Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ilijade"

7 bytes miżjuda ,  12 snin ilu
l-ebda taqsira
m (robot Adding: tg:Илиада)
L-Ilijade kienet hi ambjentata fl-aħħar sena tal-[[Gwerra ta' Trojja]]. Dil-gwerra hija l-[[plott]] ċentrali tan-nisġa dwar ir-rabja ta’ l-[[eroj]] Grieg [[Akille]] wara li l-kap tiegħu, [[Agamennone]], jinsulentah waqt il-gwerra. [[Akille]] jitlaq mill-kamp tal-battalja u jħalli lil sħabu jitqabdu mat-Trojjani, li jegħlbuhom aktar minn darba. Il-ħabib tiegħu, [[Patroklu]], li jitqabbad imexxi t-truppi minfloku, waqt taqbida minnhom jisfa maqtul bi ħruxija liema bħalha. Mimli rabja u rimors, [[Akille]] jinfexx b’ruħu u b’ġismu kontra t-Trojjani. Biex ipatti għall-kuxjenza tniggżu, joqtol lill-mexxej tagħhom, [[Ettore]], iben ir-Re Priamu, fi ġlieda wieħed kontra wieħed.
 
Il-[[poema]] tagħlaq meta [[Akille]] jagħti l-kadavru ta’ [[Ettore]] lil Priamu għad-difna, bi ftit simpatija mar-Re avversarju għaliex it-tnejn ġarrbu t-telfa ta’ persuna għażiża għalihom u ġew wiċċ imbwiċċ mal-mortalità tagħhom.
Utent anonimu