Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Annulata r-reviżjoni 81852 ta' 195.158.120.107 (Diskussjoni)
Linja 1:
'''Nicolò Isouard''' (30 ta’ Mejju, 1775 <ref> Jidher li hemm xi konfużjoni dwar id-data tat-twelid. Il-verżjoni Franċiża ta' dan l-artiklu tagħti t-18 ta’ Mejju 1773 u l-verżjoni Ġermaniża tagħti s-6 ta' Diċembru 1775.</ref> &ndash; 23 ta’ Marzu, 1818) kien kompożitur [[Malta|Malti]], famuż Pariġi għax-xogħol tiegħu fit-[[Opéra Comique|Théâtre de l'Opéra-Comique]]
'''Nicolò Isouard''' (30 ta’ Mejju, 1775  <ref> Jidher li hemm xi konfużjoni dwar id-data tat-twelid. Il-verżjoni Franċiża ta' dan l-artiklu tagħti t-18 ta’ Mejju 1773 u l-verżjoni Ġermaniża tagħti s-6 ta' Diċembru 1775.</ref>  &ndash; 23 ta’ Marzu, 1818) kien kompożitur [[Malta|Malti]], famuż Pariġi għax-xogħol tiegħu fit-[[Opéra Comique|Théâtre de l'Opéra-Comique]] [[Image: Nicolo_Isouard.jpg |thumb|right|210px| Nicolò Isouard]]==Bijografija==Nicolò Isouard twieled f’[[Ħaż-Żebbuġ]], Malta, bin Fortunato Isouard Xuereb u Maria Helena née Lombard Rigord. Fl-1790, ta’ ħmistax-il sena, missieru Fortunato, li kien negozjant, bagħatu jistudja fil-Kulleġġ Militari, l-[[Italja]] kif ukoll f’Pariġi fejn studja l-kummerċ. Minħabba r-[[Rivoluzzjoni Franċiża]] li faqqet fl-1789, Nicolò kellu jabbanduna l-istudju u jmur lura Malta.Kontra x-xewqat ta’ missieru, Malta studja l-mużika taħt is-Surmast Don [[Michelangelo Vella]] (1715–1792) u s-Surmast [[Francesco Azzopardi]] (1745–1809), il-magħruf ‘Maestro di Cappella’. Dawn ikkonvinċew il-missieru biex jibagħtu jkompli jistudja l-mużika Palermo. Hemm studja taħt Giuseppe Amendola u wara mar Napli fejn studja taħt Nicola Sala u Pietro Alessandro Guglielmi. L-ewwel opra tiegħu ''Casaciello Persiguitato da un Mago'' ittellgħet fit-[[Teatru Manoel]] il-belt Valletta fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, ''L’Avviso ai Maritati'', li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tieni waħda ''Artaserse'', li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.Fuq talba tal-Gran Mastru ta' l-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni tal-Kavalieri ta' Malta]], De Rohan, Nicolò Isouard reġa’ lura Malta u l-Gran Mastru onorah billi għamlu Donat fl-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] u wara ħatru prim organista. Kompla jikkomponi aktar mużika imma l-maġġoranza kienet mużika sagra fuq versi tal-Gran Mastru De Rohan innifsu. Fl-1796 laħaq ‘Maestro di Cappella’ f'San Ġwann, il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Knisja Konventwali]] tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] il-belt [[Valletta]]. Fl-istess sena żżewweġ 'l Partemia Dimech <ref>[http://www.maltagenealogy.com/libro%20d'Oro/santasofia.html]</ref>.Bejn l-1794 sal-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta, Isouard ikkompona ħames opri, fosthom ''I Due Avari'', ''Rinaldo d’Asti'' u ''Il Barbiere di Siviglia''. Matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta nħatar Kummissarju tat-[[Teatru Manoel]]. Fis-sena 1800, Nicolò Isouard mar lura Pariġi fejn fl-1812 iżżewweġ lil Claudine Berthault<ref>Ma nafux jekk l-ewwel mara kinetx mietet, però jidher li kien faċli ħafna li tiddivorzja fi żmien Napuljun (ara pereżempju [[w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution]].)