Filatelija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 4:
==Etimoloġija==
Sal-lum il-ġurnata, il-ħolqien tal-kelma “filatelija” fil-forma Franċiża tagħha hija storikament attribwita lil Georges Herpin fil-pubblikazzjoni ''Le Collectionneur de timbres-postes'', Vol. 1, 15 ta’ Novembru, 1864. Hija mibnija mill-kelmiet Griegi ''philos'' (''φίλος'' li tfisser “ħabib”), u ''ateleia'' (''ἀτέλεια'' li tfisser “eżenti mid-dazji u t-taxxi”) peress li l-bolol postali jindikaw li d-destinatarju ma għandux iħallas għas-servizz minħabba li dawn huma minnhom infushom mezz li jiffranka u li għaldaqstant jikkonfermaw li l-ħlasijiet postali jkunu saru minn qabel mingħand dak li jibgħat, jew mingħand ħaddieħor. It-termini alternattivi “timbrofilija” u “timbroloġija” huma ħafna inqas komuni.
 
L-oriġini tal-filatelija tinsab fl-osservazzjoni li f’munzell bolol li jidhru kollha tal-istess tip, eżaminazzjoni ta’ aktar reqqa turi li hemm tipi differenti ta’ karta, filigrani differenti fil-karta, varjazzjonijiet fl-ilwien tal-kuluri, perforazzjonijiet differenti, u tipi oħra ta’ differenzi. Mill-paragun mar-rekords tal-awtoritajiet postali jista’ joħroġ li l-varjazzjonijiet setgħu kienu intenzjonati, li imbagħad iwassal għal aktar stħarriġ dwar kif setgħu seħħew il-bidliet u għalfejn. Huwa interessanti wkoll li eluf ta’ falsifikazzjonijiet inħolqu matul is-snin, b’uħud minnhom tajbin ħafna, u għarfien komplet tal-filatelija biss jista’ jagħti xi tama li jiġu skoperti l-falsifikazzjonijiet.
 
Waħda mill-ispjegazzjonijiet għall-varjazzjoni kollha li teżisti hija li l-istampar tal-bolol kien fost it-tentattivi tal-bidu għall-produzzjoni bil-massa fuq skala kbira mill-awtoritajiet postali. Saħansitra fis-seklu 19, il-bolol kienu qegħdin joħorġu bil-biljuni, aktar minn kwalunkwe tip ieħor ta’ oġġett immanifatturat dak iż-żmien.