Martin Heidegger: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 22:
Heidegger kien jemmen li l-istudji kollha li saru fuq l-essri ffukaw fuq entitajiet partikulari u l-karattri tagħhom, jew minflok ittrattaw l-essri nnifsu bħala entità, jew [[sustanza]] b'karattru. Heidegger għalhekk issuġġerixxa li l-metodu filosofiku għandu jiġġedded, permezz ta' proċess li jeżamina l-istorja tal-filosofija nfisha.
 
Heidegger sostna li dan in-nuqqas ta' fehma, sa' minn Platun, ħalla l-marka tiegħu fuq kull stadju tal-filosofija tal-Punent. Dak kollu li nifhmu, mill-mod kif nitkellmu sal-idea tas-"[[sens komun]]", hu suxxettibblisensibbli għal żbalji minħabba żbalji fundamentali dwar in-natura tal-Essri. Dawn l-iżbalji joħorġu fit-termini li ntużaw fl-istorja tal-filosofija — ir-[[realtà]], il-[[loġika]], [[Alla]], l-[[għarfien]], il-[[preżenza]], eċċ. Lejn l-aħħar tal-filosofija tiegħu, Heidegger argumenta li dan jaffettwa b'mod profond il-mod kif il-bniedem jidentifika ruħu mat-teknoloġija moderna.
 
Ix-xogħol ta' Heidegger kien influwenti ħafna fuq il-[[filosofija]], it-[[teoloġija]], u l-[[umanitajiet]]. Fil-filosofija, ix-xogħol ta' Heidegger kien kruċjali fl-iżvilupp tal-[[eżistenzjaliżmu]], l-[[ermenewtika]], id-[[dekostruzzjoni]], il-[[postmoderniżmu]], u l-[[filosofija kontinentali]]. Filosfi importanti bħal [[Karl Jaspers]], [[Leo Strauss]], [[Ahmad Fardid]], [[Hans-Georg Gadamer]], [[Jean-Paul Sartre]], [[Emmanuel Lévinas]], [[Hannah Arendt]], [[Maurice Merleau-Ponty]], [[Michel Foucault]], [[Richard Rorty]], u [[Jacques Derrida]] kollha analizzaw ix-xogħlijiet ta' Heidegger.