</ref>. Kif wasal Pariġi, Isouard iltaqa’ mal-pjanista Rigel li ntroduċih mal-vjolinista u kompożitur prolifiku Rodolphe Kreutzer (1766–1831), apprezzat ħafna minn [[Ludwig van Beethoven|Beethoven]], awtur ta’ iżjed minn erbgħin opra. Bl-appoġġ ta’ Kreutzer, l-opra ''Le Petit Page ou La Prison d’État'' ta’ Isouard ġiet ippreżentata Pariġi fl-1800. Fl-1801, l-opra ''Flaminius à Corinthe'' (diretta u ffirmata wkoll minn Kreutzer) kellha l-premier Pariġi kif ukoll l-opra ''Il-Bottaio'' u l-verżjoni Franċiża ta’ ''L’Improvisata in Campagna'' (l’Impromptu de campagne). Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]]. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi<ref name=class>[http://www.classical-composers.org/comp/isouard]</ref>. Għall-ewwel sab diffikultà kbira biex jistabillixi ismu bħala kompożitur imma f’qasir żmien il-poplu in ġenerali aċċetta x-xogħol tiegħu fil-qasam mużikali u l-popolarità kibret.Il-kompożizzjonijiet tiegħu inkludew opri, kanzunetti, dwetti u xogħlijiet oħra bħal ''La Paix'', li kiteb għall-okkażjoni tat-Trattat ta’ Amiens. Bejn is-snin 1805 u 1817, il-popolarità ta’ Nicolò Isouard kienet fl-aqwa taħa peress li x-xogħol tiegħu beda jindaqq fl-Opéra-Comique meta kiteb numru ta’ opri liriċi b'libretti bil-Franċiż, inklużi ''Cendrillon'', (opra fuq Cinderella, forsi l-aħjar biċċa mużika li kiteb), ''Jeannot et Colin''u ''Joconde'' li għamlu suċċess kbir.[[Image: Nicolo_Isouard_2.jpg |thumb|right|210px| Bust ta' Isouard, Theatru ta' l'Opéra-Comique]]B’kollox Nicolò ikkompona 42 opra u xi wħud minnhom kellhom rappreżentazzjoni Berlin, Copenhagen, Ruma, Londra, Budapest, San Pietruburgu,  Moska u fi bliet oħra. Ikkompona wkoll quddies, motetti, kantati u romanzi. Meta fis-sena 1817 il-kompożitur François-Adrien Boieldieu mar lura Franza mir-Russja, Isouard iffaċċja kompetizzjoni kbira. Infatti fl-istess sena Boieldieu ġie elett minflok Nicolò Isouard biex jimla l-post f "l'Institut de France" li tbattal meta miet Étienne-Nicolas Méhul, pożizzjoni mportanti ħafna fil-qasam mużikali. Din Nicolò ħadha bi kbira wisq u dar għax-xorb, li kien il-bidu tat-tmiem tiegħu. F’qasir żmien is-saħħa ta’ Nicolò Isouard marret lura ħafna u l-mara u t-tfal abbandunawh. Miet fit-23 ta’ Marzu tas-sena 1818 fl-età ta’ 43 sena.L-opri tiegħu ''Jeannot et Colin'', ''Aladin ou La Lanterne Magique'' (li spiċċaha l-kollega Taljan tiegħu Angelo Maria Benincorsi fl-1821) u ''Une Nuit de Gustave Wasa'', ispirata mix-xogħol ta’ Alexis Piron, kellhom il-premiere Pariġi wara mewtu fl-1818, 1822 u fl-1825.Ma’ Luigi Cherubini, Méhul, Pierre Rode, Kreutzer u Boïeldieu , Isouard kien waqqaf id-dar editorjali ''Le magasin de musique'', Pariġi fl-1802.Bosta professuri tal-mużika, kompożituri, poeti u ħbieb taw l-aħħar tislima lil Isouard fil-funeral tiegħu li kien akkumpanjat minn marċi funebri. Fost dawk li ġarru t-tebut kien hemm il-kompożituri Henri Montan Berton u Cherubini flimkien ma' l-awtur Étienne-Joseph-Bernard Delrieu. Indifen fil-knisja Notre Dame des Victoires imma wara ġismu tmexxa għaċ-ċimiterju Père Lachaise<ref name=class></ref>.Fil-faċċata ta’ l'Opéra-Comique hemm bust ta’ dan il-kompożitur Malti fost il-bustijiet ta’ kompożituri oħra kif ukoll waħda mil-pjazzez ta’ Pariġi hija msemmija għalih.Matul iż-żmien, bosta awturi