asterojde]], "4444 Escher", issemmiet għalih.
 
Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ ''Diviżjoni Regolari tal-Pjan'', li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."