L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League''' kienet l-ogħla diviżjoni tal-Football League bejn l-1993 u l-2004, u kumplessivament kienet l-ogħla diviżjoni tal-futbol [[Ing…
 
No edit summary
Linja 1:
'''L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League''' kienet l-ogħla diviżjoni tal-[[Football League]] bejn l-1993 u l-2004, u kumplessivament kienet l-ogħla diviżjoni tal-[[futbol]] [[Ingilterra|Ingliż]] bejn l-1892 u l-1992.
 
==Storja==
{{artiklu prinċipali|Football League}}
Il-fundazzjoni tal-Football League saret fl-1888 mid-direttur tal-klabb ta' [[Aston Villa FC|Aston Villa]] [[William McGregor]]. Oriġinarjament din kienet tikkonsisti minn diviżjoni waħda magħmula minn tnax-il klabb ([[Accrington FC|Accrington]], [[Aston Villa FC|Aston Villa]], [[Blackburn Rovers FC|Blackburn Rovers]], [[Bolton Wanderers FC|Bolton Wanderers]], [[Burnley FC|Burnley]], [[Derby County FC|Derby County]], [[Everton FC|Everton]], [[Notts County FC|Notts County]], [[Preston North End FC|Preston North End]], Stoke (issa [[Stoke City FC|Stoke City]]), [[West Bromwich Albion FC|West Bromwich Albion]] u [[Wolverhampton Wanderers FC|Wolverhampton Wanderers]]), sempliċement magħrufa bħala ''The Football League''. Meta fl-1892, dan il-kampjonat beda jaċċetta membri mill-[[Football Alliance]], tal-ewwel kien maqsum f'żewġ diviżjonijiet; il-kampjonat oriġinarju ġie estiż (bl-aqwa żewġ klabbs tal-Alliance jingħaqdu) u ġie msemmi bl-isem il-ġdid ta' L-Ewwel Diviżjoni, waqt li l-kumplament tal-membri tal-Alliance ġew ammessi fit-[[It-Tieni Diviżjoni tal-Football League|Tieni Diviżjoni]].
 
Għall-mitt sena ta' wara, l-Ewwel Diviżjoni kien bla ebda dubju l-aqwa kampjonat professjonali fil-futbol Ingliż. Wara, fl-1992 it-22 klabb li kienu jagħmlu parti mill-Ewwel Diviżjoni ddeċidew li jirriżenjaw mill-Football League u jiffurma l-[[FA Premier League]]. Hekk għamlu, u permezz ta' din it-tranżizzjoni l-istatus tagħhom bħala l-ikbar u l-aktar klabbs sinjuri fil-pajjiż aktar kiber, waqt li n-negozjati għad-[[drittijiet televiżivi]] saru jagħtu aktar profitt. Il-Football League kien sussegwentamant ri-organnizat, bit-Tieni, it-Tielet u r-Raba' Diviżjoni jiġu msemmija l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet rispettivament. B'hekk, l-Ewwel Diviżjoni, waqt li xorta baqgħet fl-ogħla livell tal-Football League, issa niżlet fit-tieni livell mis-sistema totali tal-kampjonat Ingliż, biex b'hekk l-aqwa timijiet wirtu s-sistema ta' logħba eliminatorji li toffri l-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni l-antika.
 
L-isem tal-Ewwel Diviżjoni tbiddel għal '''[[Football League Championship]]''' qabel il-bidu tal-istaġun 2004–05, għal raġunijiet kummerċjali. Madanakollu, din xorta tibqa' fit-tieni livell tal-futbol Ingliż.
 
==Daqs==
 
L-Ewwel Diviżjoni fil-bidu kienet tikkonsisti mit-tnax-il klabb fundatur; minn dakinhar din id-diviżjoni esperjenzat estenzjoni hekk kif il-futbol beda jsir aktar popolari waqt li l-kwalità tat-timijiet kiber ukoll. Kien hemm ukoll serje ta' tnaqqis lejn tmiem is-snin tmenin, però dawn ma tantx damu, kif inhu deskritt f'din it-tabella.
 
{| class="wikitable" style="text-align: center"
|-
!Nu. ta' timijiet!!Minn!!Sa
|-
|12||1888||1891
|-
|14||1891||1892
|-
|16||1892||1898
|-
|18||1898||1905
|-
|20||1905||1915
|-
|22||1919||1987
|-
|21||1987||1988
|-
|20||1988||1991
|-
|22||1991||1995
|-
|24†||1995||2004
|}
† bħala d-diviżjoni fit-tieni livell tal-futbol Ingliż (mill-1995)
 
==Ara wkoll==
 
* [[Football League]]
* [[Premier League]]
* [[FA Cup]]
* [[League Cup]]
* [[It-Tieni Diviżjoni tal-Football League|It-Tieni Diviżjoni]]
* [[It-Tielet Diviżjoni tal-Football League|It-Tielet Diviżjoni]]
* [[Ir-Raba' Diviżjoni tal-Football League|Ir-Raba' Diviżjoni]]
* [[Football Conference]]
 
[[Kategorija:Football League]]