ta’ l-istorja kienu jaħsbu li dan il-kompożitur famuż Malti kien ta’ nisel Franċiż minħabba il-pronunzja ta’ kunjomu u l-assoċjazzjoni li kellu ma' l'Opéra-Comique ta’ Pariġi.Nicolò Isouard ħalla żewgt itfal bniet Sophie-Nicole (1809-?), kompożitriċi tar-rumanzi, u Annette-Julie (1814-1876), pjanista u kompożitriċi. Ħuh, Joseph (1794-1863), għamel karriera bħala kantant u direttur ta' l-opri u wara nħatar ispettur tal-Monumenti storiċi fil-belt ta' Rouen. L-isem Nicolò Isouard huwa sinonimu ma’ banda fil-[[Mosta]] li ġġib ismu, is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard. Il-kumitat ta’ din is-Soċjetà kellu sodisfazzjon kbir meta fl-1990, wara ħafna attentati rnexxielu jixtri minn Franza tmien kotba oriġinali bl-opri ta’ Nicolò Isouard.==Noti u referenzi=={{reflist}}== Xogħlijiet ==*''L'Avviso a Maritati'', Opra, 1794*''Artaserse, re di Persia'', Opra serja, 1794*''Il barbiere di Siviglia'', Opra buffa (ibbażata fuq Beaumarchais), 1796*''Rinaldo d'Asti'', Dramma giocoso, 1796*''L'improvvisata in campagna'', Opra buffa, 1797*''I due avari'', Commedia per musica, 1797*''Il bottaio'', Opéra comique, 1798*''Il barone d'Alba chiara'', Commedia per musica, 1798*''Ginevra di Scozia'', Dramma serio eroico, 1798*''Le Petit Page ou La Prison d'état'', Opra, 1800*''Flaminius à Corinthe'',  Opra, 1801*''La Statue ou La Femme avare'', Opéra comique, 1802*''Michel-Ange'', Opra, 1802*''Les Confidences'', Opra, 1803*''Le Baiser et la quittance ou Une aventure de garnison'', Opéra comique, 1803*''Le Médecin turc'', Opéra bouffon, 1803*''L'Intrigue aux fenêtres'', Opra, 1805*''La ruse inutile ou Les Rivaux par convention'', Opra,  1805*''Léonce ou Le Fils adoptif'', Opra, 1805*''La Prise de Passaw'', Opéra comique,  1806*''Le Déjeuner de garçons'', Comédie mêlée de musique, 1806*''Idala ou La Sultane'', Opéra comique, 1806*''Les Rendez-vous bourgeois'', Opéra bouffon, 1807*''Les Créanciers ou Le Remède à la goutte'', Opera comique, 1807*''Un jour à Paris ou La Leçon singulière'', Opéra comique, 1808*''Cimarosa'', Opéra comique, 1808*''Zélomir ou L'Intrigue au sérail'', Opéra comique, 1809*''Cendrillon'', Opéra féerie, (ibbażata fuq Charles Perrault),  1810*''La Victime des arts ou La Fête de famille'', Opéra comique, 1811*''La Fête de village ou L'Heureux militaire'', Opéra comique, 1811*''Le Billet de Loterie'', Opéra comique, 1811*''Le Magicien sans magie'', Opéra comique,  1811*''Lulli et Quinault ou Le Déjeuner impossible'', Opéra comique, 1812*''Le Prince de Catane'', Opra, 1813*''Le Français à Venise'', Opéra comique, 1813*''Bayard à Mézières ou Le Siège de Mézières'', Opéra comique, 1814*''Joconde ou Les Coureurs d'aventures'', Opéra comique, 1814*''Jeannot et Colin'', Opéra comique, 1814*''Les Deux Maris'', Opéra comique, 1816*''L'Une pour l'autre ou L'Enlèvement'', Opéra comique, 1816*''Aladin ou La Lampe merveilleuse'', Opéra féerie, 1822 (mtella' wara mewtu)*''Une nuit de Gustave Wasa'', Opra, 1825 (mtella' wara mewtu)[[Category:Twieldu fl-1773]][[Category:Mietu fl-1818]][[category:Kompożituri Maltin|Isouard Nicolò]][[category:Kompożituri Franċiżi|Isouard Nicolò]][[de:Nicolas Isouard]][[en:Nicolas Isouard]][[es:Nicolas Isouard]][[fi:Nicolò Isouard]][[fr:Nicolas Isouard]][[ja:ニコラ・イズアール]][[pt:Nicolas Isouard]][[ru:Изуар, Никола]]
 
