Malcolm Macdonald: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: {{Infobox Plejer tal-Futbol |Isem plejer = Malcolm Macdonald |Image = |Isem sħiħ = Malcolm Ian Macdonald |Data twelid = {{data tat-twelid u età|1950|1|7|df=yes}} |Belt twelid = …
 
No edit summary
Linja 22:
}}
'''Malcolm Ian Macdonald''' ([[Fulham]], [[7 ta' Jannar]] [[1950]]) hu eks plejer tal-[[futbol]] [[Ingilterra|Ingliż]], imlaqqam bħala "Supermac", li jibqa' famuż għall-perjodu li qatta' mat-tim ta' [[Newcastle United FC|Newcastle United]] u l-[[Arsenal FC|Arsenal]].
 
==Karriera==
 
Imwieled f'[[Fulham]], [[Londra]], Macdonald beda bħala [[Difensur#Fuq il-faxex|difensur fuq il-faxex]] qabel ma ħa l-irwol ta' [[attakkant]]. Hu lagħab għal staġun mat-tim ta' [[Fulham FC|Fulham]] qabel ma ttrasferixxa mat-tim ta' [[Luton Town FC|Luton Town]]. Ma' Luton hu skorja 49 darba fi 88 partita, forma li laqtet għajn il-kowċ ta' Newcastle United FCNewcastle United Joe Harvey, li iffirma għalihom għal somma ta' £180,000 fis-sajf tal-1971. Ma' Newcastle mal-ewwel sab ruħu fost il-favoriti tal-partitarji, fejn fid-debutt tiegħu f'[[St James' Park]] hu skorja [[tripletta]] kontra [[Liverpool FC|Liverpool]], u kien l-aqwa skorer tal-klabb għal ħames staġuni infila.
 
Waqt li kien ma' Newcastle, iddebutta mat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|tim nazzjonali Ingliż]], kontra t-tim nazjonali tal-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Galles|Galles]]. Fis-16 ta' April 1975, f'partita kontra [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru|Ċipru]] hu skorja l-ħames gowls fir-rebħa ta' 5–0, rekord li għadu sal-lum il-ġurnata. F'total ta' erbatax-il partita man-nazzjonali, hu skorja sitt darbiet (il-gowl l-ieħor jasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra ċ-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|ċampjins mondjali]] tal-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja|Ġermanja tal-Punent]].
 
Macdonald ħalla lil Newcastle għat-tim ta' Arsenal fl-1976, għal somma rari ta' £333,333.33, u lagħab żewġ staġuni (fejn kien l-aqwa skorer tal-klabb fiż-żewġ staġuni), però sofra minn weġgħa fl-irkoppa f'partita tal-[[Football League Cup|League Cup]] kontra [[Roterham United FC|Roterham]] fil-bidu tal-[[Kampjonat tal-futbol Ingliż 1978-79|istaġun 1978–79]], fejn minn dakinhar baqa' ma rkuprax. Wara li qatta' xi xhur fl-[[Żvezja|Iżvezja]] ma' [[Djurgårdens IF]] hu ħabbar l-irtirar mil-logħba f'Awwissu tal-1979, fl-età prematura ta' 29 sena. Hu qatt ma rebaħ unur maġġuri imma kien fuq in-naħa telliefa fiż-żewġ finali tal-FA Cup.
 
==Rwol bħala kowċ==
 
Wara l-irtirar mil-logħob, hu rritorna ma' [[Fulham FC|Fulham]] biex jiggwidahom għal erba' staġuni mill-1980 sal-1984, u aktar tard mat-tim ta' [[Huddersfield Town FC|Huddersfield Town]] bejn l-1987 u l-1988. Iż-żmien li qatta' ma' Fulham kien wieħed ta' suċċess għall-bidu, fejn kiseb il-promozzjoni fl-1982. Fl-[[Kampjonat tal-futbol Ingliż 1982-83|istaġun 1982–83]], huma dehru bħala favoriti li jiksbu l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni għall-maġġoranza tal-istaġun, però forma negattiva lejn l-aħħar tal-istaġun wasslithom biss sar-raba' post. L-istaġun segwenti beda b'riżultati foqra qabel ma fit-tieni nofs rahom jikklassifikaw f'post sigur f'nofs il-klassifika, madankollu hu ġie rimpjazzat minn [[Ray Harford]] f'April tal-1984.
 
Ir-ritorn tiegħu bħala kowċ kien ma' Huddersfield fl-1987, però ż-żmien li qatta' magħom kien wieħed xejn pjaċevoli, fosthom telfa ta' 10–1 kontra [[Manchester City FC|Manchester City]] hekk kif il-klabb spiċċa relegat għat-[[It-Tieni Diviżjoni tal-Football League|Tieni Diviżjoni]].
 
Madanakollu, wara li kien iddikjarat bħala fallut wara proġett ta' negozju li mar ħażin, flimkien mad-divorzju mat-tieni mara tiegħu u l-uġiegħ li kien għadu jsofru fuq l-irkoppa, hu sar alkoħoliku. Macdonald stqarr li l-uġigħ fl-irkoppa kienet qed tkabbar id-dipendenza tiegħu fuq l-[[alkoħol]]. Hu eventwalment qata' x-xorb fl-1997.<ref>{{ċita aħbar | last = Jackson | first = Jamie | titlu = Triumph and despair | xogħol = The Observer | publikatur = Guardian Media Group | data = 03-08-2003 | url = http://www.guardian.co.uk/football/2003/aug/03/newsstory.sport | aċċessdata = 14-03-2009 | lingwa = Ingliż }}</ref>
 
==Referenzi==
 
{{referenzi}}
 
==Ħoloq esterni==
*[http://www.malcolmmacdonald.co.uk/ Sit uffiċjali]
 
{{DEFAULTSORT:Macdonald, Malcolm}}