Senġi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 35:
 
==Klassifikazzjoni==
Fil-passat is-senġijiet kienu, ikklassifikati fl-ordni [[Insectivora]] flimkien mal-[[ġurdiem ta' geddumu twil|ġriedem ta' geddumhom twil]] u l-[[qanfud|qniefed]], ikkunsidrati bħala relatati fil-bogħod mal-[[Ungulat]]i, miġburin fi grupp flimkien mat-[[tupaja|tupaji]] u meqjusin parti mill-ordni [[Lagomorpha]] mal-[[fenek|fniek]], [[liebru|liebri]] u l-[[pika|piki]]. Madankollu, evidenzi molekolari reċenti, b' saħħa jissapportjaw is-[[superordni]] [[Afrotheria]] li jaqqagħad flimkien, it-[[tenrek]]i u t-[[talpa dehbija|talpi dehbin]] ma' ċerti ungulati jew mammiferi li xi darba kienu meqjusin ungulati li jinkludu l-[[iraċ]]i, l-[[ijunfantiljunfant]]i, il-[[baqra tal-baħar|baqar tal-baħar]] u l-[[oritteropu|oritteropi]], kif ukoll is-[[senġi]]jiet.
 
Instabu numru ta' speċi fossili, kollha kemm huma mil-kontinent [[Afrika]]n. Uħud, bħal ''[[Myohyrax]]'', tant kienu simili tal-[[iraċ]]i li għal bidu kienu identifikati ħażin bħala tali, filwaqt li oħrajn, bħal pereżempju ''[[Mylomygale]]'' kienu relativament qishom gerriema. Dawn il-forom kienu kollha estinti sal-[[Plejstoċen]].