[[Image: Nicolo_Isouard.jpg |thumb|right|210px| Nicolò Isouard]]
 
==Bijografija==
Nicolò Isouard twieled f’[[Ħaż-Żebbuġ]], Malta, bin Fortunato Isouard Xuereb u Maria Helena née Lombard Rigord.
 
Fl-1790, ta’ ħmistax-il sena, missieru Fortunato, li kien negozjant, bagħatu jistudja fil-Kulleġġ Militari, l-[[Italja]] kif ukoll f’Pariġi fejn studja l-kummerċ. Minħabba r-[[Rivoluzzjoni Franċiża]] li faqqet fl-1789, Nicolò kellu jabbanduna l-istudju u jmur lura Malta.
Kontra x-xewqat ta’ missieru, Malta studja l-mużika taħt is-Surmast Don [[Michelangelo Vella]] (1715–1792) u s-Surmast [[Francesco Azzopardi]] (1745–1809), il-magħruf ‘Maestro di Cappella’. Dawn ikkonvinċew il-missieru biex jibagħtu jkompli jistudja l-mużika Palermo. Hemm studja taħt Giuseppe Amendola u wara mar Napli fejn studja taħt Nicola Sala u Pietro Alessandro Guglielmi.
 
L-ewwel opra tiegħu ''Casaciello Persiguitato da un Mago'' ittellgħet fit-[[Teatru Manoel]] il-belt Valletta fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, ''L’Avviso ai Maritati'', li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tieni waħda ''Artaserse'', li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.
 
Fuq talba tal-Gran Mastru ta' l-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni tal-Kavalieri ta' Malta]], De Rohan, Nicolò Isouard reġa’ lura Malta u l-Gran Mastru onorah billi għamlu Donat fl-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] u wara ħatru prim organista. Kompla jikkomponi aktar mużika imma l-maġġoranza kienet mużika sagra fuq versi tal-Gran Mastru De Rohan innifsu. Fl-1796 laħaq ‘Maestro di Cappella’ f'San Ġwann, il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Knisja Konventwali]] tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] il-belt [[Valletta]]. Fl-istess sena żżewweġ 'l Partemia Dimech <ref>[http://www.maltagenealogy.com/libro%20d'Oro/santasofia.html]</ref>.
Bejn l-1794 sal-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta, Isouard ikkompona ħames opri, fosthom ''I Due Avari'', ''Rinaldo d’Asti'' u ''Il Barbiere di Siviglia''. Matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta nħatar Kummissarju tat-[[Teatru Manoel]].
 
Fis-sena 1800, Nicolò Isouard mar lura Pariġi fejn fl-1812 iżżewweġ lil Claudine Berthault<ref>
Ma nafux jekk l-ewwel mara kinetx mietet, però jidher li kien faċli ħafna li tiddivorzja fi żmien Napuljun (ara pereżempju [[w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution]].)</ref>. Kif wasal Pariġi, Isouard iltaqa’ mal-pjanista Rigel li ntroduċih mal-vjolinista u kompożitur prolifiku Rodolphe Kreutzer (1766–1831), apprezzat ħafna minn [[Ludwig van Beethoven|Beethoven]], awtur ta’ iżjed minn erbgħin opra. Bl-appoġġ ta’ Kreutzer, l-opra ''Le Petit Page ou La Prison d’État'' ta’ Isouard ġiet ippreżentata Pariġi fl-1800. Fl-1801, l-opra ''Flaminius à Corinthe'' (diretta u ffirmata wkoll minn Kreutzer) kellha l-premier Pariġi kif ukoll l-opra ''Il-Bottaio'' u l-verżjoni Franċiża ta’ ''L’Improvisata in Campagna'' (l’Impromptu de campagne).
 
Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]]. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi<ref name=class>[http://www.classical-composers.org/comp/isouard]</ref>.
 
Għall-ewwel sab diffikultà kbira biex jistabillixi ismu bħala kompożitur imma f’qasir żmien il-poplu in ġenerali aċċetta x-xogħol tiegħu fil-qasam mużikali u l-popolarità kibret.
Il-kompożizzjonijiet tiegħu inkludew opri, kanzunetti, dwetti u xogħlijiet oħra bħal ''La Paix'', li kiteb għall-okkażjoni tat-Trattat ta’ Amiens. Bejn is-snin 1805 u 1817, il-popolarità ta’ Nicolò Isouard kienet fl-aqwa taħa peress li x-xogħol tiegħu beda jindaqq fl-Opéra-Comique meta kiteb numru ta’ opri liriċi b'libretti bil-Franċiż, inklużi ''Cendrillon'', (opra fuq Cinderella, forsi l-aħjar biċċa mużika li kiteb), ''Jeannot et Colin''u ''Joconde'' li għamlu suċċess kbir.
 
[[Image: Nicolo_Isouard_2.jpg |thumb|right|210px| Bust ta' Isouard, Theatru ta' l'Opéra-Comique]]
 
B’kollox Nicolò ikkompona 42 opra u xi wħud minnhom kellhom rappreżentazzjoni Berlin, Copenhagen, Ruma, Londra, Budapest, San Pietruburgu, Moska u fi bliet oħra. Ikkompona wkoll quddies, motetti, kantati u romanzi. Meta fis-sena 1817 il-kompożitur François-Adrien Boieldieu mar lura Franza mir-Russja, Isouard iffaċċja kompetizzjoni kbira. Infatti fl-istess sena Boieldieu ġie elett minflok Nicolò Isouard biex jimla l-post f "l'Institut de France" li tbattal meta miet Étienne-Nicolas Méhul, pożizzjoni mportanti ħafna fil-qasam mużikali. Din Nicolò ħadha bi kbira wisq u dar għax-xorb, li kien il-bidu tat-tmiem tiegħu. F’qasir żmien is-saħħa ta’ Nicolò Isouard marret lura ħafna u l-mara u t-tfal abbandunawh. Miet fit-23 ta’ Marzu tas-sena 1818 fl-età ta’ 43 sena.
 
L-opri tiegħu ''Jeannot et Colin'', ''Aladin ou La Lanterne Magique'' (li spiċċaha l-kollega Taljan tiegħu Angelo Maria Benincorsi fl-1821) u ''Une Nuit de Gustave Wasa'', ispirata mix-xogħol ta’ Alexis Piron, kellhom il-premiere Pariġi wara mewtu fl-1818, 1822 u fl-1825.
 
Ma’ Luigi Cherubini, Méhul, Pierre Rode, Kreutzer u Boïeldieu , Isouard kien waqqaf id-dar editorjali ''Le magasin de musique'', Pariġi fl-1802.
 
Bosta professuri tal-mużika, kompożituri, poeti u ħbieb taw l-aħħar tislima lil Isouard fil-funeral tiegħu li kien akkumpanjat minn marċi funebri. Fost dawk li ġarru t-tebut kien hemm il-kompożituri Henri Montan Berton u Cherubini flimkien ma' l-awtur Étienne-Joseph-Bernard Delrieu. Indifen fil-knisja Notre Dame des Victoires imma wara ġismu tmexxa għaċ-ċimiterju Père Lachaise<ref name=class></ref>.
 
Fil-faċċata ta’ l'Opéra-Comique hemm bust ta’ dan il-kompożitur Malti fost il-bustijiet ta’ kompożituri oħra kif ukoll waħda mil-pjazzez ta’ Pariġi hija msemmija għalih.
Matul iż-żmien, bosta awturi ta’ l-istorja kienu jaħsbu li dan il-kompożitur famuż Malti kien ta’ nisel Franċiż minħabba il-pronunzja ta’ kunjomu u l-assoċjazzjoni li kellu ma' l'Opéra-Comique ta’ Pariġi.
 
Nicolò Isouard ħalla żewgt itfal bniet Sophie-Nicole (1809-?), kompożitriċi tar-rumanzi, u Annette-Julie (1814-1876), pjanista u kompożitriċi. Ħuh, Joseph (1794-1863), għamel karriera bħala kantant u direttur ta' l-opri u wara nħatar ispettur tal-Monumenti storiċi fil-belt ta' Rouen.
 
