Akkademja tal-Malti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
added logo
m links
Linja 1:
{{stub}}
 
L-'''Akkademja tal-Malti''' bdiet bħala ''L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti'' li twaqqfet fl-[[14 ta' Novembru]], [[1920]].
==Introduzzjoni==
L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti twaqqfet fl-14 ta' Novembru 1920. Wara ħafna żmien bdiet tissejjaħ ukoll l-Akkademja tal-Malti.
 
L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li tagħżeljintagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett kienġie stabbilit b'mod finali fit-[[18 ta' Diċembru]], [[1921]].
 
==Il-Manwal talta' l-Ortografijaortografija==
[[Image:LOGO-Akk-small_trevor.jpg|right|L-emblema ta' l-Akkademja tal-Malti]]
NħassetInħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal ta' l-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fisfl-sena [[1924]], u kien jismu ''Tagħrif fuq il-Kitba Maltija''. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli ta' l-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli ta' l-ortografija. It-''Tagħrif'' inħadem minn [[Ninu Cremona]]. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali ta' l-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom.
 
Fl-[[1934]], l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittieba bdew jimxu fuqha.
 
Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-''Tagħrif'' qatt ma reġa' kienġie stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar.
 
Fl-[[1984]] inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew [[Lingwa Ingliża|Ingliż]] li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-''Tagħrif''. B'hekk ħarġet iż-''Żieda mat-Tagħrif''. Imbagħad fl-[[1992]] l-Akkademja ħarġet l-''Aġġornament tat-Tagħrif''.
 
Kemm iż-''Żieda'' kif ukoll l-''Aġġornament'' kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti.
 
Minħabba f'hekk, u billi t-''Tagħrif'' qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmejna fi ktieb wieħed għall-kumdità ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb.
 
== Links ==