Filatelija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 8:
 
Waħda mill-ispjegazzjonijiet għall-varjazzjoni kollha li teżisti hija li l-istampar tal-bolol kien fost it-tentattivi tal-bidu għall-produzzjoni bil-massa fuq skala kbira mill-awtoritajiet postali. Saħansitra fis-seklu 19, il-bolol kienu qegħdin joħorġu bil-biljuni, aktar minn kwalunkwe tip ieħor ta’ oġġett immanifatturat dak iż-żmien.
 
==L-Oqsma tal-Filatelija==
 
Filatelija bażika, jew '''teknika''', hija għaldaqstant l-istudju tal-aspetti tekniċi tal-produzzjoni tal-bolol u l-identifikazzjoni tagħhom. Din tinkludi l-istudju tal-:
 
*Proċess inizzjali tal-iddisinjar tal-bolla
*Karta (li tinkludi wkoll il-filigrana)
*Metodi ta’ stampar (l-inċiżjoni, it-tipografija, eċċ.)
*Gomma
*Separazzjoni (eż. il-perforazzjoni)
*Soprastampi fuq bolol diġà maħruġa
*Falzitajiet u falsifikazzjonijiet filateliċi, b’mod speċjali l-identifikazzjoni tal-falsifikazzjonijiet.
 
==L-Istrumenti tal-Filatelija==
 
Dawn huma l-istrumenti meħtieġa fil-filatelija: il-lenti, il-pinzetta, l-odonometru, il-filigranoskopju, albums għall-konservazzjoni tal-bolol u l-katalgu.
 
*Il-'''lenti''' sservi sabiex wieħed jara l-irqaqat tal-vinjetta u d-dentellatura bl-għan li jinduna, fejn ikun hemm, bl-imperfezzjonijiet eventwali jew bid-differenzi u s-sottotipi bejn, ngħidu aħna, żewġ bolol tal-istess ħarġa iżda wkoll bejn bolla ġenwina u oħra falza. L-evoluzzjoni tagħha hija l-'''kontafili''', strument użat ukoll mill-ħaddiema tad-deheb, li jkabbar minn tal-anqas x4.
 
*Il-'''pinzetta''' għandha l-għan waħdieni li tmiss il-bolla mingħajr ebda kuntatt mal-idejn, u allura mingħajr ma titħalla fuqha ebda tebgħa jew umdità. Infatti l-għaraq ta' mas-subgħajn huwa b'mod partikolari ta' ħsara għall-gomma. Bħala regola, wieħed għandu dejjem juża l-pinzetta meta jaħdem bil-bolol.
 
*L-'''odonometru''' jservi sabiex ikejjel bi preċiżjoni d-dentellatura tal-bolol skont l-ispazju li jifred dent minn ieħor. L-għarfien preċiż tad-dentellatura jippermetti l-klassifikazzjoni korretta ta' kull bolla.
 
*Il-'''filigranoskopju''' huwa friskatur żgħir iswed fejn meta l-bolla tixxarrab bil-qtar tal-petrol rettifikat jew bl-ilma distillat il-filigrana tista' tiġi tidher perfettament (din l-analiżi hija possibbli biss fuq il-bolol użati sabiex ma jsirx ħsara lill-gomma).
 
[[Kategorija:Filatelija|*]]