L-isem Nicolò Isouard huwa sinonimu ma’ banda fil-[[Mosta]] li ġġib ismu, is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard. Il-kumitat ta’ din is-Soċjetà kellu sodisfazzjon kbir meta fl-1990, wara ħafna attentati rnexxielu jixtri minn Franza tmien kotba oriġinali bl-opri ta’ Nicolò Isouard.
 
==Noti u referenzi==
{{reflist}}
 
== Xogħlijiet ==
*''L'Avviso a Maritati'', Opra, 1794
*''Artaserse, re di Persia'', Opra serja, 1794
*''Il barbiere di Siviglia'', Opra buffa (ibbażata fuq Beaumarchais), 1796
*''Rinaldo d'Asti'', Dramma giocoso, 1796
*''L'improvvisata in campagna'', Opra buffa, 1797
*''I due avari'', Commedia per musica, 1797
*''Il bottaio'', Opéra comique, 1798
*''Il barone d'Alba chiara'', Commedia per musica, 1798
*''Ginevra di Scozia'', Dramma serio eroico, 1798
*''Le Petit Page ou La Prison d'état'', Opra, 1800
*''Flaminius à Corinthe'', Opra, 1801
*''La Statue ou La Femme avare'', Opéra comique, 1802
*''Michel-Ange'', Opra, 1802
*''Les Confidences'', Opra, 1803
*''Le Baiser et la quittance ou Une aventure de garnison'', Opéra comique, 1803
*''Le Médecin turc'', Opéra bouffon, 1803
*''L'Intrigue aux fenêtres'', Opra, 1805
*''La ruse inutile ou Les Rivaux par convention'', Opra, 1805
*''Léonce ou Le Fils adoptif'', Opra, 1805
*''La Prise de Passaw'', Opéra comique, 1806
*''Le Déjeuner de garçons'', Comédie mêlée de musique, 1806
*''Idala ou La Sultane'', Opéra comique, 1806
*''Les Rendez-vous bourgeois'', Opéra bouffon, 1807
*''Les Créanciers ou Le Remède à la goutte'', Opera comique, 1807
*''Un jour à Paris ou La Leçon singulière'', Opéra comique, 1808
*''Cimarosa'', Opéra comique, 1808
*''Zélomir ou L'Intrigue au sérail'', Opéra comique, 1809
*''Cendrillon'', Opéra féerie, (ibbażata fuq Charles Perrault), 1810
*''La Victime des arts ou La Fête de famille'', Opéra comique, 1811
*''La Fête de village ou L'Heureux militaire'', Opéra comique, 1811
*''Le Billet de Loterie'', Opéra comique, 1811
*''Le Magicien sans magie'', Opéra comique, 1811
*''Lulli et Quinault ou Le Déjeuner impossible'', Opéra comique, 1812
*''Le Prince de Catane'', Opra, 1813
*''Le Français à Venise'', Opéra comique, 1813
*''Bayard à Mézières ou Le Siège de Mézières'', Opéra comique, 1814
*''Joconde ou Les Coureurs d'aventures'', Opéra comique, 1814
*''Jeannot et Colin'', Opéra comique, 1814
*''Les Deux Maris'', Opéra comique, 1816
*''L'Une pour l'autre ou L'Enlèvement'', Opéra comique, 1816
*''Aladin ou La Lampe merveilleuse'', Opéra féerie, 1822 (mtella' wara mewtu)
*''Une nuit de Gustave Wasa'', Opra, 1825 (mtella' wara mewtu)
 
[[Category:Twieldu fl-1773]]
[[Category:Mietu fl-1818]]
[[category:Kompożituri Maltin|Isouard Nicolò]]
[[category:Kompożituri Franċiżi|Isouard Nicolò]]
 
[[de:Nicolas Isouard]]
[[en:Nicolas Isouard]]
[[es:Nicolas Isouard]]
[[fi:Nicolò Isouard]]
[[fr:Nicolas Isouard]]
[[ja:ニコラ・イズアール]]
[[pt:Nicolas Isouard]]
[[ru:Изуар, Никола]]