Fgura: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Korrezzjonijiet
Linja 1:
==Storja==
Il-'''Fgura''' hu villaġġ f'[[Malta]], viċin il-[[Port il-Kbir]], u hi waħda mill-iktar bliet li, dan l-aħħar, qed jikbru ħafna. Mhux ta' min jistagħġeb mela meta jingħad li l-Fgura saret iċ-ċentru kummerċjali tax-xlokk ta' Malta. L-arma tagħha hi linja ħamra orizzontali, bi tlett [[stilla|stilel]] b'ħames ponot, fuq dahar abjad.
 
Linja 10:
Il-Fgura saret Parroċċa fl-1965. Il-knisja parrokkjali preżenti nfetħet għall-pubbliku fl-1988, u kienet ikkonsagrata fl-1 ta' Frar 1990.
 
'''==Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura'''==
[[Category:Bliet ta' Malta]]
 
'''Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura'''
 
Il-Kummissjoni Festa Esterna hija l-ghaqda ta' l-armar fi hdan il-Parrocca tal-Fgura. Qabel it-twaqqif tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura kien hawn numru sabieħ ta’ dilettanti li kienu jarmaw it-toroq tagħhom fuq bażi separata. Fost dawn huma r-residenti tat-Triq Mater Boni Consigii u t-toroq tal-madwar. Dawn kienu toroq li kienu jitramaw mir-residenti nfushom. Iżda għal ħabta tas-sena 1967 twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa f isem il-parroċċa. Kienet fuq l-inizjattiva ta’ P. Innoċenz Zerafa O.C. li twaqqaf dan il-kumitat. Min dak in-nhar il-parroċċa bdiet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l-inħawi tal-knisja u t-triq prinċipali. Kienet ukoll taħseb għal-banda il-ħadd filgħaxija u in-nar ta` l-art u l-ajru. Iżda kienet fis-sena 1992 li l-parroċċa kienet ħasset il-ħtiega li twaqqaf Kummissjoni biex tieħu ħsieb tarma u torganizza il-festa tal-padruna tagħna Omm u Ġmiel tal- Karmelu. Din il-kummissjoni hija dik preżenti. L-ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil-5 ta’ Marzu 1993 u l-ewwel prokuratur tal-festa kien P. Adrian Cassar Pulis O.Carm. F’ dawn iż-żminijiet kienet ukoll inħasset il-ħtieġa li jkollha post fejn isiru il-laqgħat u jinżamm l-armar tal-festa. Iżda ftit żmien wara l-kummissjoni akwistat maħżen fi Triq Karmelitani fejn setgħa jinżamm l-armar tal-festa. F`Għeluq il-5 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni ġiet imżanżna l-arma tal-Kummissjoni. Fis-sena 1998 lahaq it-2 prokuratur ghal Kummissjoni u dan kien P. Joe Saliba O.Carm. Għall festa ta`1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil-purċissjoni nhar il-festa. Fis-sena 2006 il-Kummissjoni rega kellha prokuratur gdid ghat-tielet darba P. Renald Lofreda O. Carm. Mit-twaqqif tal-Kummissjoni fil-Fgura sal-llum tista tgħid li l-ħidma ma waqfet qatt. Dan jidher biċ-ċar fil-jiem tal-festa bl-armar ġdid kull sena. Il-Fgura hija l-akbar parrocca li tkun qed ticcelebra l-festa taghha fit-2 Hadd ta' Lulju. Aktar informazzjoni dwar l-ghaqda idhol fis-sit www.fgurakfe.com
 
==Għaqda Dilettanti ta' l-armar tal-Ġimgha l-Kibra Madonna Addoloata A.D.2007==
 
=Għaqda Dilettanti ta' l-armar tal-Ġimgha l-Kibra Madonna Addoloata A.D.2007=
Ħolma li fil-Fgura bdiet ssir realta. Kburin li ż-żagħżaħ qegħdin iħossuhom il-vera Fgurin u jieħdu sehem f’għaqdiet tar- raħal tagħna.
L-għaqda twaqfet min Clint Pulis fis-sena 2007. Il-fundatur ta’ din l-għaqda dejjem xtaq li joħloq għaqda tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Fgura.
Line 25 ⟶ 22:
 
{{Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex}}
[[Category:Bliet ta' Malta]]
 
[[de:Fgura]]