Lingwa Awżiljari Internazzjonali: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
struttura u titjib
Linja 7:
Skond [[Edward Sapir|Sapir]], il-lingwa hija il-kapaċità mentali li tordna u tistruttura, l-ammont kbir ta' esperjenzi li ngħaddu minhom kif ukoll il-kapaċità li ssawwar il-kunċetti u tagħtihom forma konkreta f'tifsir. Fil-qosor: il-lingwa hija l-kapaċità mentali li tagħmel possibbli il-ħsieb. Din l-ideja għanda il-bidu tagħha fil-filosofija ta'[[Wilhelm von Humboldt]]: ''Il-Lingwa hija l-organu li jsawwar il-ħsieb'' (f'Salus 1969:190)<ref name="sls1969-190">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''language is the formative organ of thought''</ref>. Fil-fatt, l-ideja għandha similaritajiet kbar mal-prinċipji tar-relattività lingwistika, li jsostnu relazzjoni intima bejn il-kategoriji lingwistiċi u l-ħsieb fuq il-livell ta' kull lingwa (Drechsel 1988:233). Individwi jaħsbu fl-istrutturi, jiġifieri, fil-grammatika tal-lingwa tagħhom. Din ir-relazzjoni bejn il-lingwa u l-ħsieb dwar il-fatt li il-kategoriji imposti mil-lingwa jikkanlizzaw u jistrutturaw il-ħsieb hi magħrufa bħala s-[[Sapir-Whorf Hypothesis]].
 
Il-forma sħiħa===Dgħjufijiet talfil-lingwi naturali===
Meta Sapir studja bir-reqqa l-grammatika ta' diversi lingwi, wasal għall konklużżjoni li kull grammatika għandha ċerti defiċjenzi fl-istruttura. Konsekwentament id-defiċjenżi f'kull-lingwa jistgħu jikkawżaw dgħjufijiet fil-ħsieb. Minkejja dan, huwa xorta jsostni li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti (cf. [[#Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali|Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali]])'') u ż-żewġ argumenti m'humiex f'kuntradizzjoni.
 
 
Ċertu nuqqas ta' loġika narawhnarawħ f'dan l'eżempju: bl-Ingliż, li tgħid ''it rains'' huwa grammatikament korrett, madanakollu il-grammatika Ingliża titlob li ikun hemm suġġett overt f'kull sentenza. Dana jikkawża ċerta kontradizzjonijiet:
 
Fil-fatt is-suġġett ''it'' m'għandu l-ebda tifsira in konessjoni mal-verb, peress li ''it'' mhiex qed taqdi l-iskop regolari li tindika oġġett, fenomnu jew persuna. Is-suġġett ''it'' f'din is-sentenza jikkostitwixxi irregolarità, għaliex kull sentenza bl-Ingliż tista tinbidel f'mistoqsija billi tpoġġi interrogattiv ''who'' jew ''what'' flok is-suġġett. Madanakollu b'''rains'' u ''snows'', dana mhux possibbli -- ''rains'' mingħajr ebda suġġett, ma taqdix il-ħtiġijiet kollha grammatikali ta' l-Ingliż għaliex, kif għedna, kull sentenza fl-Ingliż teħtieġ suġġett. Għalekk, l-''it'' li tissostitwixxi is-suġġett (EN = dummy subject) hija resstrizzjoni ta' regola grammatika.
 
===Konsekwenzi għal-lingwa u il-ħsieb===
B'mod indirett sitwazzjonijiet bħall dawn jistgħu jinponu fuq il-ħsieb ta' l-individwu. Nuqqas ta' loġika jista' jwassal għal-ħsieb inqas ċar.
 
L-ewwel pass biex wieħed jevita li dgħjufija fil-grammatika tiġi trasferita għall-ħsieb hi li wieħed jakkwista sens ta' inkongruwenzi fil-lingwa li-wieħed juża. (minkejja li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti cf. ''Formal Completeness of all Natural Languages'')
 
Li persuna, li tuża lingwa bħala l-istrument tal-ħsieb, teżamina l-istess lingwa hi paradossa fiha nfisha: kif jista strument jeżamina lilu innifshu?
Line 51 ⟶ 54:
===Evalwazzjoni===
 
Dawn l-idejat, illum, daqs qabel, għadhom avantgardisti u fl-istess ħin diskutibbli ħafna. Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil-lingwi ekonomikament importanti qegħdin fi żvantaġġ. Huwa fatt ukoll li l-biċċa l-kbira tal-Ewropej għad mgħandhomx meżż kif jikkomunikaw direttament mal-biċċa l-kbira tal-Asjatiċi u l-Għarab. Dan ifisser telf kbir ta' tagħrif dwar veduta differenti tad-dinja.
 
Sal-ġurnata ta' llum qħad m'hemmx implementazzjoni ta' IAL fil-veru sens tal-kelma - m'hux faċli li wieħed jimplementa il-ħtigijiet li semmejna aktar 'il fuq. Il-ħtigijiet nnifishom huma diskutibbli għall-aħħar. Mis-sittinijiet 'l hawn il-lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarażżjonijiet fuq is-"semplicità" u il-"loġika" fil-lingwa. L-istess japplika għal dikjarazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, ''il-mod kif il-lingwa tħares lejn id-dinja huwwa soġġett għall-grammatika''. Wieħed sempliċiment jaċċetta l-possibbiltà, iżda m'hemm l-ebda ċertezza assoluta fuq dan.
 
Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor; sistema mibnija b'mod idealiidejali llum mhux bilfors ser tibqa valida maż-żmien (''time stability of language systems'') - jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it-[[Tibdil fil-Lingwa]], maż-żmien anke sistema idejali "taddatta" u "tiddeforma" bħal kull lingwa oħra.
 
Madanakollu jeżistuinsibu nies li kibru fl-lingwa kostruwita, bħal ngħidu aħna l-[[Esperanto]] jew f'lingwi rekostuwiti, bħal ma hu l-[[Ebrew Modern]].
 
Punt diskuttibli ieħor forsi hu wkoll il-fatt li visti (views) u tradizzjonijiet huma miżmumamħaddna fil-lingwa stess u jiġu mgħoddija minnħa. Konsekwentamet jekk nadottaw IAL [[Ekkletiċiżmu|"ekklettika"]] dawna jintilfu. MadankollhuMadankollu ir-riċerka fl-istorja turina li ħafna "tradizzjonijiet" ġew kostrutti konxjament b'għanijiet politiċi u ekonomiċi<ref name="hbsbwm">Eric Hobsbawm, Ranger T., The Invention of Tradition, CUP, Cambridge, 1983. ISBN 0521437733</ref>.
====Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali====
<!--Formal Completeness of all Natural Languages-->
<!--
Formal Completeness of all Natural Languages
Il-forma sħiħa tal-lingwi naturali
-->
Il-motivazzjoni ta' Sapir nibtet minn xewqa ġenwina li jkun hemm ftehmin bejn il-popli. Wieħed ma jistagħx jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra. Mill-istudju profond li għamel Sapir dwar id-diversi [[Lingwi Indigeni Amerikani]] sar jaf tajjeb ir-rikkezza tal-lingwi ż-żgħar. Minn dan l-studju, sar ferm konvint, li wieħed ma jistagħx jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra. Sapir jargumenta, li jekk lingwa tipprovdi mezzi li bihom tkun kapaci tesprimi kwalunkwe kunċett, allura, "<nowiki>[...]</nowiki> li wieħed jgħid, li lingwa hi aktar grammatikali jew li għandha forma-magħquda aktar minn ohrajn hu assoluttamant bla sens." (Sapir 1949:9)<ref name="spr1949-p9">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''<nowiki>[...]</nowiki> there is no meaning whatsoever in the statement sometimes made, that one language is more grammatical, or form-bound, than another''</ref>.
 
 
Fil-ġabra ta' l-artikli tiegħu ippublikata fl-1949, Sapir jargumenta, illi b'lingwa mitkellma min-nies ta' kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi teżi astratta filosofika, ġaladarba l-istrutturi ta' dawk il-Lingwi kapaċi jesprimu ideat ta' struttura komplessa - anki jekk il-vokabularju tal-lingwa ikun insuffiċjenti. Li ħsibijiet ta' dan it-tip għadhom qatt ma ġew espressi f'dawn il-kulturi hu sempliċiment għaliex ''għadhom mhumhiex avvanzati biżżejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku.''(Sapir 1949:FINDPAGE)<ref name="spr1949-xxx">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''<nowiki>[these cultures have]</nowiki> not advanced to the point, where it is of interest for them to form abstractions of a philosophic order''</ref>. Fi-kliem ieħor "il-forma-magħquda" ta' kull lingwa tfisser "aktar min ħaġa oħra li it-tħaddim tagħha hu bla limitu"(Harris 1951 : 296)<ref name="hrs1951-296">Il-kwotazzjoni oriġinali hija:''“completeness” of a language is “more exactly its constructivity without limit”''</ref>.
 
 
Kull lingwa għandha il-prinċipji grammatikali tagħha li jiddettaw x'informazzjoni trid tingħata f'sentenza u x'inhu permess li wieħed iħalli barra. Fil-Ġermaniż u l-Ingliż, ngħidu aħna, in-numru hu obligatorju, fil-waqt li l-[[Kwaikutl]] ma jeħtieġx informazzjoni bħal din - madankollhu il-Kwaikutl hu formalment mgħadud peress li joffri lil minn jitkellmu xi possibilità biex jesprimi in-numru tan-nom. [[Franz Boas]] jargumenta fuq linji simili: ''Naturalment l-eskimiż jista' jesprimi jekk raġel hux marid '''issa''' <nowiki>[...]</nowiki> imma l-forma grammatikali tas-sentenza tiegħu ma teħtieġx li jagħti relazzjoni ta' temp'' (Boas 1969:38)<ref name="boas1969-38">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''The Eskimo can, of course, express whether the man is sick at the present time but the grammatical form of his sentences does not require the expression of the tense relation''</ref>.
Wieħed jista jargumenta li triq realistika għal IAL tista' tintleħaq bir-riċerka tal-[[Lingwistika Ġenerattiva]] u it-[[Teorija tal-Prinċipji ul-Patrametri]]