It-Tieni Diviżjoni tal-Football League: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 38:
|}
 
Għall-ewwwel snin, ma kienx hemm promozzjoni diretta għall-Ewwel Diviżjoni. Minflok, ftit mill-aqwa timijiet tat-Tieni Diviżjoni, li kienu jinkludu wkoll lir-rebbieħ, kienu jilgħabu serje ta' partit kontra t-timijiet tal-qiegħ tal-Ewwel Diviżjoni. [[Birmingham City FC|Small Heath]], ċampjin tat-Tieni Diviżjoni fl-1892–93, ma ngħatawx il-promozzjoni wara li tilfu l-partita ta' prova li kellhom kontra [[Manchester United FC|Newton Heath]]. Madanakollu, it-tieni klassifikat [[Sheffield United FC|Sheffield United]] għelbu lil [[Accrington FC|Accrington]] biex saru l-ewwel tim li rebħu promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Dawn il-partiti ġew aboliti fl-1898 wara li sar magħruf li Burnley u Stoke kienu ftehmu biex il-partita ta' prova bejniethom tispiċċa pari ta' 0–0, li kienet tfisser promozzjoni għal Burnley u salvezza mir-relegazzjoni għal Stoke.
 
Ir-relegazzjoni għat-[[It-Tielet Diviżjoni tal-Football League|Tielet Diviżjoni]] bdiet fi staġun qabel ma din tal-aħħar kienet għadha biss bdiet, hekk kif [[Grimsby Town FC|Grimsby Town]] (l-aħħar fl-1919–20) għamlu wisa' għal [[Cardiff City FC|Cardiff City]], u ffurmaw it-Tielet Diviżjoni ma' klabbs tan-Nofsinhar. Għal staġuni suċċessivi, żewġ klabbs kienu relegati fit-[[It-Tielet Diviżjoni tat-Tramunatana tal-Football League|Tielet Diviżjoni tat-Tramunatana]] jew f'dik tan-[[It-Tielet Diviżjoni tan-Nofsinhar tal-Football League|Tielet Diviżjoni tan-Nofsinhar]] skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Meta t-Tielet Diviżjoni fl-1958–59 reġgħet ġiet magħquda, ir-relegazzjoni xorta baqgħet; it-tielet klabb beda jiġi relegat fl-1974.
 
==Ara wkoll==