Martin Heidegger: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 20:
Heidegger nieda li l-filosofija tal-Punent, sa minn żmien [[Platun]], ma fehmitx l-[[essri]], u kellha tendenza li tindirizza l-mistoqsija tal-essri f'termini singolari, jiġifieri xi jfisser li xi ħaġa ''tkun'', flok xi jfisser l-''essri'' nnifsu.
 
Heidegger kien jemmen li l-istudji kollha li saru fuq l-essri ffukaw fuq entitajiet partikulari u l-karattri tagħhom, jew minflok ttrattawittrattaw l-essri nnifsu bħala entità, jew [[sustanza]] b'karattru. Heidegger għalhekk issuġġerixxa li l-metodu filosofiku għandu jiġġedded, permezz ta' proċess li jeżamina l-istorja tal-filosofija nfisha.
 
Heidegger sostna li dan in-nuqqas ta' fehma, sa' minn Platun, ħalla l-marka tiegħu fuq kull stadju tal-filosofija tal-Punent. Dak kollu li nifhmu, mill-mod kif nitkellmu sal-idea tas-"[[sens komun]]", hu suxxettibbli għal żbalji minħabba żbalji fundamentali dwar in-natura tal-Essri. Dawn l-iżbalji joħorġu fit-termini li ntużaw fl-istorja tal-filosofija — ir-[[realtà]], il-[[loġika]], [[Alla]], l-[[għarfien]], il-[[preżenza]], eċċ. Lejn l-aħħar tal-filosofija tiegħu, Heidegger argumenta li dan jaffettwa b'mod profond il-mod kif il-bniedem jirrelatajidentifika ruħu mat-teknoloġija moderna.
 
Ix-xogħol ta' Heidegger kien influwenti ħafna fuq il-[[filosofija]], it-[[teoloġija]], u l-[[umanitajiet]]. Fil-filosofija, ix-xogħol ta' Heidegger kien kruċjali fl-iżvilupp tal-[[eżistenzjaliżmu]], l-[[ermenewtika]], id-[[dekostruzzjoni]], il-[[postmoderniżmu]], u l-[[filosofija kontinentali]]. Filosfi importanti bħal [[Karl Jaspers]], [[Leo Strauss]], [[Ahmad Fardid]], [[Hans-Georg Gadamer]], [[Jean-Paul Sartre]], [[Emmanuel Lévinas]], [[Hannah Arendt]], [[Maurice Merleau-Ponty]], [[Michel Foucault]], [[Richard Rorty]], u [[Jacques Derrida]] kollha analizzaw ix-xogħlijiet ta' Heidegger.
 
Heidegger jibqa' jissemma' wkoll għall-appoġġ li wera għan-Naziżmu, u kien membru tal-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż (NSDAP) mill-1933 sa Mejju tal-1945.<ref>Sors: Hannah Arendt / Martin Heidegger by Elzbieta Ettinger, Yale University Press, New Haven, 1995, page 10</ref> Dawk li jappoġġjawh, b'mod speċjali [[Hannah Arendt]], iħarsu lejn dan is-sosten bħala żball personali, irrelevanti għall-filosofija tiegħu. KritikuKritiċi bħall-eks studentstudenti tiegħu [[Emmanuel Lévinas]]<ref>[http://etd.lsu.edu/docs/available/etd-11052004-163310/unrestricted/Gauthier_dis.pdf "Martin Heidegger, Emmanuel Levinas\, and the Politics of Dwelling"] minn David J. Gauthier, Ph.D dissertation, Louisiana State University, 2004, paġna 156</ref> u [[Karl Löwith]]<ref>Karl Löwith, ''Mein Leben in Deutschland vor und nach 1933: ein Bericht'' (Stuttgart: Metzler, 1986), pġ. 57, tradotta minn Paula Wissing kif kwotata minn Maurice Blanchot f'"Thinking the Apocalypse: a Letter from Maurice Blanchot to Catherine David," fi ''Critical Inquiry'' 15:2, pġ. 476-477. </ref> sostnew li l-appoġġ ta' Heidegger għan-Naziżmu kien [[moralita|immorali]] u jixhed żbalji fundamentali fil-ħsieb tiegħu.
 
== Referenzi ==