Edward Sapir: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 3:
==Ħajja u Xogħol==
 
Sapir twieled Lauenburg, il-[[Ġermanja]], illum [[Lebork|Lębork]] fil-[[Polonja]], fis-26 ta' Jannar 1884. Fl-1904 iggradwa mill-[[Università ta' Columbia ]], [[New York]], bi grad fil-lingwi Ġermaniċi, iżda l-interessi lingwistiċi tiegħu kienu jħaddnu skopijiet ħafna usa'. Fis-sentejn li segwew għamel studji diretti (''field-studies'') fuq il-lingwi-[[Wishram]] u [[Takelma]]. Waqt li kien [[Columbia University]], iltaqa' ma' l-antropologu [[Franz Boas]], li probabbilment kienet il-persuna li l-aktar tagħtu spinta biex jistudja il-lingwi Amerikani.
 
Għallem fl-[[Università ta' Chicago]] u aktar tard l-[[Università ta' Yale]], fejn sarlaħaq kap tad-dipartiment ta' l-[[antropoloġija]]. Kien wieħed mill-ewwel li esplora r-relazzjonijiet bejn l-istudji lingwistiċi u l-antropoloġija. Fost l-istudenti tiegħu insibu lil-[[Li Fanggui|Fang-kuei Li]] u [[Benjamin Whorf]].
 
Sapir ippropona ħarsa ġdida lejn il-lingwa [[1921]], billi sostna li l-lingwa tinfluenza l-mod kief jaħsbu in-nies. L-idea ta' Sapir ġiet adottata fl-erbgħinijiet minn Whorf u eventwalment saret tissejjaħ l-[[Ipoteżi ta' Sapir-Whorf]].