Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
Marco Gafà mar joqgħod il-Birgu fl-1610 u żżewweġ fl-1616. Ma nafux x'sengħa kellu imma kien jissejjaħ ''Maestro''; skond Sciberras aktarx kien skarpan.
 
Hemm storja mhux konfermata (f'traskrizzjoni tas-seklu 19 ta' manuskritt mitluf miktub mill-kapuċċin Patri Pelaġju) li tgħid li ta' xi għaxar snin Gafà kien lavrant ma' l-iskultur Dozzinale, il-Birgu. Meta kavalier [[Spanja|Spanjol]] talab lil Dozzinale biex jagħamillujagħmillu xi statwi għall-villa tiegħu f'[[Paola|Casal Paola]] u dan m'aċċettax, il-kavalier offra x-xogħol lit-tifel Gafà. Tant għoġbu x-xogħol li ħa t-tifel taħt il-protezzjoni tiegħu.
 
Jidher li meta kellu xi sittax-il sena kien lavrant ma’ l-iskulturi Casanova, fosthom Michele, Antonio u Damiano. Dawn kienu jaħdmu fil-ġebla franka u kellhom ħanut il-Birgu. Gafà (Marcello Gaffar) kien imdaħħal magħhom fix-xogħol fil-Cappella Torres fil-Kattedral ta’ Siracusa f’Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta’ putti u rjus ta’ serafini fuq kolonni.