Normanni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
In-'''Normanni''' (korruzzjoni talta' l-isem "''Northmen''" jew "''Norsemen''") kienu taħlita ta' Galli minn [[Franza]] u invażuri Vikingi mmexxijin minn Rollo. Dawn il-Vikingi bdew jokkupaw in-naħa ta' fuq ta' [[Franza]], illum magħrufa bħala n-Normandija, fit-tieni nofs tas-seklu disgħa. Taħt it-tmexxija ta' Hrolf Ganger, li adotta l-isem Galliku ''Rollo'', huma alleaw rwieħhom mar-Rè Franċiż Karlu s-Sempliċi, u rċevew art fil-wied tax-xmara Senna fl-911WK. Maż-żmien din l-art kompliet tikber sakemm saret id-Dukat tan-[[Normandija]].
 
In-Normanni addottaw il-[[Kristjaneżmu]], u l-ilsien Gallo-Romantiku u rnexxielhom joħolqu identità kulturali separata minn ta' missirijiethom [[Skandinavi]] u minn tal-ġirien [[Franza|Franċiżi]]. Il-Kultura Normanna, bħall-kultura ta' ħafna komunitajiet immigranti, kienet flessibli u soda. Għal xi żmien irnexxielhom jokkupaw żoni vasti ta' art imferrxin u mhux konnessi ma' l-[[Ewropa]] kollha.