Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: pt:Nicolas Isouard
No edit summary
Linja 11:
L-ewwel opra tiegħu ''Casaciello Persiguitato da un Mago'' ittellgħet fit-[[Teatru Manoel]] il-belt Valletta fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, ''L’Avviso ai Maritati'', li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tieni waħda ''Artaserse'', li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.
 
Fuq talba tal-Gran Mastru ta' l-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni tal-Kavalieri ta' Malta]], De Rohan, Nicolò Isouard reġa’ lura Malta u l-Gran Mastru onorah billi għamlu Donat fl-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] u wara ħatru prim organista. Kompla jikkomponi aktar mużika imma l-maġġoranza kienet mużika sagra fuq versi tal-Gran Mastru De Rohan innifsu. Fl-1796 laħaq ‘Maestro di Cappella’ f'San Ġwann, il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Knisja Konventwali]] tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Ordni]] il-belt [[Valletta]]. Fl-istess sena żżewweġ 'l Partemia Dimech <ref>[http://www.maltagenealogy.com/libro%20d'Oro/santasofia.html]</ref>.
Bejn l-1794 sal-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta, Isouard ikkompona ħames opri, fosthom ''I Due Avari'', ''Rinaldo d’Asti'' u ''Il Barbiere di Siviglia''. Matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta nħatar Kummissarju tat-[[Teatru Manoel]].
 
Linja 17:
Ma nafux jekk l-ewwel mara kienetx mietet, però jidher li kien faċli ħafna li tiddivorzja fi żmien Napuljun (ara pereżempju [[w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution]].)</ref>. Kif wasal Pariġi, Isouard iltaqa’ mal-pjanista Rigel li ntroduċih mal-vjolinista u kompożitur prolifiku Rodolphe Kreutzer (1766–1831), apprezzat ħafna minn [[Ludwig van Beethoven|Beethoven]], awtur ta’ iżjed minn erbgħin opra. Bl-appoġġ ta’ Kreutzer, l-opra ''Le Petit Page ou La Prison d’État'' ta’ Isouard ġiet ippreżentata Pariġi fl-1800. Fl-1801, l-opra ''Flaminius à Corinthe'' (diretta u ffirmata wkoll minn Kreutzer) kellha l-premier Pariġi kif ukoll l-opra ''Il-Bottaio'' u l-verżjoni Franċiża ta’ ''L’Improvisata in Campagna'' (l’Impromptu de campagne).
 
Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]]. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi<ref name=class>[http://www.classical-composers.org/comp/isouard]</ref>.
 
Għall-ewwel sab diffikultà kbira biex jistabillixi ismu bħala kompożitur imma f’qasir żmien il-poplu in ġenerali aċċetta x-xogħol tiegħu fil-qasam mużikali u l-popolarità kibret.
Linja 30:
Ma’ Luigi Cherubini, Méhul, Pierre Rode, Kreutzer u Boïeldieu , Isouard kien waqqaf id-dar editorjali ''Le magasin de musique'', Pariġi fl-1802.
 
Bosta professuri tal-mużika, kompożituri, poeti u ħbieb taw l-aħħar tislima lil Isouard fil-funeral tiegħu li kien akkumpanjat minn marċi funebri. Fost dawk li ġarru t-tebut kien hemm il-kompożituri Henri Montan Berton u Cherubini flimkien ma' l-awtur Étienne-Joseph-Bernard Delrieu. Indifen fil-knisja Notre Dame des Victoires imma wara ġismu tmexxa għaċ-ċimiterju Père Lachaise<class> [http://www.classical-composers.org/comp/isouard].
 
Fil-faċċata ta’ l'Opéra-Comique hemm bust ta’ dan il-kompożitur Malti fost il-bustijiet ta’ kompożituri oħra kif ukoll waħda mil-pjazzez ta’ Pariġi hija msemmija għalih.